Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882
mal-Unjoni Sovjetika, u li għażlu politika ta' tpaxxir lejn l-aggressur. Tant hu hekk, illi wara li r-Renju Unit u Franza laħqu ftehim ta' non-aggressjoni mal-Ġermanja, l-Unjoni Sovjetika tħalliet prattikament waħedha f 'sitwazzjoni ta' iżolazzjoni internazzjonali. Madanakollu, Moska ma qatgħetx qalbha milli tipprova tilħaq ftehim mal-Punent, u fl-1939 fetħet negozjati għall- Alleanza fi Tliet Direzzjonijiet bejn Moska, Londra u Pariġi, illi kellha sservi biex tħares stati Balkani żgħar u biex tinnegozja l-kundizzjonijiet ta' ftehim militari. Però, mhux kulħadd kien konvint minn dan. Winston Churchill, fid-diskors tiegħu lill-House of Commons f 'April tal-1939, tkellem dwar l-importanza ta' ħbiberija mal-Unjoni Sovjetika: "There is no means of maintaining an Eastern front against Nazi aggression without the active aid of Russia. Russian interests are deeply concerned in preventing Herr Hitler's designs on Eastern Europe." Fl-1939, Moska fl-aħħar irnexxielha tikkonvinċi lill- Punent biex tikkunsidra l-idea ta' ftehim dwar is-Sigurtà Kollettiva, u f 'Awwissu tal- istess sena, in-negozjati tal- Alleanza fi Tliet Direzzjonijiet bdew ġewwa Moska. Sfortunatament, ir-Renju Unit u Franza ma qablux li jħarsu l-istati Balkani żgħar, u stqarrew illi r-rappreżentattivi tagħhom ma kellhom ebda poter biex jinnegozjaw kundizzjonijiet ta' ftehim militari. Fuq kollox, ma setgħux jaċċettaw illi l-forzi tal-Unjoni Sovjetika jaqsmu l-fruntiera għal ġol-Polonja f 'każ ta' invażjoni mill-Ġermanja. Tagħmel x'tagħmel, ma tistax iġġibha żewġ Wara l-falliment tan- negozjati f 'Moska u s-suċċess tal-Ftehim ta' Munich, ir-Russja kellha tfittex modi alternattivi sabiex twaqqaf l-espansjoni Ġermaniża għal ġol-Lvant. Il-Ġermanja diġà kienet dawret ħarsitha lejn espansjoni għal ġewwa l-Polonja u diversi stati Balkani illi kienu fuq il- fruntiera tal-Unjoni Sovjetika. F'dan il-punt, ir-Russja ma kien baqgħalha l-ebda rikors ħlief illi tibda n-negozjati tagħha stess mal-Ġermaniżi, fil-forma tal-ftehim ta' Molotov Ribbentrop, illi kien reazzjoni għall-Ftehim ta' Munich. F'kuntrast mad-diplomatiċi Ingliżi u Russi, il-Ministru Ġermaniż tal-Affarijiet Barranin Joachim von Ribbentrop, ma kaxkarx saqajh fin-negozjati mar- Russja, u malli l-Unjoni Sovjetika bagħtet it-termini tal-ftehim, il-patt seħħ minnufih. Moska kellha preokkupazzjoni oħra fuq moħħha dak il-ħin. It-tensjoni mal-Ġappun kompliet tikber, tant li qam kunflitt fuq il- fruntiera ta' bejn l-Unjoni Sojetika u l-Ġappun mat-tul tax-xmara ta' Khalkhin Gol. Moska għarfet illi l-ftehim mal-Ġermanja kien wieħed temporanju, biss ma setgħetx tinjora l-fatt illi patt bħal dak naqqas ir-riskju ta' gwerra fuq żewġ naħat. Winston Churchill fid-djarju tiegħu kiteb hekk: "On the Soviet side it must be said that their vital need was to hold the deployment positions of the German armies as far to the west as possible so as to give the Russians more time for assembling their forces from all parts of their immense empire. If their policy was cold-blooded, it was also at the moment realistic in a high degree… The fact that such an agreement (German-Soviet Nonaggression Pact) could be made marks the culminating failure of British and French foreign policy and diplomacy over several years." L-analiżi tar-relazzjonijiet internazzjonali tas-snin tletin fl-isfond storiku tagħhom tgħinna nifhmu illi r-Russja fil-verità kienet l-unika poter illi ma kinetx lesta tpaxxi l-aggressur billi tbigħ il- ħelsien ta' pajjiżi żgħar. Meta faqqgħet il-gwerra, suldati Russi ġġieldu spalla ma' spalla flimkien mal-ħbieb Ewropej tagħhom, u meta nifdu l-fruntiera Ġermaniża, kienu tal-ewwel li daħlu ġewwa Berlin, u b'hekk kisbu l-paċi fl-Ewropa. Ir-rebħa konklussiva tal- gwerra kienet prova tal-ħidma magħquda tal-alleati, u tal-irwol importanti ta' Malta f 'din ir-rebħa. Vladimir Malygin huwa l-Ambaxxatur tar-Russja għal Malta 15 Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 | illum Aħbarijiet 15 Aħbarijiet Suldati Ġermaniżi fuq il-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Polonja, Settembru 1939