Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

Fl-2009 ħareġ il-film Zombieland, kummiedja sfrenata dwar erba' kaċċaturi taż-żombis. Dan il-film mhux biss għamel suċċess imma wkoll ħa l-fama ta' film kult. Zombieland 2 jew kif inhu magħruf aħjar Zombieland: Double Tap hi produzzjoni kważi farseska, b'mumenti suppost tal-biża' u oħrajn pjuttost brutali u mdemmija. F'dawn l-għaxar snin li għaddew, il-mejtin/ħajjin saru aktar ħfief u furjużi, b'hekk ix-xogħol tal-erba' eroj, Tallahassee (Harrelson), Columbus (Eisenberg), Little Rock (Breslin) u Wichita (Stone) żdied u sar aktar skabruż biex inaddfu min-nofs lil dawn il- misħutin għatxana għal-laħam uman. Magħhom issa ngħaqdet Nevada (Dawson), il-maħbuba ta' Tallahassee. L-erba' kaċċaturi nsibuhom jgħixu fil-White House, abbandunata u żdingata, u minn hemm imorru Graceland, fejn kien jgħix Elvis, ukoll mitluqa, però jieqfu fil-lukanda mimli memorabilja ta' dan il- kantant rinomat, fejn is-sid hi Nevada. Fl-aħħar ikollhom jerġgħu jiċċaqilqu u jsibu ruħhom f 'Babylon, post fejn jabitaw komunità ta' hippies, però jkollhom iċedu l-armi biex jistkennu hemm. Armata kbira ta' żombis qabdu d-direzzjoni lejn Babylon biex jattakkawha. Minkejja diversi sekwenzi ta' kummbattimenti, Zombieland: Double Tap, fih ħafna djalogu farsesk u inċisiv b'ċerti regoli li sikwit jidhru fuq il-liżar ċinematografiku. Interessanti wkoll, kif tidher dik is-sinjura bit-torċa f 'idha eżatt fil-uħ, il-logo ta' Columbia Pictures, żewġ żombis jattakkaw lil din il-mara li dlonk tgħidilhom. Niakar li fil-Western sabiħ Cat Ballou (1965) tidher Jane Fonda bit-torċa f 'idha u din tibda tispara lejn l-udjenzi. Zoey Deutch bħala Madison tfajla bjondija stupida liebsa roża, li għamlet xi snin moħbija fi friġġ biex tiskarta liż-żombis, tagħti wkoll fil-għajn. Bill Murray, li deher fl-ewwel film, narawh ukoll jikkumbatti waqt il-kreddti tal-aħħar. Wara s-suċċess li kellu b'I Daniel Blake, id-direttur Ingliż Ken Loach li l-films tiegħu huma xogħlijiet biex jaqbeż għad-drittijiet tal- fqar, batuti u l-emarġinati ta' pajjiżu, reġa' sab proġett ieħor biex juri nuqqas ta' empatija mis-sidien lejn il-klassi ta' nies mhux b'impieg fiss. Sorry We Missed You, hu forma ta' traġedja meta mhux ħtija tagħna l-affarijiet iduru kontrina. Ricky (Hitchen), raġel bieżel tal-familja, dejjem attent ħa jara kif jaqla' l-flus, jaqbad impieg ġdid iwassal affarijiet bil-vann tiegħu. Billi dan ix-xogħol hu meqjus bħala self employed, mingħajr paga fissa, meta l-affarijiet ma jseħħux kif suppost, mhux tort tiegħu, jibda jeħel il-multi. Aktar ma jipprova jistinka aktar il-familja tiegħu togħdos fil-faqar. B'film ieħor ta' atmosfera morbida u ta' sistema soċjali li ma tidhirx ġusta, Loach qed jerġa' jgħolli leħnu fil-beraħ; b'kuxjenza soċjali lejn dawk inġustament oppressati. Fuq ħin ta' kważi sagħtejn neqsin kwart, dan id-direttur jiżvoga fil-miżerji, waħda wara l-oħra li jolqtu ċertu sezzjoni tal-poplu. Din il-produzzjoni ċarament turi kif xi msieken jinqabdu f 'ċertu vizzju ta' sfruttament. Bi sħubija mas-soltu sieħeb kittieb tiegħu Paul Laverty, Loach reġa' ħoloq xogħol ieħor inċisiv li żgur jimbarazza lil dawk li jinsabu f 'qagħda finanzjarja ħafna aħjar. 23 films illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 ZOMBIELAND: DOUBLE TAP SORRY WE MISSED YOU Films ġodda fis-swali taċ- ċinema minn din il-ġimgħa Carmel Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019