Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882
Minn Vladimir Malygin IT-TIENI Gwerra Dinjija rat il-bidu tagħha uffiċjalment fl-1 ta' Settembru 1939, madwar 80 sena ilu. Dan il-kunflitt jgħodd ruħu mal-iktar imdemmija fl- istorja tal-bniedem, bit-telfa ta' miljuni ta' ħajjiet. L-Unjoni Sovjetika sfat imkaxkra f 'din il-gwerra fit-22 ta' Ġunju 1941. Teżisti fehma skorretta li l-ftehim tat-twaqqif tal-ġlied bejn il-Ġermanja u l-Unjoni Sovjetika, magħruf bħala dak ta' Molotov-Ribbentrop, kien il-kaġun tat-Tieni Gwerra Dinjija, u l-mod li bih l-Unjoni Sovjetika tat bidu għal dan il-kunflitt dinji. Dan mhuwiex ibbażat biss fuq fatti illi ma jirriflettux is-sitwazzjoni reali, iżda jitfa' wkoll dell ikrah fuq ir-Russja u jtebba' r-relazzjoni tagħha mal-bqija tad-dinja. Huwa importanti ħafna illi meta niġu għall-istorja tagħna, nibbażaw kollox fuq fatti illi huma mibnija fuq pediment sod ta' dokumenti oriġinali u analiżi għaqlija ta' avvenimenti fl-isfond storiku propju. Jekk qed tfittex il-paċi, lesti ruħek għall-ġlied Is-sistema' ta' relazzjonijiet internazzjonali magħrufa bħala dik ta' Versailles- Washington, imwaqqfa wara t-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija, kienet pjuttost limitata, u ma tatx wisq direzzjoni lit-tliet qawwiet kbar tax-xena internazzjonali ta' dak iż-żmien. Il-Ġermanja, l-Italja u l-Ġappun, magħrufin bħala l-qawwiet reviżjonisti, kienu qed jippreparaw għall-qasma mill-ġdid tal-fruntieri dinjija. Ir-Renju Unit, Franza u l-Amerka, imsejħa kollettivament bħala "d-demokraziji tal-Punent", minflok fittxew biex itemmu l-aggressjoni faxxista, spiċċaw addottaw politika passiva kontra l-għedewwa politiċi tagħhom. L-Unjoni Sovjetika qieset il-Faxxiżmu bħala forma oħra ta' Imperjaliżmu, u rat iż-żewġ qawwiet l-oħra bħala estremi ugwali. 'All for one and one for all', imma hekk verament hu? L-aħħar deċenju qabel il-gwerra fetaħ bl-invażjoni Ġappuniża tal-Mancuria fiċ-Ċina fl-1931, u bil-kisba tal-poter tal-partit Nazzista fil-Ġermanja fl-1933. Il-partit Nazzista b'wiċċu minn quddiem appoġġja l-kunċett ta' Lebensraum, illi kien minsuġ minn politika u prattika ta' kolonizzazzjoni b'risq l-espansjoni territorjali għal ġol-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Peress illi l-Unjoni Sovjetika għarfet li ma setgħetx topponi l-poter Nazzist waħedha, fit- tletinijiet hi bdiet kampanja diplomatika sabiex twaqqaf kunċett ta' Sigurtà Kollettiva fl-Ewropa. L-Unjoni Sovjetika kienet qed tħabbat wiċċha ma' numru ta' diffikultajiet fin-negozjati mal-poteri tal-Punent, għar-raġuni li fl-1935 ir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja u l-Italja kienu diġà ffirmaw ftehim dwar is- sigurtà internazzjonali, l-hekk imsejjaħ Four-Power Pact, u wkoll minħabba ftehim ieħor imsejjaħ l-Anglo-German