Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882
illum Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 Sports 28 KENNETH Abela - plejer veteran u ta' esperjenza wiesgħa fil-futbol lokali u li nhar il-Ħadd li għadda, għamel id-debutt tiegħu bil-flokk ta' Vittoriosa Stars, fejn irnexxielu wkoll isib ix-xibka fir-rebħa importanti ta' 5-2 kontra l-ġirien iżda rivali, St George's. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdejtha fit-triq u fuq iz-zuntier tal-knisja u nhar ta' Sibt kont immur ma' George Dingli li kien jiġbor flimkien it-tfal tal-Isla kollha u ta' dan nirringrazzjah għal għomri għax bis-saħħa tiegħu bqajt inħobb il-futbol u wasalt fejn wasalt għax qatt ma kien jaqtgħalna qalbna. X'tikkummenta fuq l-esperjenza passata tiegħek ma' Qrendi? Qatt ma kont nimmaġinani li nilgħab ma' dan il-klabb żgħir imma grazzi għall-kowċ Demis kien ħadni hemm. Iltqajt mal-president u tkellimna flimkien u minn hemm bdiet l-esperjenza tiegħi ma' dan il-klabb żgħir b'ambizzjoni kbira li xi darba jitla' fl-ogħla diviżjoni Premier. Nitkellmu dwar l-aħħar staġun ta' Qrendi. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-istaġun? L-aħħar staġun kien iebes ħafna. It-tragward tagħna kien li niġu fis-sitt post imma ma marx kif kien ippjanat u spiċċajna niġġieldu għar- relegazzjoni. Jien kont nemmen li kien ħaqqna iktar minn hekk bit-tim li kellna imma fil-futbol tajjeb li tippjana waqt li tibqa' tilgħab logħba b'logħba. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Ikun hemm differenza xi kultant bil-barranin, imma dak hu s-sabiħ tal-futbol għax tim żgħir xi kultant jista' jtellef il-punti lil timijiet kbar u xi drabi dak it-tim li jkun żgħir jagħmel xi sorpriża. Din rajnieha matul l-istaġun li għadda fejn kien hemm timijiet li ramaw u ma telgħux Premier. Għalhekk huwa sabiħ il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, għax jibqa' akkanit sal-aħħar. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal- plejers Maltin? Iva, xi kultant ċerti barranin ma jkunux ta' livell u jkunu qed jieħdu post it-tfal Maltin. Għandna tfal Maltin aħjar minn ċerti barranin li jiġu f 'Malta. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- Kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni? Fil-grawnds għamilna qabża kbira ħafna, speċjalment meta wieħed jiftakar li qabel konna nilagħbu fuq iż-żrar. Iżda għad hemm affarijiet li jridu jitranġaw. Aħna għandna l-klima tagħna sħuna ħafna, għalhekk jeħtieġ li qabel kull logħba nxarrbu l-grawnd, biex innaqqsu l-injuries. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun sa issa? Ir-referis tagħna huma tajbin u l-livell huwa wieħed sodisfaċenti. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċji li jrid jagħmel plejer huma ħafna u biex tasal trid tkun iddedikat. Trid tippjana kull ġimgħa, trid tara x'tiekol u tistrieħ tajjeb. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Ġaladarba nispiċċa nilgħab, se nagħmel il-kors għall-kowċ tan-nurseries u nkun assistent kowċ. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Lit-tfal ngħidilhom: "Taqtgħu qalbkom qatt fil- ħajja! Hawn ħafna tipi ta' sports x'tipprattika - l-importanti hu li dak li ħa tagħmel, tagħmlu għal qalbek b'sagrifiċċju u determinazzjoni." 'Taqtgħu qalbkom qatt fil-ħajja' minn Cristian Antony Muscat Il-plejer Kenneth Abela u sħabu Jeħtieġ li qabel kull logħba nxarrbu l-grawnd, biex innaqqsu l-injuries