Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882
3 Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 | illum Aħbarijiet ILGŻEJJER Maltin gawdew minn medja ta' 325 siegħa xemx kull xahar is-sajf li għadda, filwaqt li esperjenzaw temperaturi tal-arja li varjaw bejn dik minima ta' 18.5°C u dik massima ta' 39.6°C. L-istaġun beda fuq nota taħraq, b'Ġunju li għadda jinżel fir-rekords bħala l-aktar Ġunju sħun li esperjenzat Malta sa mill-1923. L-ogħla temperatura tas-sajf intlaħqet kmieni fl- istaġun, meta l-merkurju qarreb l-40°C f 'nofs mewġa ta' sħana li laqtet lill-gżejjer bejn it-8 u l-10 ta' Lulju. Filwaqt li ħafna rħewlha lejn il-bajjiet sabiex jiffriskaw, it-temperaturi medji tal-baħar kienu ogħla min-norma klimatika għal kull xahar tas-sajf tul l-istaġun. L-ogħla temperatura medja tal-wiċċ tal-baħar intlaħqet f 'Awwissu u kienet ta' 27.3°C. Ix-xahar ta' Settembru mbagħad beda bir-ragħad u s-sajjetti. Fl-ewwel 11-il jum tax-xahar, fil-fatt, ġew irrapportati ħames maltempati bir-ragħad u s-sajjetti; tfakkira li l-ħarifa kienet wara l-bieb. L-akbar ammont ta' xita, kemm għax-xahar ta' Settembru u kemm għall-istaġun, tkejjel fl-10 jum tax- xahar. Tul l-istaġun tas-sajf niżel total ta' 31.7 mm ta' xita. L-10 ta' Settembru kien ukoll l-aktar jum mudlam ta' Settembru u tas-sajf, bix-xemx toħroġ biss għal ftit minuti. Min-naħa l-oħra, l-aktar jiem imdawlin tas-sajf kienu t-18 u d-19 ta' Awwissu, b'kull waħda minn dawn il- ġranet tgawdi minn ftit aktar minn 13-il siegħa. Is-sajf: l-aktar ġurnata sħuna mill-1923 u maltempati fil-bidu ta' Settembru