Naval Agreement. Hitler ma damx wisq ma beda jikser il-kundizzjonijiet tat-Trattat ta' Versailles, tant illi malajr reġa' daħħal is- sistema tal-lieva fil-Ġermanja u l-militarizzazzjoni tat- territorju tar-Rhineland, bl-iskuża tar-ratifikazzjoni tal-Franco-Soviet Treaty of Mutual Assistance. Peress li ma kienx hemm rieda sabiex jikkommettu għall-kunċett Sovjetiku ta' Sigurtà Kollettiva, u peress illi kienu ġa ħadmu numru ta' ftehim ta' waqfien tal-ġlied mal-Ġermanja, il-qawwiet tal-Punent ippreferew ma jindaħlux fis-sitwazzjoni li kienet qiegħda tberren. Is-sajf tal-1936 fetaħ bil- Gwerra Ċivili Spanjola, u minkejja illi ir-Reġim ta' Franco kien ta' theddida għal Londra u Pariġi, il-qawwiet tal-Punent reġgħu għażlu illi ma jindaħlux. Moska, min-naħa l-oħra, għażlet illi ma tagħlaqx għajnejha għal dak li kien qed iseħħ, u sellfet l-appoġġ kollu tagħha lir-Repubblikani Spanjoli. Novembru tal-1936 kixef pass ieħor lejn il-gwerra li kienet qiegħda bil-mod tberren - il-ftehim imsejjaħ l-Anti-Comintern Pact illi sar bejn il-Ġermanja u l-Ġappun, intenzjonat għal kontra l-qawwa Kommunista, b'mod speċifiku l-Unjoni Sovjetika. F'Marzu tal-1938, it- tensjoni kompliet tinġema'. Il-Ġermanja ħatfet l-Awstrija, u minkejja s-suġġerimenti tal-Unjoni Sovjetika sabiex ikun hemm iktar reżistenza għall-aggressjoni Nazzista, ir-Renju Unit u Franza ppreferew jagħtu ċanfira ħafifa lill-Ġermanja, u ma tantx ipprotestaw il-manuvri militari Nazzisti. Bosta politiċi tal-Punent, fosthom il-Prim Ministru Ingliż Neville Chamberlain, ħaddnu twemmin żbaljat illi l-Unjoni Sovjetika ma setgħetx tiġi fdatha, u assumew illi ħafna stati żgħar kienu tal-istess fehma. Fl-1934, il-Polonja ffirmat ftehim ta' non-aggressjoni mal-Ġermanja, illi ġiet segwita minn ftehim simili bejn il-Ġermanja u pajjiżi żgħar bħad-Danimarka, l-Estonja, u l-Latvja. Apparti minn hekk, l-Ungerija, il-Manċuria u Spanja wkoll daħlu fil-ftehim tal-Anti-Comintern Pact. Iż-żmien wera illi stati żgħar tassew poġġew il-fiduċja tagħhom f 'Hitler. Il-Ftehim ta' Munich, u n-Negozjati tal-Alleanza fi Tliet Direzzjonijiet ġewwa Moska Il-Ftehim ta' Munich, li ntlaħaq fit-30 ta' Settembru 1938 bejn il-Ġermanja, ir- Renju Unit, Franza u l-Italja, witta t-triq għall-Ġermanja biex taħtaf lis-Sudetenland, fil-Punent taċ-Ċekoslovakkja. Dan kien sinjal ċar min- naħa tal-qawwiet tal- Punent illi ma kellhom ebda intenzjoni li jidħlu fi ftehim ta' Sigurtà Kollettiva Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 L-Unjoni Sovjetika qabel it-Tieni Gwerra Dinjija Fil-borma ful niexef u fit-taġen ful xieref Tittella' l-bandiera tal- Unjoni Sovjetika fuq il-bini tar-Reichstag, 1945 Delegazzjonijiet Militari jaslu Moska mir-Renju Unit u Franza, 11 t'Awwissu 1939 Il-Kmandant Georgy Zhukov, biswit ix-xmara Khalkhin Gol, 1939