Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244
Minn Yendrick Cioffi MALLI ħarġet l-aħbar li l-Isqof Mario Grech, wara 13-il sena, se jħalli d-Djoċesi ta' Għawdex, hekk kif il-Papa Franġisku għażlu biex eventwalment jieħu l-kariga ta' Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal- Isqfijiet, bdew ħerġin l-ismijiet ta' min jista' jkun id-disa' Isqof ta' Għawdex. Il-proċess għall-għażla tal- Isqof il-ġdid huwa wieħed sigriet. Madanakollu, meta l-kleru huwa wieħed żgħir, bħal dak f 'Għawdex, dak li jibda jingħad jista' jkun wieħed indikattiv. Il-gazetta ILLUM tkellmet ma' membri tal-kleru, kemm f 'Għawdex u anke Malta u staqsiet min qiegħed jissemma bħala s-suċċessur prospettiv tal-Isqof Grech. F'dan l-artiklu se tkun qed tagħti ftit informazzjoni dwar dawk li qed ikunu meqjusa l-favoriti. Monsinjur Carmelo Refalo Jekk hemm saċerdot Għawdxi maħbub, bla dubju ta' xejn dan huwa Monsinjur Carmelo Refalo. Monsinjur Refalo, li għandu 58 sena, ilu għal dawn l-aħħar 14-il sena jservi bħala l-Arċipriet tal-Parroċċa tax- Xagħra u qabel serva wkoll bħala Arċipriet tal-Parroċċa tal-Qala. Kien ukoll lettur tas- Seminarju tal-Qalb ta' Ġesù. Monsinjur Refalo għandu fama ta' saċerdot twajjeb u qaddis u li għandu għal qalbu ħafna l-pastorali. Huwa magħruf għall- predikazzjoni tant li jiġi magħżul diversi drabi biex jipprietka fil-knejjes Maltin fil-ġranet tal-festi u fi żmien l-eżerċizzi. Fl-2015, Monsinjur Carmelo Refalo nħatar bħala President tal-Kulleġġ tal-Kappillani Għawdxin. Lura fl-2005, Monsinjur Carmelo Refalo diġà kien wieħed mill-favoriti biex jieħu post l-Isqof Nikol Cauchi, iżda l-għażla finali kienet dik favur Mario Grech li dak iż-żmien kien il-Kappillan ta' Kerċem. L-Isqof George Bugeja Is-suċċessur ta' Monsinjur Grech mhux neċessarjament ikun isqof ġdid. Jista' jkun li jintgħażel xi ħadd li diġà huwa isqof. Pereżempju meta Monsinjur Charles Scicluna sar l-Arċisqof ta' Malta huwa kien diġà ordnat isqof tant li kien iservi bħala Isqof Awżiljarju tal- Arċidjoċesi ta' Malta. Jekk ikun hekk, ma jkunx hemm bżonn li ssir Ordinazzjoni Episkopali, iżda f 'dak il-każ l-isqof jieħu b'mod formali l-pussess tad-djoċesi waqt ċelebrazzjoni magħrufa bħala ingress, jiġifieri ċelebrazzjoni li ssir fil-Katidral fejn l-isqof ipoġġi għall-ewwel darba fuq il-Katedra (is-sedja tal-Isqof fil-Katidral). Fil-fatt, wieħed minn dawk li qed jissemmew għal suċċessur ta' Mario Grech, huwa l-Isqof Franġiskan George Bugeja. L-Isqof Bugeja huwa l-Vigarju Appostoliku ta' Tripli u l-Amministratur Appostoliku ta' Benghazi. Monsinjur George Bugeja għandu 56 sena u ġie ordnat Isqof f 'Settembru tal-2015 meta kien inħatar Isqof Koadjutur ta' Tripli. Bħal Monsinjur Refalo, George Bugeja huwa mix- Xagħra u huwa magħruf għas- sempliċità tiegħu. Patri Marcello Ghirlando Patri Marcello Ghirlando żgur li ma għandu bżonn l-ebda introduzzjoni. Ħafna jafuh bħala wieħed mill- eżorċisti l-aktar magħrufa ta' Malta u magħruf ukoll għall- predikazzjoni tiegħu. Forsi jkun hemm min jistaqsi kif jista' Patri Marcello jissemma għal Isqof ta' Għawdex meta lanqas biss huwa Għawdxi. Ir-risposta hija sempliċi. Biex issir isqof ta' djoċesi ma hemmx għalfejn tkun ġej minnha. Ma mmorrux 'il bogħod. L-Arċisqof Ġużeppi Mercieca kien Għawdxi u sar Arċisqof ta' Malta u l-Arċisqof Gonzi kien Isqof ta' Għawdex qabel ġie Malta. Anke jekk mhuwiex Għawdxi, Patri Marcello, li huwa Franġiskan Minuri, huwa midħla sew tad- Djoċesi Għawdxija u dan mhux għax jgħix fil- Kunvent tal-Franġiskani f 'Għajnsielem. L-Isqof Mario Grech kien ħatru bħala Delegat għall-Ħajja Kkonsagrata u fil-Ġublew tal-Ħniena kien maħtur ukoll George Bugeja huwa mix- Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 Interested persons are kindly requested to submit a letter of application and a detailed CV to recruitment@identitymalta.com by 27th October, 2019 Requirements • A diploma Level 5 in leadership, Management, similar or higher; & • A minimum of 10 years' working experience in Human Resources Job Description • Carry out necessary procedures and verification of processes within the Human Resources Unit; • Implementing Legal Regulations and other subsidiary legislation binding the processes of the HR Unit; • Undertake a continuous review of work processes in the HR Unit; • Produce necessary business plans and financial estimates; • Ensure that standards are maintained and improved; • Assist in the drawing up of efficient policies and structures benefitting the HR Unit; • Any other duties as may be required by the CEO or his delegate. We're Recruiting ADMINISTRATIVE EXECUTIVE 764/2019 Min se jkun is-suċċessur tal-Isqof Ifeġġu l-ewwel ismijiet... L-ILLUM tistaqsi u tagħti ħarsa lejn dawk li huma l-favoriti jew li qed jissemmew biex jieħdu f'idhom it-tmexxija tad-djoċesi Għawdxija L-isqof George Bugeja Monsinjur Crmelo Refalo