Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 opinjoni Nesportaw il-kultura Maltija Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali Q att daqs illum ma kien hemm opportunitajiet li permezz tagħhom il-kultura Maltija qed tiġi rikonoxxuta barra minn xtutna. Mill-ewwel jiem li dħalna fil-Gvern, rajna li nagħmlu minn kollox biex il-Patrimonju kulturali rikk tagħna jkun imxerred lil hinn minn pajjiżna ħalli dak li għandna u li bħala pop- lu magħqud kollha aħna kburin bih, naqsmuh u jingħata għarfien b'mod dinji. Mal-ewwel infakkar fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, li propju llum jagħlaq sena minn meta fetaħ il-bibien tiegħu. Wara xogħol kbir li sar, mhux biss ir-rinovar, ir-restawr u r-riġenerazzjonni tal-bini, imma wkoll restawr fejn kien hemm bżonn tal-kollezzjoni Nazzjonali tal-Arti, kemm il-post u wkoll din il-kollezzjoni issa qed jitgawdew minn kulħadd – Maltin u barranin. Proġett li ta ħajja ġdida lil din il- kollezzjoni tant għażiża għalina. Rajna li din tkun esebita b'mod modern u mħallta wkoll mat-teknika u teknoloġija moderna li tant hija meħtieġa llum – anki biex tattira lill-ġenerazzjonijiet żgħar li twieldu b'din it-teknoloġija magħhom u forsi qajla jagħtu kas l-antik. Imma b'din it-taħlita sana, qed nerġgħu naraw lill-ġenerazzjoni tal- lum jidħlu bi ħġarhom jaraw dak li fuq kollox huwa tagħhom. Il-MUŻA għamel isem ukoll madwar id-dinja kulturali, tant li ġie deskritt bħala wieħed mill-mużewijiet li għandhom valur sinifikanti. Kitbu dwaru esperti fil-qasam, deher fuq rivisti ta' isem u wkoll f 'siti ta' importanza. Dan huwa x-xogħol tagħna fil-kultura. Nippriservaw, imma naraw li dak li huwa tagħna, niaħru bih imma fuq kollox inħalluh bħala legat għal dawk kollha li ġejjin warajna. *** Qed nesportaw mhux biss l-arti klassika u kontemporanja, imma qed nesportaw ukoll it-tradizzjonijiet li huma parti importanti mil-ħajja tagħna. Il-Presepju Malti. Diġà kien espost fil-Pjazza tal- Vatikan, fil-Pjazza tan-Natività f 'Betleħem u wkoll is-sena li għaddiet, fil-Pjazza Tritoni fil-Belt Valletta. Dan wassal biex kemm 'il bogħod minn xtutna, imma wkoll f 'pajjiżna stess, ikun apprezzat dan it-talent li għanda l-Maltin. Din is-sena wkoll se nkomplu nagħtu spinta lil din l-inizjattiva. Il-Ġimgħa ħabbart li l-presepju artistiku Malti issa se jkun għall-wiri fil-Villaġġ tal-Milied, tal-Kampus tal-Università ta' Vjenna. Għalhekk, kif għidt, għal darb'oħra qed inwasslu l-kultura tagħna lil hinn minn xtutna, opportunità oħra kbira biex il-ħila tal-artisti Maltin tintwera f 'post ċentrali f 'post li kull sena mas- 600,000 persuna mill-Awstrija u eluf ta' turisti jżuru dan is-Suq tal-Milied, li huwa wieħed mill- akbar fl-Awstrija. Dan huwa x-xogħol li qegħdin nagħmlu biex inkomplu nsaħħu d-diplomazija kulturali, kif ukoll nipprovdu pjattaforma internazzjonali usa' għall-artisti tagħna. L-ambjent tal-post fi Vjenna, kif ukoll it-temp, kien jitlob li jkun hemm modifikazzjoni strutturali minn kif ġie mtella' tliet snin ta' qabel. Għalhekk, se jinżammu ħafna mill- istatwi orġinali li ġew maħluqa u mlibbsa mill-artist Għawdxi Manwel Grech. Ix-xenarju ċentrali fejn twieled Ġesù Bambin ġie maħluq mill-ġdid u ngħata dehra aktar tipika ta' presepju Malti. Il-presepju Malti se jkun inawgurat fil- 15 ta' Novembru mill-President ta' Malta George Vella. Dan il-Ministeru, u t-tim li jaħdem bla heda biex ikompli jmexxi l-kultura Maltija 'l quddiem, qed ikompli għaddej biex dak li huwa Malti, filwaqt li ngħożżuh f 'pajjiżna, imma naraw li jkollu l-apprezzament dinji kif mistħoqq. *** Il-legat li qed inħallu lill-ġenerazzjoni li tielgħa tinsab fis-sens ta' apprezzament u l-mod ta' kif qed nerġgħu nindokrawhom fil-qasam kulturali. Eżempju ta' dan huwa l-pubblikazzjoni ta' ktieb immirat għat- tfal ta' bejn l-10 snin u t-12-il sena, ibbażat fuq l-installazzjoni ta' Trevor Borg 'Cave of Darkness – Port of No Return', li tifforma parti mill-Padiljun ta' Malta għall-Biennale di Venezia. Ktieb li huwa mod eċċellenti biex nagħrfu aktar lill-ġenerazzjonijiet żgħar tagħna dwar l-użu ta' modijiet artistiċi differenti, minħabba li dan il-ktieb tnissel mill-installazzjoni 'Cave of Darkness' u huwa ppreżentat b'mod li jressaq l-idea ta' La Biennale di Venezia aktar viċin it-tfal Maltin. L-istrateġija tagħna hija li nedukaw u nrawmu kultura artistika fost il-membri żgħar tas-soċjetà tagħna biex jikkultivaw imħabba lejn is-settur kulturali minn età żgħira. Fil-ktieb Smajna Isimna taħt l-Art, ta' Loranne Vella, ġie żviluppat dan il- kunċett ma' Trevor Borg. L-għan ta' dan il-ktieb huwa li jagħti l-opportunità lit-tfal (u anka l-kbar) biex jesploraw aktar it-tifsiriet u l-interpretazzjonijiet relatati mal- installazzjoni tal-Biennale di Venezia. Din l-istorja hija wkoll estensjoni tal- workshops li ttellgħu f 'Għar Dalam aktar kmieni din is-sena u l-poeżiji miktuba minn Elizabeth Grech u Giulia Privitelli. *** Din-il ġimgħa, flimkien mal-Prim Ministru u ma' Glenn Bedingfield, nedejna uffiċjalment l-istrateġija għall- Kottonera. Fl-intervent tiegħi għamilt referenza għall-inizjattivi numerużi li saru biex nirriġeneraw l-aspett kulturali tal-Kottonera, li huwa wieħed rikk għall-aħħar. Rajna li jsir restawr ta' bosta monumenti u binjiet ta' valur storiku f 'din il-parti ta' Malta, biex inkomplu nsaħħu l-ekoloġija kulturali tagħna. Sar ukoll xogħol maġġuri fuq Forti Sant'Anġlu it tas-snin ilu, mod ieħor kif qed naqsmu u nesportaw il-kultura tagħna, billi niħu l-aċċess għal dawn il- binjiet kemm għall-Maltin, imma wkoll għat-turist li jiġi jara x'joffri pajjiżna. IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Qatt daqs illum ma kien hemm opportunitajiet li permezz tagħhom il- kultura Maltija qed tiġi rikonoxxuta barra minn xtutna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019