Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Minn Yendrick Cioffi FTIT jiem biss wara li l-Gvern ħabbar il-Baġit għall-2020, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal- Alleanza Kontra l-Faqar, organizzazzjoni li taħdem bil- għan li teradika kemm jista' jkun il-faqar minn Malta u tassigura li kulħadd ikollu għajxien diċenti. L-ewwel mistoqsija kienet waħda diretta u ċara, jiġifieri x'jaħsbu mill-Baġit u t-tweġiba tagħhom kienet sempliċi: "miżuri serji li verament jaqilgħu n-nies mill-faqar ma kellux." Tkellimna ma' Matthew Borg li filwaqt li faħħar diversi miżuri li tħabbru, insista li l-Baġit reġa' ħa triq ta' one- size-fits-all fejn ma ħarisx biżżejjed lejn dik il-faxxa ta' nies bi dħul baxx, f 'riskju ta' faqar u li l-ħtiġijiet tagħhom huma differenti minn dawk ta' gruppi oħra fis-soċjetà. Mhux qed jgħidu li ma kienx hemm miżuri tajbin. Borg faħħar is-sussidju tal-kera għal koppji bit-tfal li jaqilgħu sa €32,000 u li l-kera li jħallsu taqbeż il-25% tad-dħul gross tagħhom. Faħħar ir-rata ta' taxxa ta' 15% taxxa fuq l-ewwel 100 siegħa sahra u anke l-fatt li l-Gvern lest jgħin lil dawk ta' taħt l-40 sena li ma għandhomx biex joħorġu f 'salt l-10% depożitu biex jieħdu homeloan. Fi kliemu, dawn kollha huma proposti tajbin u li se jgawdu minnhom l-aktar dawk bi dħul baxx, iżda l-mistoqsijia tiegħu hija waħda. "Dawn il-miżuri se jaqilgħu lin-nies mill-faqar? L-għan aħħari għandu jkun li taqla' lin-nies mill-faqar." 'Il-COLA hija l-aktar inġusta ma' min għandu dħul baxx' Morna direttament biex nitkellmu fuq iż-żieda għall- għoli tal-ħajja, jiġifieri dik ta' €3.49 fil-ġimgħa. "Inti taħseb li min għandu dħul baxx, se ttejjiblu ħajtu?" staqsa Borg. Insista li Baġit wara l-ieħor dejjem ħares lejn dawk li għandhom dħul baxx, inkluż l-anzjani, bħalha grupp għalihom u ma kkunsidrax ir- relazzjoni ta' dan il-grupp ma gruppi oħra. Spjega dan b'eżempju sempliċi. "Jekk inti taqla' €50,000 fis-sena u jiena €10,000 ma jfissirx li inti tiekol ħobż u ħalib ħames darbiet aktar minni. Bażikament nieklu l-istess. Imma jekk jiena naqla' ħafna inqas minnek, l-ammont li nonfoq fuq ħobż u ħalib jiġini aktar minnek bħala perċentwal mid-dħul." Il-problema u din ilha ħafna tingħad, hija l-famuża COLA, il-mekkaniżmu li bih tinħadem iż-żieda għall-għoli tal-ħajja u li tiddependi fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet li jindika l-inflazzjoni, jiġifieri kemm żdiedu l-prezzijiet tal-prodotti li nixtru. Fi kliem Borg, iż-żieda fil- prezzijiet qed taffettwa l-aktar lil dawk bi dħul baxx. "Il-fatt li jien li qed naqla' l-inqas qed ningħata żieda daqs ta' xi ħadd li għandu paga għolja, ifisser li l-COLA qed tkun l-aktar inġusta miegħi," insista. Iċ-ċekk ta' darba... 'il- flus seta' ħadhom minn tassew għandu bżonn' Iżda din is-sena, fil-Baġit, il-Gvern ħaseb għal żieda fil- prezzijiet li ma kinitx riflessa fil-COLA, fosthom iż-żieda fil- prezz tal-ħalib u l-ħobż. Tant hu hekk li l-Gvern se jkun qed jibgħat ċekk ta' darba ta' €15 għal kull min jgħix waħdu u ta' €35 għall-familja b'aktar minn persuna waħda. Madanakollu, Borg, f 'isem l-Alleanza, filwaqt li saħaq li dan iċ-ċekk se jaffetwa l-aktar lill-fqir, insista li hemm potenzjal mitluf u li fi kliemu seta' jiġi sfruttat fejn hemm l-aktar bżonn. Fi kliemu, min jaqlagħha tajjeb mhux se jagħmillu differenza ċekk wieħed ta' €15 jew €35. "Il-flus seta' ħadhom min tassew għandu bżonn u se jagħmlulu differenza," insista Borg. "Fejn hemm proposti one-size-fits-all hemm ħafna riżorsi moħlija." Living Income: 'riga li l-kejl tagħha hija l-ħajja diċenti mhux in-numri' Kien hawn li dawwarna ħarsitna fuq dak li l-Alleanza Kontra l-Faqar qed tipproponi, jiġifieri li jiġi skreppjat il- mekkaniżmu tal-COLA u miflokha jiddaħħal il-kunċett tal-Living Income. Iżda x'inhu eżatt dan il-Living Income? Borg beda billi saħaq li l-Gvern, bil-proposta tal-bonus ta' darba diġà rrikkonoxxa li ż-żieda fil-prezzijiet taffettwa l-aktar lil dawk bi dħul baxx. "Il-Living Income huwa dak id-dħul minimu li inti jkollok bżonn f 'Malta biex tgħix ħajja diċenti," saħaq Matthew Borg. Kompla jispjega li r-riga, li biha tiġi kkalkulata l-Living Income, hija differenti ħafna. "Din tar-riga kien iħobb ħafna jużaha Charles Miceli. Irridu nbiddlu r-riga. Ir-riga l-ġdida għandha tkun il-ħajja diċenti. Il-kejl il-ġdid ma għandhomx jibqgħu n-numru tal-prezzijiet," saħaq Borg. "Il-Living Income huwa kunċett li jibbaża fuq kuxjenza soċjali, għax ifisser dak id-dħul minimu li bih persuna f 'Malta tkun tgħix ħajja dinjituża. Dan għandu jkun il-kejl: id-dinjità tal-bniedem." Iżda kif tista' tikkalkulaha? Matthew Borg fakkar fiż-żewġ studji li wettqet il-Caritas: A Minimum Essential Budget for a Decent Lining, żewġ studji li saru kemm fi żmien Gvern Nazzjonalista u anke Gvern Laburista u li baqgħu fuq l-ixkaffa. "In-numri dwar il-minimu tad-dħul li għandek bżonn biex tgħix ħajja diċenti u mhux fil- faqar, hemm qegħdin. L-NSO għandu dawn in-numri," insista Matthew. F'dawn l-istudji, il-Caritas kienet ikkalkulat id-dħul illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 8 Aħbarijiet Ftit wara l-Baġit l-ILLUM tiltaqa' mal-Alleanza Kontra l-Faqar li tappella favur il-Living Income, jiġifieri riga ġdida għaż- żieda tal-għoli tal-ħajja bbażata fuq il-ħajja diċenti 'Naf każijiet personali ta' nies li jgħixu fil-karozzi'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019