Illum previous editions

ILLUM 13 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

Missjunarju tal-Ħniena fid- Djoċesi ta' Għawdex. Patri Marcello serva wkoll bħala Vigarju Ġenerali tal- Vigarjat Appostoliku ta' Tripli. Huwa għandu Dottorat fit-Teoloġija Bibblika mill-Università Pontifiċja Gregorjana ta' Ruma u jgħallem l-Iskrittura fil-Fakultà tat- Teoloġija tal-Università ta' Malta u fis-Seminarju Maġġuri ta' Għawdex. Huwa serva wkoll bħala Kummissarju Malti għall- Art Imqaddsa, Kunsillier Provinċjali tal-Ordni tal- Franġiskani Minuri, Delegat Provinċjali tal-Missjoni fil-Libja kif ukoll rappreżentant tas- Santa Sede fil-Konferenza Internazzjonali dwar id- Djalogu bejn Iżrael u l-Palestina u fil-Konferenza 'Libya for the Future'. Monsinjur Hector Scerri Saċerdot ieħor Malti li qed jissemma minn xi wħud, għalkemm forsi bl-inqas saħħa, huwa Monsinjur Hector Scerri, Professur tal-Università u d-Deputat Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija. Monsinjur Scerri għandu 53 sena. Huwa magħruf bħala wieħed mill-akbar għorrief li għandha l-Knisja f 'Malta fejn tidħol it-Teoloġija Dommatika. Huwa studja f 'Malta u fl-Università Pontifiċja Gregorjana ta' Ruma. Huwa ppubblika artikli f 'diversi pubblikazzjonijiet prestiġjużi u anke ppreżenta studji f 'istituzzjonijiet akkademiċi f 'Ruma, Oxford, Leuven, Helsinki, Durham u anke Strassburgu. Monsinjur Scerri serva bħala Viċi Rettur tas-Seminarju Maġġuri u anke kien maħtur President tal-Kummissjoni Teoloġija u anke tal- Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi. Inħatar ukoll Chairman tal-Kunsill Ekumeniku Malti. Fl-2014, il-Papa Franġisku għażlu Konsultur għall-Kunsill Pontifiċju li jippromovi l-għaqda fost l-Insara. Imma l-Isqof il-ġdid kif jintgħażel? Il-proċess għall-għażla ta' isqof ġdid huwa wieħed stabbilit fil- liġi tal-Knisja u l-proċess huwa sigriet għalkollox. Tista' tgħid li huwa maqsum fit-tnejn. L-ewwel proċess jibda propju mid-djoċesi stess fejn ikun se jsir l-isqof il-ġdid. In-Nunzju Appostoliku għal Malta, jiġifieri r-rappreżentant tal-Papa f 'Malta, f 'dan il-każ l-Arċisqof Mons. Alessandro d'Errico, jibda immedjatament konsultazzjoni fid-djoċesi mal- Isqfijiet, saċerdoti u anke lajċi. Normalment, in-Nunzjatura tagħżel grupp żgħir ta' persuni li jirċievu kwestjonarju li fih jipproponu lil min jaħsbu li għandu jkun l-Isqof il-ġdid. Min jirċievi dan il-kwestjonarju, jew inkluż fil-konsultazzjoni, huwa marbut bis-sigriet pontifiċju. In-Nunzju Appostoliku jistħarreġ fuq l-ismijiet li jaslu għandu u minnhom jagħżel tlieta, bl-ewwel wieħed ikun l-aktar wieħed b'saħħtu. Meta jtemm dan il-proċess, in-Nunzju jibgħat din il-lista, magħrufa bħala "ternus" lill- Kongregazzjoni tal-Isqfijiet fil- Vatikan li tagħti l-parir tagħha lill-Papa. Jekk il-Kongregazzjoni tkun kuntenta bl-ismijiet, tagħti l-parir tagħha lill-Papa. F'każ li l-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet ma tkunx kuntenta bl-ismijiet li jaslu quddiemha, jidħol il-Prefett tal-Kongregazzjoni, f 'dan il-każ il-Kardinal Mark Ouellet. Dan jista' jagħżel li jibda l-proċess mill-bidu u jagħmel hu stess il-konsultazzjoni biex jerġgħu jintgħażlu tliet kandidati oħra. Kif spjegat, l-aħħar deċiżjoni hija fl-aħħar mill-aħħar tal-Papa Franġisku. Il-Papa jista' jaċċetta l-ismijiet li jipproponulu u jista' saħansitra jwaqqagħhom u jagħżel isqof hu. Meta l-proċess ikun lest, in- Nunzju jkun infurmat bl-għażla tal-Papa u dan isejjaħ lill- magħżul biex jikkomunikalu d-deċiżjoni. Il-Knisja tikkunsidra diversi kwalitajiet meta tagħżel isqof ġdid. Dan irid ikun stmat min- nies u eżemplari fejn tidħol il-fidi u l-morali. Biex saċerdot jintgħażel isqof irid ikollu 35 sena u jkun ilu ħames snin iqaddes. Bħala kwalifiċi akkademiċi, isqof irid ikollu dottorat jew liċenzjat fil-morali, id-dritt kanoniku jew id-duttrina tal-knisja jew almenu jkun mgħarraf tajjeb f 'dawn l-oqsma importanti. Il-proċess jista' jieħu diversi ġimgħat. Fil-fatt, anke jekk l-Isqof Grech kellu jħalli immedjatament lil Għawdex biex jattendi għas-Sinodu dwar ir-Reġjun tal-Amażonja, huwa nħatar Amministratur Appostoliku sakemm jintgħażel l-Isqof il-ġdid. Imma l-Isqof il-ġdid quddiemha, jidħol il-Prefett ġdid. Dan irid ikun stmat min- 7 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 Interested persons are kindly requested to submit a letter of application and a detailed CV to recruitment@identitymalta.com by 27th October, 2019 Qualifications required • Adequately proficient in Maltese and English (Level C1/ C2 of the Common European Framework of Reference for languages); • In possession of either: * A pass (Grade 1-5, Grade C or a comparable level) in six (6) subjects at MQF level 3 which must include Maltese, English, and Mathematics; OR * A full MQF level 3 VET qualification, or a Secondary School Certificate and Profiling qualification at MQF level 3, in six (6) subjects which must include Maltese and English; • Any additional subject at MQF Level 3, will be accepted for eligibility purposes; • An ECDL or a recognised comparable qualification and candidates who are not in possession of this, will still be considered eligible provided that they obtain such qualification by the end of their probationary period. Job Description • Offer clerical support to the administrative and technical branches of the unit; • Copy, type, file, operate office machinery including computers and general office duties; • Open files, registration of applications/notices in day book and forwarding to other sections for necessary action; • Receive applications payments and issue receipts; • Conduct a daily reconciliation statement of all applications received; • Answer queries re applications, documentations required; • Answer telephones, sets up appointments and help in maintaining an organised filing system, answer emails and manage information; • May be required to man reception desks, to answer queries and handle complaints; • Provide administrative support for to the Agency's management and staff; • Work as part of a team; • Any other duties as required by the CEO or his delegate. We're Recruiting CLERICAL OFFICER 762/2019, 522/2019, 242/2018 tal-Isqof Grech? Monsinjur Hector Scerri Patri Marcello Ghirlando

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 October 2019