Illum previous editions

ILLUM 27 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 Muscat deher ippreparat sewwa għad-diskors tiegħu. Tant illi f 'mumenti minnhom irnexxielu jimbarazza mhux ftit lill- Oppożizzjoni. Ħin minnhom, Muscat irrimarka illi filwaqt li Delia qal li hemm bżonn tibda tingħata l-mediċina għall-Parkinsons, din diġà qed tingħata u ilha tingħata mill-2012 meta fil-Gvern kien hemm in-Nazzjonalisti. Muscat beda md-diskors billi kkoreġa lil Delia, li uża l-kelma 'metropolitan' fil-kritika tiegħu meta Muscat dejjem tkellem dwar il- 'kożmopolitan'. Bejn it-tnejn hemm differenza kbira. Belt metropolitana hija waħda kbira ħafna (Delhi, New York...), filwaqt li belt kożmopolitana hija waħda b'nies minn pajjiżi, kulturi u kontinenti differenti. Muscat irrimarka żball fi stqarrija tal-PN li rrefera għaċ-ċentru ta' Ħal Far bħala ċentru ta' detenzjoni, meta fil-fatt huwa ċentru miftuħ u semma wkoll kif fuq il-ħaddiema barranin biddel ċifri li dehru f 'rapport tal-Bank Ċentrali. Delia jidher li għamel żball ukoll meta qal li l-ebda kumpanija ta' Assi Virtwali (VFA) ma ġiet Malta fil-qasam tal-blockchain, meta fil-fatt ingħataw 17-il liċenzja. Delia fl-ebda ħin ma wieġeb lura għal dawn l-iżbalji u oħrajn li juru wkoll nuqqas ta' preparazzjoni u professjonalità min-naħa tal-PN. Meta beda jitkellem dwar ħajjet l-immigranti u d-deputati tal- Oppożizzjoni bdew jgħajtu 'pushback', Muscat tilef il-kalma u kważi sar isteriku. Dan minkejja li kellu argument tajjeb, fis-sens illi huwa llum iħoss li dan kien żball. Kienet ċara illi għal ftit, għax f 'daqqa waħda l-Oppożizzjoni dehret minn fuq, il-body language tiegħu nbidel u mar fuq id- difensiva. Ħa żball ukoll meta qal li qatt ma ntbagħtu lura immigranti lura b'periklu għal ħajjithom. Fil-fatt bejn Settembru u Ottubru 2002, mal- 220 Eritrean ġew iddeportati lura pajjiżhom minn Gvern Nazzjonalista, b'Amnesty International tgħid li dawn iffaċċjaw tortura u kastigi meta waslu. 27 persuna minn dawn li pprovaw jaħarbu spiċċaw imsawtin b'mod gravi sakemm beda ħiereġ id-demm, jgħid ir-rapport. Il-mina bejn Malta u Għawdex, bħall-metro huma proġetti infrastrutturali pożittivi, imma mhumiex dommi tal-fidi. Mhumiex kwistjonijiet ta' 'iva' jew 'le', 'iswed' jew 'abjad' jew xejn. Biex issir mina taħt il-baħar hemm bżonn serħan il- moħħ assolut. Is-serħan il-moħħ ma jiġix minn rapporti mhux ippubblikati, imma minn studji ppubblikati li jitrattaw il-blat, kemm saru testijiet fuq il-blat, fejn saru, bl-ispiża, kif l-ispiża tista' tinbidel minħabba blat li jaqa' għax ikun dgħajjef, x'jiġri f 'każ ta' emerġenza, kemm se tinqered art agrikola u aktar. Muscat qed ikun wisq affermattiv, wisq 'żgur'. Poter għandu għax hu l-PM, imma poter fuq in-natura m'għandux. Il-kawtela xi kultant mhix idea daqstant ħażina. Muscat għandu favurih ekonomija b'saħħitha f 'Malta, imma anke lil hinn minnha. Apparti li ppermettilu jqassam, kif diġà osservajna, irnexxielu jikseb għar- raba' darba surplus fil-finanzi tal- pajjiż. Minnha nnifisha din, wara snin ta' defiċit hija kisba mil-lat ta' finanzi imma wkoll mil-lat politiku. Naturalment l-aspettattivi, iktar kemm nirreġistraw surplus, iktar se jikbru u l-Oppożizzjoni iktar se tonfoħhom biex il-miżuri tal-Gvern qatt ma jidhru biżżejjed. Huwa xogħol Muscat u s-suċċessuri tiegħu li jibqgħu jippruvaw ilaħħqu ma' dawn l-aspettattivi, b'miżuri varji u inovattivi. L-ekonomija fil-fatt, flimkien mas-surplus, huma l-pulmun li qed jagħtu