Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 intervista LIAM CARTER Lil hinn min-narattiva politika, huwa ċar li jeżistu problemi fil-Partit Nazzjonalista. F'dan l-aħħar żmien speċjalment fix-xhur iddominati mill- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ħarġu fil-beraħ aktar episodji ta' nuqqas ta' qbil intern, riżenji u anke disfatti elettorali. Din il-ġimgħa l-ILLUM iltaqgħet mas- Segretarju Ġenerali tal-PN u d-Deputat Clyde Puli. Miegħu ddiskutejna u analizzajna wħud mill-kwistjonijiet il- kbar li qed jolqtu dan il-partit fosthom ir-riżultat elettorali, id-deputati ribelli, ir-relazzjoni Delia - Daphne u fl-aħħar nett il-pożizzjoni tiegħu bħala segretarju ġenerali. Nibdew b'mistoqsija analitika u nistaqsih x'jaħseb li kienu r-raġunijiet li waslu għal telfa oħra fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej. Mal-ILLUM Puli jibda biex jispjega. "Naħseb li r-raġunijiet kienu diversi. Ma tistax tibbaża kollox fuq raġuni waħda. L-ewwel nett, għalkemm mhux ġustifikazzjoni tar-riżultat, il-PN ilu 20 sena ma jirbaħ rawnd ta' Kunsilli Lokali u fl-istess waqt qatt ma rebaħ elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew." Iżid jgħid kif skontu din hi 'ironika' hekk kif il-PN kien il-Partit li introduċa dawn l-elezzjonijiet. "Dan huwa kuntest," ikompli jispjega Puli, "raġuni oħra żgur li kienet it-telfa tal-2013 li l-effetti tagħha għadhom jinħassu s'issa u żgur li affetwaw affarijiet oħra li ġraw fl-aħħar sentejn." Nistaqsih biex jelabora fuq l-aħħar punt. Huwa jgħid li kieku l-PN deher aktar front magħqud tul dawn l-aħħar sentejn, żgur li l-possibbilità ta' riżultat aħjar, inkluż it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew kienet tkun 'ħafna akbar.' Inkomplu nitkellmu fuq l-istess suġġett u mingħajr ma nidħlu f 'ismijiet partikolari nistaqsih kemm fil-fatt affetwat il-perċezzjoni pubblika ta' partit diviżiv. Puli jirrispondi, "ir-riżultat ikun differenti. Dawk huma l-indikazzjonijiet kollha interni li għandna. Kieku kellna l-vuċi aktar unita, il-possibbilità kienet tkun akbar. Dan ma jfissirx li jkollok kull membru u deputat jirrepetu kelma b'kelma l-ħsieb tal-Kap." Ninsisti u nistaqsih mistoqsija oħra fuq din il-kwistjoni. Imma b'dawn il-gambetti interni l-PN kif jista' jirpilja? Puli jirrispondi bl-użu ta' analoġija li żżewweġ il-mużika mal-politika. "Jekk għandek orkestra u mużiċist ma jsegwix id- direzzjoni tas-surmast, jista' jkun l-aqwa fid-dinja, l-opra tal-arti ma toħroġx sew. Fl-aħħar ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni ħassejt titjib sostanzjali. Dan intwera wkoll fil-messaġġ li ħareġ hemm barra. Dawn huma grupp ta' nies li finalment għandhom l-istess valuri bi sfumaturi differenti," sostna Puli. Fuq l-istess nota huwa qal li jekk il- 'core' jkun taħt l-istess direzzjoni u jdoqq l-istess biċċa mużika, il-kanzunetta kkordinata tingħoġob u toħroġ aħjar fil- pubbliku. Il-PN b'Adrian Delia jista' jirbaħ lura l-votanti tal-Occupy Justice Inkomplu niddiskutu u nistaqsih dwar il-fazzjoni li donna sseparat mill-PN wara l-mewt ta' Daphne u li qiegħda timxi mad-daqqa tat-tanbur tagħha. Kif jista' Adrian Delia jirbaħ lura xi votanti tal-PN li sabu refuġju f 'movimenti varji inkluż Occupy Justice? Mal-ILLUM Puli jgħid li jekk votant jemmen fl-istess sett ta' valuri huwa biżżejjed biex il-Partit jingħaqad. "X'inhu l-għan komuni? L-affarijiet li jitħaddtu ż-żewġ partijiet huma l-istess, it-tnejn jitkellmu fuq il-ġid komuni, ovvjament għandhom sfumaturi differenti." Hu kompla jgħid li, "il-fatt huwa li dan il-partit għal darba, tnejn, tlieta, għażel lil Adrian Delia biex imexxih. Il-partitarji qed jgħidu b'mod ċar u tond li jridu lil dan ir-raġel imexxihom u jridu jagħtuh ċans għall-elezzjoni ġenerali. Għalhekk aħna rridu nagħmlu l-almu tagħna biex ngħinuh." Apparti minn hekk huwa qal li jrid jikkonvinċi mhux biss lil dawk l-eks votanti li sabu refuġju fl-attiviżmu iżda anke dawk li jappoġġjaw lill-Partit Laburista. "Bl-għaqda biss ma tirbaħx iżda jkun punt tat-tluq tajjeb." Għaliex ma warrabx wara d-disfatta tal- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew? Naqilbu d-diskussjoni dwaru u nistaqsih għalfejn fid-dawl tal-aħħar riżultat elettorali 'fqir', il-PN għażel li jibqa' fit-tmexxija tal-istess partit anke fid-dawl ta' kritika reattiva fil-konfront tiegħu. Ma' din il-gazzetta s-Segretarju Ġenerali jisħaq li, "trid tingħata ċans twettaq il-pjan tiegħek li huwa bbażat fuq ħames snin u mhux sentejn. It-tieni nett, l-affarijiet ma jinbidlux b'sempliċiment swiċċ." Iżid jgħid li, "aħna dħalna għat-tmexxija tal-Partit b'għażla, iżda b'sens ta' dover minkejja li konna nafu s-sitwazzjoni li qiegħed fih inkluż l-isfidi finazjarji kbar." Nistaqsih kif eżattament il-PN qiegħed jirnexxilu jegħleb l-isfidi finanzjarji. Huwa jgħid li f 'dawn l-aħħar sentejn raw sabiex il-PN ikollu dħul sostenibbli billi jikkumerċjalizza l-proprjetà tiegħu u Mal-ILLUM Clyde Puli jkun skjett dwar il-problemi fil-Partit Nazzjonalista, il-kwistjonijiet interni, ir-riżultat elettorali u l-futur tal-partit IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Il-Parit Demokratiku tajnieh pjattaforma aħna u ġab 5,000 vot fl-elezzjonijiet tal-PE. Aħna kellna bżonn 4,000 vot sabiex nissiġillaw it-tielet siġġu 'Bl-għaqda biss ma tirbaħx iżda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019