Illum previous editions

ILLUM 13 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-Ten-Pin Bowling u kif komplejt tevolvi fl-istess sport? Bdejt nilgħab il-bowling ta' età żgħira meta kelli 11-il sena. Kont ninżel il-bowling iktar biex nieħu gost ma' sħabi milli biex nitħarreġ. Dak iż-żmien kont inqatta' siegħa jew sagħtejn fil-ġimgħa biss, qatt ma kont ħadt il-bowling bis-serjetà. Dak iż-żmien kont ukoll nilgħab il-volleyball u ta' tifla li kont iddeċidejt li l-volleyball kien jogħġobni aktar u għalhekk waqaft immur il-bowling biex nilgħab il-Volleyball. Però, kif beda jgħaddi ż-żmien bdejt ninduna li għamilt żball tlaqtu. Għalkemm ma kontx nitħarreġ wisq fil-bowling meta kont żgħira, ix-shot dejjem kien hemm qisu naturali. Għaldaqstant wara sitt snin wieqfa mill-bowling, iddeċidejt li nerġa' nipprova. Mort għamilt żewġ sessjonijiet u erġajt waqajt għall-imħabba tal- bowling. Minn dakinhar 'l hemm bdiet it-triq għal ħafna impenn u sagrifiċċji, kif ukoll xi ftit diżappunti u wkoll unuri. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-istudju u mal-bowling? Meta kont għadni qed nistudja għall-Masters, kont immur nitħarreġ fil-ġranet li ma jkollix lezzjonijiet filgħaxija, wara x-xogħol. Illum il-ġurnata nidħol għax-xogħol kmieni filgħodu, biex inkun nista' nitlaq f 'ħin tajjeb biex immur niffoka fuq il-bowling. X'inhuma l-unuri prinċipali li rbaħt fil-bowling kemm personali kif ukoll mat-tim li tikkompeti miegħu u anki mat-tim nazzjonali? Ftit tax-xhur wara li bdejt nitħarreġ il-bowling sewwa rbaħt l-ewwel kompetizzjoni tiegħi fl- 2015. Dik is-sena rbaħt il-Gold Cup, u erġajt irbaħtha għas-sena ta' wara konsekuttiva. Din is-sena kelli sena tajba ħafna, u bdejt billi ġejt it-tieni fil-kampjonat nazzjonali. Kellna wkoll kompetizzjoni lokali miftuħa għall-barranin, il-Malta Open. Waqt dan il-kampjonat kelli prestazzjoni tajba ħafna. Spiċċajt għaddejt għas-semi-finali u spiċċajt fit-tielet post. Ġejt bħala l-aħjar mara tal- kampjonat u l-ewwel bowler lokali fil-kampjonat. Waqt il-Malta Open kellna wkoll id-doubles tournament, fejn jiena kkompetejt flimkien ma' Mariana, bowler mill-Bulgarija. Waqt dan il- kampjonat, irnexxieli nikser ir-rekord nazzjonali għall-ogħla erba' logħbiet li qatt ġew milgħuba min-nisa ġewwa Malta. Dis-sena mort ukoll l-ewwel kampjonat tiegħi waħdi barra minn Malta. F'Ġunju mort Sofia, fil- Bulgarija nilgħab il-Balkan Challenge. Dan il-kompjonat kien maqsum f 'singles, doubles u team event. Fis- singles irnexxieli niġi fil-15-il post minn 200 parteċipant. Fid-Doubles erġajt lgħabt ma' Mariana Meteksinova u hawnhekk irnexxielna niġu fit-tieni post. Fit-team event spiċċajna wkoll fit-tielet post. Din kienet l-ewwel darba li xi ħadd minn Malta mar għal dan il- kampjonat u semma l-isem ta' Malta darbtejn fuq il-podju. X'taħseb li hu s-sigriet tas-suċċess li rnexxilek tikseb fil-bowling? Għall-bowling nagħmel kollox u nissagrifika ħafna. Inqatta' ħafna ħin il-bowling u għalhekk ikolli naqbeż ħafna attivitajiet. Is-sagrifiċċji kollha li nagħmel, meta nitlef avvenimenti tal-familja, xogħol jew festi biex inżomm mal-iskeda tat-taħriġ, jagħtu lura l-frott tagħhom f 'kampjonati bħal dawn. Hemm biżżejjed interess minn tfal u żgħażagħ fil-bowling fil-gżejjer Maltin? Bħalissa hawn grupp ta' żgħażagħ sabiħ. Għandna ħafna żgħażagħ b'potenzjal qawwi u li diġà qegħdin jiksbu u jirbħu midalji barra minn Malta. Finanzjarjament huwa diffiċli li wieħed jipprattika l-bowling? Xi bżonnijiet finanzjarji jinvolvi l-bowling? Il-bowling mhuwiex sport irħis. Jekk trid tidħol għall-bowling bis-serjetà, għandek bżonn tonfoq il-flus biex ikollok dak kollu li hemm bżonn, bħall-blalen differenti, żarbun, għodda biex tirranġa l-blalen u ż-żarbun. Trid ukoll taħseb għall-flus biex tidħol tilgħab fil-kampjonati, kompetizzjonijiet u taħriġ. Jekk trid timxi ħafna iktar 'il quddiem, trid ukoll tikkompeti f 'kampjonati mhux lokali biss però anke barra minn Malta. Trid tkun lesta biex tonfoq il-flus biex tkabbar ismek u tintegra ruħek mal-komunità tal-bowling barra minn Malta. Xi ħwejjeg jintlibsu biex jiġi pprattikat il-bowling b'mod effiċjenti? U x'apparat ikollu jinxtara? Il-bowling kulħadd jaf li mhux sport li ser tagħmel wisq attività fiżika, però bħala ħwejjeġ għall-bowling idealment tilbes xi ħaġa li mhix issikkata miegħek ħalli tħossok libera. Għandna żraben apposta biex meta tkun fuq il-lane tagħmel l-approach tiegħek, inti tkun tista' tiżloq iktar fuq il-lane u tkun tista' tagħmel ix-shot tiegħek. Żarbun f 'sieq minnhom ikun jiżloq, u n-naħa l-oħra le, u jkollu l-qiegħ jinqala' biex tagħmel qigħan differenti Il-media tippromovi l-bowling f 'pajjiżna? Il-media riċentament saret 'Wara li għelibt ċerti limitazzjonijiet logħob, stajt nakkwista suċċessi akbar' Cristian Antony Muscat Cynthia Frendo Duca - bowler Maltija tal-ogħla livell li riċentament kisbet l-ewwel unur Ewropew fil-karriera tagħha. Hija bowler Maltija tal-ogħla livell Riċentament kisbet l-ewwel unur Ewropew tagħha Bdiet tilgħab il-bowling ta' età żgħira meta sena CYNTHIA FRENDO DUCA Għandna nuqqas ta' riżorsi fejn nitħarrġu, speċjalment għal ċerti tattiċi partikolari u kundizzjonijiet tal-logħob

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 October 2019