Illum previous editions

ILLUM 13 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 TIM ta' sitt atleti żgħażagħ Maltin riċentament attendew għal training camp internazzjonali tat-triathlon organizzat mill- International Triatlon Union fis-Serbja. It-tim Malti kien kompost minn Emilia Vella, Pia Zammit, Callie Hock, Pavel Dalli, Gabriel Bongailas u Sean Darmanin, li kollha jitħarrġu mal-akkademja tal- Federazzjoni Maltija tat-Triathlon, il-MYTA – Malta Youth Triathlon Academy, li hi proġett bi sħab ma' SportMalta u l-European Triathlon Union. Żewġ kowċis ta' Level 2, Maria Mizzi u Barry Farrugia, akkumpanjaw lill-atleti. It-taħriġ kien maqsum bejn il-belt ta' Kragujevac u l-kapitali, Belgrad. Matul dan it-taħriġ, l-atleti Maltin kellhom l-opportunità li jitħarrġu taħt il-gwida ta' wħud mill-aqwa kowċis tat-triathlon taż-żgħażagħ fl-Ewropa. Magħhom kien hemm ukoll atleti tamparhom mhux biss mill-Balkani u l-Lvant tal-Ewropa imma wkoll minn diversi pajjiżi oħra fejn it-triathlon għadu qed jiżviluppa. Il-kowċis Maltin kienu involuti wkoll billi ħejjew u mexxew uħud mis-sessjonijiet għall-grupp kollu tal-atleti matul il-kamp. Dan it-taħriġ ġie f 'mument opportun hekk kif dawn is-sitt atleti ser ikunu qed jieħdu l-pass il- kbir u jibdew jikkompetu fit-tlielaq uffiċjali tal-adulti fil-jiem li ġejjin. Għal ħafna minnhom, din kienet l-ewwel esperjenza internazzjonali u b' hekk setgħu jikkumparaw il-livell tagħhom ma' dak ta' atleti barranin tal-istess etajiet. Cyprian Dalli, president tal- Federazzjoni stqarr li: "Għalkemm ilna nibagħtu atleti żgħażagħ għal dan it-tip ta' taħriġ għal dawn l-aħħar sitt snin, din kienet l-ewwel darba li kellna tim kbir ta' sitt atleti u żewġ kowċis. Fl-aħħar, qegħdin naraw li l-investiment li għamilna fil-MYTA f 'dawn l-aħħar sitt snin qed iħalli l-frott u issa dawk li bdew magħna bħala tfal kibru u huma lesti biex jagħmlu l-pass il-kbir fil-karriera tagħhom tat-triathlon. Għandna tim żgħir imma formidabbli ta' kowċis li tellgħu u ddiriġew it-talent ta' dawn iż-żgħażagħ b' mod sod imma sostenibbli. Dan ukoll bis-saħħa ta' SportMalta li toffri l-faċilitajiet u l-programmi tagħha kif ukoll tgħin dejjem f ' dak li jkun hemm bżonn. Nirringrazzjaw ħafna wkoll lill-Euorpean Triathlon Union u l-International Triathlon Union għal dawn l-opportunitajiet, speċjalment lill-Kumitat tal- Iżvillupp." Fi tmiem dan il-kamp ta' taħriġ, l-atleti Maltin ħadu sehem f ' tellieqa internazzjonali tal- Aquathlon f ' Belgrad. Il-Maltin kellhom riżultati pożittivi u prattikament kollha spiċċaw fl- ewwel għaxar postijiet. L-aħjar post inkiseb minn Sean Darmanin li spiċċa fit-tieni post overall fil-kompetizzjoni tal-irġiel. illum Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 tmienja punt l-Ukrajna Hemmhekk, pajjiż Triatleti żgħażagħ Maltin b'taħriġ internazzjonali fis-Serbja minn Cristian Antony Muscat Is-sitt atleti Maltin u atleti oħra li attendew għat-training camp internazzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 October 2019