Illum previous editions

ILLUM 13 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 | illum 'Tgħallimt li bid-determinazzjoni tasal fejn trid' SHELDON Grech - plejer tal- ogħla livell li għadu kemm ingħaqad ma' Qormi FC mingħand Swieqi United. U dan wara li għamel sena u nofs fejn kellu jieqaf mill-futbol minħabba problemi ta' saħħa. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Kont minn dejjem immur il- grawnd minn ta' età żgħira nsegwi l-futbol ma' missieri sakemm mill- età ta' erba' snin qbadt nipprattikah u għadni nilagħbu sal-lum. Kien missieri li nkorraġieni biex nibda nilgħab u nsir inħobb il-logħba tal-ballun. X'unuri rbaħt tul il-karriera tiegħek s'sissa? Bħala unuri fuq livell personali rnexxieli nirbaħ il-Plejer tas-Sena ta' taħt it-18-il sena meta kont mal-Pietà. Unuri oħrajn li rbaħt huma l-kampjonat tal-U/16, KO u/16 tal-Youth FA u l-aktar waħda għal qalbi hija l-promozzjoni għall-Premier li rnexxieli nirbaħ mat-tim tal-Birgu. Xi tgħidli fuq l-istaġun ta' meta ksibtu l-promozzjoni bħala Vittoriosa Stars? Dak l-istaġun huwa wieħed li nibqa' ngħożżu tul ħajti kollha. Konna famija aktar milli skwadra u dan grazzi għall-kowċ Oliver Spiteri u l-president Erskine Vella li rnexxielhom jgħaqqdu grupp żagħżugħ b'barranin tajbin ħafna bħal Gary Muir, Marcelo Pereira u Ramon Dos Santos. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun bħala Swieqi United? Swieqi huwa klabb organizzat ħafna b'direzzjoni u ambizzjonijiet sbieħ ħafna. Naħseb li aħna bħala tim urejna li l-futbol jintlagħab mill-qalb u l-passjoni li wara kollox kien staġun memorabbli u pożittiv ħafna għall-klabb tant li salvajna logħbiet qabel spiċċa l-istaġun u għamilna sal-aħħar tliet logħbiet tal-kampjonat niġġieldu għat-tielet post li kien ifisser post fil-play-off kontra St Andrews. Nerġgħu narawk tilgħab fil- Premier? Illum il-ġurnata nemmen li diffiċli għall-fatt tal-barranin imma qatt ma tista' tgħid x'jista' jiġri. Nixtieq li jerġa' jiġini ċ-ċans li nilgħab hemmhekk imma din mhix xi ħaġa li tiddependi minni biss. Ġaladarba semmejtli l-barranin ... temmen li huma ta' livell il- plejers li qed jiġu f 'Malta? Nemmen li jiġu tajbin imma ċerti klabbs biex l-aqwa li jkollna l-massimu tal-barranin fil-grawnd iġibu barranin b'livell inqas mill- Maltin filwaqt li jkunu qed iwaqqfu mill-progress u jieħdu post ċerti żgħażagħ Maltin li jkunu telgħin tajjeb u għandhom futur sabiħ. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet tal-Ewwel Diviżjoni u dawk tal-Premier? Bejn l-aħħar erba' timijiet tal- Premier u l-ewwel tliet timijiet tal- Ewwel Diviżjoni nemmen li huma bbilanċjati imma l-bqija hemm differenza bira. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat First? Kuntent imma kieku kienu b'ħaxix naturali bħall-Istadium Nazzjonali ta' Ta' Qali, ikun aħjar. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Kien hemm ċerti referis b' kontroll tajjeb ħafna imma bħalma jkun hemm tajjeb ikun hemm il- ħażin sfortunatament. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? L-ikbar żewġ sagrifiċċji li plejer tal futbol irid jagħmel huma l-mistrieħ u dieta tajba. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Kulma nixtieq ngħidilhom huwa li l-futbol huwa kollu tlugħ u nżul. L-importanti li ma taqta' qalbek qatt u tibqa' tiġġieled u temmen fik innifsek biex tasal. minn Cristian Antony Muscat Kien hemm ċerti referis b' kontroll tajjeb ħafna imma bħalma jkun hemm tajjeb ikun hemm il-ħażin sfortunatament Il-plejer ta' Qormi FC Sheldon Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 October 2019