Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 intervista anke b'riformi interni. Il-PN għandu kredibiltà jikkritika l-Gvern? Lil Puli staqsejnieh ukoll fuq il-kritika u n-narrattiva tal-PN. Huma kredibbli jikkritikaw dwar kwistjonijiet ta' ġustizzja soċjali u riforma ġudizzjarja fid-dawl li l-istess partit kellu 25 sena ċans biex jemenda u jirranġa? Mal-ILLUM huwa jirrispondi u jgħid li ovvjament dawk l-effetti tad-deċiżjonijiet politiċi jintirtu. "Dak li ġara qabel xorta jaffetwak illum il-ġurnata. Jekk xi ħadd 10 snin ilu ħass, li t-tmexxija ta' dak iż-żmien naqsitu, l-interessi ta' dik id-deċiżjoni ġġorrhom t-tmexxija tal-lum il-ġurnata." Biex ifisser dan l-argument Puli saħansitra jagħmel referenza lejn episodju riċenti ta' deċiżjoni li skontu l-PN għadu jħallas l-'interessi' fuqha s'issa. "Il-Parit Demokratiku tajnieh pjattaforma aħna u ġab 5,000 vot fl- elezzjonijiet tal-PE. Aħna kellna bżonn 4,000 vot sabiex nissiġillaw it-tielet siġġu. Mhux jien tajtu pjattaforma iżda sibtu hemm. Affetwaw lilna u bħal dak nista' nagħtik numru ta' eżempji oħra. Allura biex tirranġa l-ħsara li saret qabel trid iż-żmien, iżda titranġa bi pjan serju u b'viżjoni ċara," sostna Puli. Madanakollu huwa jgħid li wħud mill- punti ta' diskussjoni li qed iqajjem il-PN qed jispiċċaw ikunu kwistjonijiet li kemm l-akkademiċi u anke l-midja tiddiskuti fil- linji editorjali tagħha. "F'Mejju tal-2018 tkellimna fuq iż-żieda tal-popolazzjoni, l-ewwel reazzjoni kienet dik ta' redikola jew miżinterpritazzjoni iżda llum dan huwa argument rikonoxxut. Jiġifieri, jista' jkun hemm dak is- sentiment imma qed jitnawwar u jinkiser u jekk nippreżentaw kor unit mingħajr distorzjoni n-nies jisimgħu iktar għax għandna messaġġ relevanti." 'Jean-Pierre Debono se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss' Nistaqsih ukoll fuq waħda mill- aħħar riżenji fl-istess partit. Jean-Pierre Debono li f 'Ġunju li għadda spiċċa f 'nofs kontroversja interna dwar il-co-option tiegħu, telaq mill-pożizzjoni tiegħu fil- Partit minħabba f 'hekk? Skont Puli, "Debono huwa bniedem bieżel li ħadem ħafna b'lealtà u għandu karriera minn barra dan il-partit. Fl- ittra tar-riżenja tiegħu huwa qal li se jibqa' viċin u li se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Debono għandu sens kbir ta' umiltà, dan huwa xi ħadd li rebaħ is-siġġu tiegħu għall-ewwel darba fl- 2017 u ċedieh biex jidħol il-Kap tiegħu," irrimarka Puli. Delia u l-kummenti ta' biċċa blogger fuq Daphne Caruana Galizia Fl-aħħar nett staqsejtu dwar il-kwistjoni ta' Daphne Caruana Galizia iżda b'aċċenn partikolari fuq il-kredibbiltà ta' Delia fil- ġlieda għall-ġustizzja. Dan għaliex kien Delia stess li it xhur qabel l-assassinju fetaħ il-kanuni fuqha. Fid-dawl ta' dan kollu, Delia jista' jagħmel sens politiku f 'din il-kwistjoni? Mal-ILLUM Puli jibda biex jgħid li dan huwa qtil oxxen u brutali u li mhu aċċettat bl-ebda mod. "Mietet persuna li hi ġurnalista li qed tipprova tiskopri l-verità. Issa ħadd m'għandu l-verità kollha u kulħadd jiżbalja imma kienet qed tagħmel xogħolha u ħadd m'għandu jmut għalhekk." "Minħabba f 'hekk," skont Puli, "din ma tibqax kwistjoni ta' individwu iżda ssir waħda nazzjonali." "Bil-mewt tagħha d-demokrazija ngħatat daqqa allura fuq dak il-livell biss il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa obbligat li jitkellem b'mod ċar irrispettivament minn x'kienet qalet fuqu u jekk jaqbilx fuq dak li kitbet u jekk dak li kitbet huwiex minnu." Fl-aħħar mistoqsija supplementari, nistaqsih jekk kienx insensittiv li Delia jmur ipoġġi l-uri fuq il-maar ta' Caruana Galizia fil-Belt Valletta. Huwa jirrepeti u jgħid li Delia għandu dmir li jitkellem u dan għamlu minkejja l-kitbiet li kellha fuqu li ma jaqbilx magħhom u jiċħadhom kompletament. "Trid tiem il-familjari, dawn huma umani u jħossu dak li qed iħossu. Lanqas irrid nimmaġina lili ngħaddi minn dak li għaddew huma. M'iniex offiż b'dak li ġara niem li esprimiet ruħha bir-rabja iżda aħna għamilna d-dmir tagħna." Dak li ġara qabel xorta jaffetwak illum il-ġurnata. Jekk xi ħadd ħass 10 snin ilu, li t-tmexxija ta' dak iż-żmien naqsitu l-interessi ta' dik id-deċiżjoni ġġorrhom it- tmexxija tal-lum il-ġurnata illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 iżda jkun punt tat-tluq tajjeb' Clyde Puli Deputat u Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista (Ritratt: James Bianchi)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019