Illum previous editions

ILLUM 13 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 | illum Sports IĊ-CHAMPIONS tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA Versity AFC kellhom imorru għall-ħin barrani sabiex rebħu t-tazza Joe Compagno meta għelbu lil Valletta St Pauls bl-iskor ta' 2-1. Din il-partita tat bidu għal staġun ieħor tal-MAFA biċ-champions minn Tal-Qroqq li kienu qed jiffaċċjaw lill-finalisti tal- kompetizzjoni Knock-Out tas-sena l-oħra. Versity AFC kienu ġejjin minn double storiku hekk kif fl- istaġun li għadda rebħu mhux biss il-kampjonat iżda wkoll il- kompetizzjoni Knock-Out. Iż-żewġ naħat kellhom xi tibdil mill-istaġun li għadda. Hamza Afifi ħa post Andreas Leirich fuq il-bank tal-Versity li għalihom kien qed jiddebutta wkoll iż-żagħżugħ Kane Micallef. Min-naħa ta' Valletta St Pauls, it-tmexxija teknika għadha fdata f 'idejn id-duo Malcolm Tirchett u Jonathan Francica bil-Beltin li kellhom xi wċuh ġodda fit-tim fosthom il-keeper Ludvic Fardell u l-attakkant Juan Scerri. L-ewwel fażi tal-partita kienet fażi ta' studju fejn iż-żewġ timijiet bdew jannullaw lil xulxin f 'nofs il-grawnd. L-ewwel azzjoni denja ta' nota ħolquha t-tim mill-kapitali meta fit-18-il minuta Mohammed Elamari għadda lejn UrosMarkovic li avvanza, daħal fil-kaxxa u ra x-xutt tiegħu jgħaddi ċentimetri barra mil-lasti tal-keeper tal- Versity. Risposta ta' Versity AFC ħames minuti wara meta konklużjoni tal-attakkant Franċiż Julien Muller għaddiet kemm kemm għoli mil- lasti Beltin. Fid-29 minuta, azzjoni tajba tas-sostitut Mehdi Marbon għal Versity AFC sabet l-oppożizzjoni denja ta' Ludvic Fardell li xeħet il- ballun f 'corner. Minuta wara kien l-istess Marbon li qasam tajjeb mil-lemin iżda l-keeper Fardell ħareġ tajjeb sabiex jantiċipa lil Muller. Żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, kien il-goalkeeper tal-Versity Maksym Perekokov li ddistingwa ruħu hekk kif tar minn tulu u tefa' f 'corner freekick sabiħ ta' Uros Markovic. Bl-ewwel taqsima tagħlaq biż- żewġ timijiet dro ta' 0-0. U eżatt kif fetħet it-tieni taqsima, il-Versity marru fil-vantaġġ. Kien kross tajjeb mix-xellug li sab lil Yakubu Bilali li b'xutt mill-ewwel ħasad lil Fardell. Iżda lanqas laħqu għaddew 60 sekonda li Valletta St Pauls ġabu l-iskor indaqs. Kien xutt mid-distanza ta' UrosMarkovic li ssorprendna lill- goalkeeper avversarju Perekokov sabiex għamilhom 1-1. Fis-56 minuta Versity reġgħu ttantaw xortihom meta wara azzjoni insistenti ta' Grigorij Paunowski, kien Yakubu Bilali li bir-ras xeħet għoli. Minuta wara Fardell kellu jixħet f 'corner xutt ta' Muller. Ftit minuti qabel tmiem il- partita xutt ta' Dylan D'Agostino għal Valletta St Pauls għadda kemm kemm barra mil-lasti ta' Perekokov. Minkejja t-tentattivi taż-żewġ timijiet, l-iskor baqa' ma nbidilx sabiex il-logħba marret għall-ħin barrani. Bilkemm laħqet bdiet l-ewwel taqsima tal-ħin barrani li Versity AFC skorjaw dak li kellu jkun il- gowl tar-rebħa. Kien hemm nuqqas ta' ftehim bejn id-difensur u l-goalkeeper Belti sabiex approfitta Marbou Mehid li b'xutt mill-ewwel għeleb lil Fardell. Valletta ppruvaw iġibu d-dro iżda bejn ix-xorti li ma tantx kienet magħhom u bil-bravuri tad- difensuri u l-goalkeeper ta' Versity AFC, huma naqsu milli jmorru għall-għoti tal-penalties. It-tisfira tar-referì Lorry Sammut kienet tfisser li Versity AFC rebħu l-ewwel unur tagħhom ta' dan l-istaġun. Min-naħa ta' Valletta St Pauls, wieħed jammira l-ispirtu kumbattiv li kellhom u ċertament li matul dan l-istaġun se jkunu sfidanti denji għar-rebħ tal- kampjonat. Skor Finali: Versity AFC 2 Valletta St Pauls 1 (wara l-ħin barrani). Ir-referì kien Lorry Sammut. Versity AFC jibdew l-istaġun bil-kbir Cristian Antony Muscat It-tim ta' Versity AFC malli rebħu t-tazza Joe Compagno

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 October 2019