Illum previous editions

ILLUM 13 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

Minn Yendrick Cioffi MINN għada, 14 ta' Ottubru, 2019, se jibda jingħata t-tilqim b'xejn kontra l-influwenza. Għal dan il-għan il-Gvern ordna 100,000 doża ta' vaċċin bi spiża ta' ftit inqas minn nofs miljun ewro. L-ewwel tilqim se jingħata lil dawk il-persuni meqjusin ta' riskju għoli, tfal ta' taħt il-ħames snin, persuni ta' età minn 65 sena 'l fuq, persuni b'mard kroniku, u persuni li jagħtu servizz f 'istituzzjonijiet magħluqin. Waqt konferenza tal- aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas- Saħħa Chris Fearne insista li l-aħjar mezz ta' prevenzjoni kontra l-influwenza huwa t-tilqim. Huwa spjega kif din is-sena l-Gvern qiegħed ikabbar dan il-mezz ta' prevenzjoni billi se jkun qed jipprovdi vaċċin li jkopri erba' tipi differenti ta' influwenza, tnejn tat-tip A u tnejn tat-tip B, dak li jissejjaħ quadrivalent vaccine. Fis-snin preċedenti kienet tintuża t-trivalent vaccine, li kien ikopri tliet tipi. Id-Deputat Prim Ministru qal globalment bejn 5 u 15% tal-popolazzjoni tintlaqat mill- influwenza u kull sena huwa stmat li tħalli 300,000 fatalità. Huwa appella biex it-tilqim jittieħed kemm jista' jkun kmieni, idealment tul Ottubru u Novembru biex b'hekk il-protezzjoni provduta tkun fl-aqwa tagħha għal meta jkun mistenni li l-influwenza tkun fl- eqqel tagħha, minn Diċembru 'l quddiem. Kemm hi komuni l-influwenza? F'Malta s-sitwazzjoni tinżamm taħt sorveljanza kemm fil-livell komunitarju kif ukoll fil-livell sekondarju (fl-isptarijiet). Fil-livell komunitarju titħaddem dik li tissejjaħ sentinel surveillance, fejn tobba tal-familja kif ukoll dawk fil-bereġ u fiċ-ċentri tas-saħħa jirrapurtaw il-każijiet ta' influwenza li jiltaqgħu magħhom. Fl-aħħar staġun ta' influwenza (2018-2019) il-livelli kienu għoljin, bl-ogħla wieħed ikun ta' 162 każ kull 1,000 ruħ. L-ogħla livell intlaħaq fit-tieni ġimgħa tas-sena 2019. Dawn kienu livelli simili għal tas-sena ta' qabel. Il-moniteraġġ f 'livell sekondarju jsir permezz ta' każijiet li jispiċċaw l-isptar, fejn l-ogħla livelli ġeneralment jintlaħqu f 'Jannar. Il-moniteraġġ isir għal tipi ta' influwenza li jkunu prevalenti kemm f 'livell komunitarju kif ukoll f 'livell ta' sptar. Bejn Ottubru 2018 u Mejju 2019, kien hemm total ta' 9,690 pazjent li ġew eżaminati għas- sistema respiratorja. Minnhom kien hemm 642 li rriżultaw pożittivi għal Influwenza A H1N1; 448 għal Influwenza H3 u tlieta għal Influwenza B. Mill-moniteraġġ li sar fis-sajf ta' din is-sena it-tip ta' influwenza identifikata kienet dik AH3. Meta tista' tmur tieħu t-tilqima? Il-ħinijiet tat-tilqim miċ- ċentri tas-saħħa jkunu bejn it-8.00 ta' filgħodu u 1.00 ta' wara nofsinhar mit-Tnejn sal- Ġimgħa, u s-Sibtijiet mit-8.00 ta' filgħodu sa nofsinhar. Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal- Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jkunu miftuħin ukoll mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-2.30 p.m. u s-7.30 p.m. 9 Aħbarijiet Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 | illum SKEMA TAL-FEED-IN TARIFFS Dejjem investiment adabbli. Iranka mill-kontijiet tad-dawl permezz ta' PV solar panels. Żur energywateragency.gov.mt/feedintariffs għal aktar informazzjoni dwar kif tiffranka iżjed flus. It-tilqim mogħti din is-sena se jkun qed ikopri erba' tipi differenti ta' influwenza It-tilqim għall-influwenza se jibda minn għada

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 October 2019