Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport 'Dis-sena għandna aspirazzjonjiet li jikkonsistu f'ħafna sagrifiċċji' CHRISTIAN MUSCAT Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Clifford Gauci: L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn ċkuniti. Ovvjament, nemmen li bħal sport ieħor, il-futbol jitwieled ġo fik. Aidan Galea: L-imħabba tiegħi bdiet għax kont insegwi lil Manchester United ma' missieri u minn hemm bdejt nitħarreġ fin-nursery ta' Birkirkara. Kif qed tħares lejn dan l-istaġun ma' Lija Athletic? Clifford Gauci: Dis-sena għandna aspirazzjonjiet sbieħ, ovvjament jikkonsistu f 'ħafna sagrifiċċji u jien u sħabi flimkien mal-istaff tekniku u l-kumitat ħa nieħdu partita waħda wara l-oħra, imbagħad naraw x'jinvolvi 'l quddiem u wieħed jara minn hemm. Aidan Galea: Qed inħares lejn dan l-istaġun logħba b'logħba u nisfidaw għall- promozzjoni. X'tikkummenta fuq il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun? Clifford Gauci: Nemmen li r-referis hawn Malta jagħmlu xogħol tajjeb. Ovvjament bħalma l-plejers u l-kowċis jagħmlu l-iżbalji tagħhom, dawn huma umani wkoll iżda forsi l-iżbalji tagħhom ikunu jidhru. Iżda, kollox ma' kollox, nemmen li hawn referis ta' livell tajjeb ħafna. Aidan Galea: Nemmen li matul dan l-istaġun, il-livell tar-referis tjieb ħafna iktar mis-snin ta' qabel. Taqbel li tim ikun jista' jutilizza 11-il plejer barrani? Clifford Gauci: Naqbel u ma naqbilx. Jekk ikun hawn livell ta' barranin tajjeb li minnhom nitgħallmu u jtejbu l-livell tal-futbol ġenerali ma narax problemi. Però, irridu naraw it- tfal prominenti għax hawn Malta, hawn plejers tajbin ukoll. Inutli ninvestu fin- nurseries jekk imbagħad ma nagħtuhomx ċans. Aidan Galea: Bħala barranin li jintużaw 11 tajjeb u le għax dejjem trid tkun ikkonċentrat biex tkun fost l-aħjar anke mal- barranin iżda ma naqbilx għax jonqsu ħafna ċ-ċansijiet tagħna l-Maltin. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Clifford Gauci: Il-futur tiegħi nħares lejh b'ottimiżmu kbir u nixtieq li din is-sena bis-saħħa ta' sħabi u l-kowċis nilagħbu sena ohra fil-Premier Division. Aidan Galea: Jien nieħu logħba b'logħba u dejjem nagħti l-massimu tiegħi kemm fit-taħriġ kif ukoll fil-logħob, imbagħad naraw 'il quddiem! Għaddi messaġġ lil min bħalek jixtieq jagħmel karriera fil- futbol. Clifford Gauci: Il-futbol huwa sport sabiħ. Però trid tifhem li xejn ma jiġi mix-xejn. Warajh hemm sagrifiċċji kbar iżda bl-għajnuna ta' kulħadd u speċjalment tiegħek fl-aħħar mill-aħħar nemmen li min għandu talent u jibża' għalih jista' jasal. Aidan Galea: Għat-tfal li jixtiequ jibnu karriera fil- futbol, dejjem ngħidilhom biex jemmnu fihom infushom dejjem u jibqgħu determinati sal-aħħar. Clifford Gauci u Aidan Galea - żewġ pedini ferm importanti ta' Lija Athletic li għandhom l-aspirazzjoni ewlenija li jreġġgħu lura lil Lija Athletic għad-Diviżjoni Premier illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 It-tim ta' Lija Athletic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019