Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 analiżi Party) 4% filwaqt li partiti oħra iżgħar igawdu l-appoġġ tal-bqija tal-votanti. Elezzjoni bejn il-mexxejja aktar milli partiti Simili għal dak li jiġri f 'Malta, l-elezzjoni ta' Diċembru li ġej, aktar milli elezzjoni bejn il- Partit Konservattiv u l-Partit Laburista, se tkun elezzjoni bejn il-mexxejja. Minkejja dak li jgħidu fuqu u l-immaġini tiegħu, Boris Johnson igawdi ħafna aktar fiduċja minn Jeremy Corbyn, il-mexxej Laburista. Fil-fatt, 43% jħarsu lejn Boris Johnson bħala l-aktar persuna ideali biex tkun Prim Ministru. 20% biss jaħsbu l-istess dwar Jeremy Corbyn. Dwar dan inkomplu nitkellmu aktar 'il quddiem fl-artiklu. X'effett se jkollu Brexit fit-12 ta' Diċembru? Ma għandniex xi ngħidu. Ir- Renju Unit jinsab fejn jinsab propju minħabba Brexit. Ir-Renju Unit ivvota biex jitlaq iżda l-ehim innegozjat mal- Unjoni Ewropea, kemm minn eresa May u riċentament minn Boris Johnson weħel fil- Parlament u wassal biex Brexit ikun estiż aktar minn darba, biex issa suppost iseħħ sal-31 ta' Jannar. Fil-fatt, skont is-sondaġġ tal- YouGov u anke sondaġġi oħra, Brexit hija l-aktar kwistjoni li qed tinkwieta lill-Brittaniċi. Skont YouGov, 70% tal-votanti huma l-aktar imħassba bi Brexit, iżda s-setturi tas-saħħa, l-ambjent u l-ekonomija huma wkoll kwistjonijiet li n-nies qed titkellem dwarhom. Fid-dawl ta' dan wieħed jistenna li Brexit se jkun kruċjali f 'din l-elezzjoni, iżda l-partiti ma jistgħux jinsew kwistjonijiet oħra li dwarhom il-poplu huma mħasseb. Il-messaġġi u l-viżjoni (jew in- nuqqas tagħha) tal-partiti Hawn tajjeb inħarsu it lejn il-mottos taż-żewġ partiti l-kbar li juru wkoll it-toroq differenti li mistennija jieħdu f 'din il- kampanja elettorali. L-għajta tal-Partit Konservattiv hija: 'Get Brexit Done. Unleash Britain's Potential' (Inwettqu Brexit. Nisfruttaw il-Potenzjal tar- Renju Unit). Mill-banda l-oħra, il-Partit Laburista qed isejjaħ għall-bidla, bi Brexit ma jidher imkien fit-tema tiegħu: 'It's Time for Real Change' (Wasal iż- Żmien għal Bidla Vera). Nibdew bil-Partit ta' Boris Johnson. Jagħmel tajjeb il- Partit Konservattiv li jisħaq dwar Brexit. Il-pożizzjoni tiegħu, għall-kuntrarju tal- Partit Laburista, hija waħda ċara, jiġifieri li Brexit iseħħ malajr kemm jista' jkun. Jidher li fehem ukoll il-messaġġ li hemm kwistjonijiet oħra imporanti, li l-votanti se jkunu qed iħarsu lejhom fit-12 ta' Diċembru. Ma ninsewx. eresa May ħasbet li Brexit se tkun l-unika tema fl-elezzjoni bikrija tal- 2017. Ħasbet li l-votanti qed jaħsbu biss fuq Brexit. Kienet żbaljata u r-riżultat kien wieħed ċar. Boris Johnson irid joqgħod attent li ma jagħmilx l-istess żball. Mill-banda l-oħra, wieħed għad irid jara jekk kienx għaqli li l-Partit Laburista imur fl-estrem l-ieħor u jevita l-kelma Brexit għal kollox. Ma tantx tgħin biex tingħeleb il-perċezzjoni li l-Partit Laburista huwa nieqes mill-viżjoni dwar waħda mill- akbar kwistjonijiet li qed jiffaċja r-Renju Unit, sitwazzjoni li tfakkarna it f 'dak li jingħad f 'Malta għall-Oppożizzjoni u l-kwistjoni tal-barranin u l-immigranti. Fil-fatt, skont sondaġġi, 65% tal-votanti ma jafux eżatt x'inhi l-pożizzjoni tal-Partit Laburista u Jeremy Corbyn dwar Brexit, anke jekk l-inċertezza testendi għas-setturi l-oħra kollha diskussi. Ta' min isemmi kif filwaqt li Boris Johnson għandu ehim f 'idu u jrid li Brexit iseħħ sal-31 ta' Jannar, jekk jista' jkun qabel, Jeremy Corbyn wiegħed li jsolvi l-kwistjoni ta' Brexit fi żmien sitt xhur. Fil-fatt, anke jekk ma qalx jikkampanjax favur jew kontra, Jeremy Corbyn qed iwiegħed it-tieni referendum dwar Brexit. U hawn tqum mistoqsija oħra. Jekk Corbyn lest joffri t-tieni referendum dwar Brexit, lest jagħmel l-istess dwar ir- referendum għall-indipendenza tal-Iskozja? Anke jekk l-Ewwel Ministru Skoċċiż Nicola Sturgeon trid u hija konvinta li Corbyn jaċċetta t-tieni referendum, Corbyn għadu ma ċċarax il-pożizzjoni tiegħu. La jaf hu, aħseb u ara kemm nafu aħna. Wieħed għad irid jara wkoll x'effett dan jista' qatt ikollu fuq l-appoġġ għall- Partit Laburista. L-aħjar fost l-agħar... Dawn il-ħafna mistoqsijiet mhux imwieġba dwar il- viżjoni u l-pożizzjoni tal-Partit Laburista Ingliż jistgħu jkunu r-raġuni wara dak li qed juru s-sondaġġi. Minkejja li ħafna mhumiex kuntenti bit-tmexxija tal- Gvern Ingliż (mhux biss dwar Brexit), minkejja li it li xejn hemm tama fost l-elettorat li l-affarijiet imorru għall-aħjar anke jekk jerġa' jirbaħ il-Partit Konservattiv u minkejja li l-Brittaniċi lanqas mhuma kuntenti bil-mod kif il-Gvern iffaċċja Brexit (72% iwieġbu fin- negattiv), Boris Johnson huwa fdat aktar minn Jeremy Corbyn u l-Partit Konservattiv qed jiġri 'l quddiem. Kif ngħidu, jista' jkun li l-Ingliżi se jkollhom jagħżlu l-aħjar fost l-agħar. Intant, matul ix-xahar li ġej, il-gazzetta ILLUM se tkun qed issegwi l-kampanja elettorali fir- Renju Unit, il-messaġġ taż-żewġ mexxejja, l-aħħar żviluppi u kif dawn ikunu qed jaffetwaw is- sondaġġi tal-opinjoni pubblika. illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson Partit Konservattiv Partit Laburista Liberali Demokratiċi Partit ta' Brexit Ħodor Scottish National Party Oħrajn 36% 25% 17% 11% 5% 4% 2%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019