lill-Gvern ta' Muscat in-nifs u l-popolarità. Sakemm dawn jibqgħu, grazzi għall-viżjoni u fatturi Ewropej u internazzjonali, Muscat u l-PL jibqgħu fil-Gvern, minn fuq, jekk ma jibqgħux tibda t-triq 'l isfel tal-Gvern. Muscat ma tantx ikkonvinċa meta fakkar li dan il-Gvern għaddej bl- akbar proġett ta' housing fl-istorja, mhux għax mhux vera hemm dawn il-pjanijiet, imma għax wara sitt snin fil-Gvern wieħed kien jistenna li mqar, l-akbar housing estate f 'Ħal Farruġ ikun lest jew kważi. Inqas konvinċenti kienet ir- raġuni li ta Muscat għal dan id-dewmien (mela anke hu qed jammetti li hemm dewmien). Huwa sostna li dan il-proġett qed idum għaliex il-Gvern ma jistax jibni fuq żoni barra l-iżvilupp u jrid isib art li fuqha tista' tiżviluppa. Fir-realtà l-art (ta' Ħal Farruġ, li kellu jkun l-akbar, żgur) ilha mmarkata snin. Sa issa, f 'dan is-settur wieħed kien jistenna ħafna aktar minn Gvern Soċjalista u allura f 'dan is-suġġett Muscat mhuwiex b'saħħtu ħafna, sakemm dawk l-1,700 appartament isiru fatti. il-pushback u għad fadallu x'jaqdef fil-housing 'Għandek żball...' Pushback Il-mina u d-dommi tal-fidi Surplus u ekonomija Akkomodazzjoni soċjali. Imma x'sar? Muscat deher ippreparat sewwa għad-diskors tiegħu. Tant illi f 'mumenti minnhom irnexxielu jimbarazza mhux ftit lill- Oppożizzjoni. Ħin minnhom, Muscat irrimarka illi filwaqt li Delia qal li hemm bżonn tibda tingħata l-mediċina għall-Parkinsons, din diġà qed tingħata u ilha tingħata mill-2012 meta fil-Gvern kien hemm in-Nazzjonalisti. Muscat beda md-diskors billi kkoreġa lil Delia, li uża l-kelma 'metropolitan' fil-kritika tiegħu meta Muscat dejjem tkellem dwar il- 'kożmopolitan'. Bejn it-tnejn hemm differenza kbira. Belt metropolitana hija waħda kbira ħafna (Delhi, New York...), filwaqt li belt kożmopolitana hija waħda b'nies minn pajjiżi, kulturi u kontinenti differenti. Muscat irrimarka żball fi stqarrija tal-PN li rrefera għaċ-ċentru ta' Ħal Far bħala ċentru ta' Meta beda jitkellem dwar ħajjet l-immigranti u d-deputati tal- Oppożizzjoni bdew jgħajtu 'pushback', Muscat tilef il-kalma u kważi sar isteriku. Dan minkejja li kellu argument tajjeb, fis-sens illi huwa llum iħoss li dan kien żball. Kienet ċara illi għal ftit, għax f 'daqqa waħda l-Oppożizzjoni dehret minn fuq, il-body language tiegħu nbidel u mar fuq id- difensiva. Ħa żball ukoll meta qal li qatt ma ntbagħtu lura immigranti lura b'periklu għal ħajjithom. Fil-fatt bejn Settembru u Ottubru 2002, mal- Il-mina bejn Malta u Għawdex, bħall-metro huma proġetti infrastrutturali pożittivi, imma mhumiex dommi tal-fidi. Mhumiex kwistjonijiet ta' 'iva' jew 'le', 'iswed' jew 'abjad' jew xejn. Biex issir mina taħt il-baħar hemm bżonn serħan il- moħħ assolut. Is-serħan il-moħħ ma jiġix Mus b'saħħitha f 'Malta, imma anke lil hinn minnha. Apparti li ppermettilu jqassam, kif diġà osservajna, irnexxielu jikseb għar- raba' darba surplus fil-finanzi tal- pajjiż. Minnha nnifisha din, wara snin ta' defiċit hija kisba mil-lat ta' finanzi imma wkoll mil-lat politiku. Muscat ma tantx ikkonvinċa meta fakkar li dan il-Gvern għaddej bl- akbar proġett ta' housing fl-istorja, mhux għax mhux vera hemm dawn il-pjanijiet, imma għax wara sitt snin fil-Gvern wieħed kien jistenna li mqar, l-akbar housing estate f 'Ħal Farruġ ikun lest jew kważi. Inqas konvinċenti kienet ir- raġuni li ta Muscat għal dan id-dewmien (mela anke hu qed jammetti li hemm dewmien).

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 October 2019