Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402
28 sport Powerlifters Maltin jieħdu sehem b'suċċess fil-Kampjonati Dinjija tal-WDFPF fil-Ġermanja CHRISTIAN MUSCAT Riċentement, saru l-Kampjonati Dinjija tal-WDFPF (World Drug-Free Powerliing Federation) fil-belt ta' Halle Saale fil-Ġermanja. Il-kontinġent nazzjonali Malti ħa sehem f 'din il-kompetizzjoni b'ħames atleti u dawn kienu Rachel Ann Said, Matteo Aquilina, Charles Degiorgio, Luke Bonanno u Wayne Gregoraci. Rachel Ann-Said ma bdietx il-kompetizzjoni bl-aqwa mod possibbli meta fl-ewwel tentattiv tagħha naqset li tikseb riżultat tajjeb fl-isquat għalkemm fit-tieni ċans tagħha refgħet piż ta' 82.5 kilogramma. B'xorti ħażina għaliha hi naqset milli terfa' piż ta' 87.5 kilogramma. Minkejja kollox, hi ma qatgħetx qalbha u rnexxielha ttejjeb ir- rekord personali tagħha fil- Bench Press and Deadli tant li refgħet piżijiet ta' 50 kilogramm u 110 kilogramm rispettivament. Dan it-total ta' 242.5 kilogramm aċċertatha mit-tieni post fil- kategorija open femminili taħt is-47.5 kilogrammi. Matteo Aquilina kellu 65.3 kilogramma fil-weigh-in u flimkien ma' Charles Degiorgio ikkompeta fil-kategorija -67.5 kilogramma. Aquilina ma rnexxielux jerfa' l-piż fl-ewwel ċans tiegħu għalkemm fit-tielet refgħa hu rnexxielu jagħmilha b'175 kilogramma. Anke fid-Dead li, Aquilina ma marx tajjeb fl-ewwel parti sabiex fir-refgħa ta' 205 kilogrammi l-affarijiet kienu ferm aħjar. B'hekk dan l-atleta żied ir- rekord personali tiegħu b'2.5 kilogramma. Charles Degiorgio spiċċa fit- tielet post fil-kategorija tas-67.5 kilogramma bi squat ta' 190, Bench Press ta' 115 kilogramma u rekord nazzjonali fid-Dead li ta' 247.5 kilogramma. Degiorgio ipprova wkoll jikkompeti fil-World Record Squat b'203 kilogramma iżda ma rnexxielux jagħmilha għal it. F'din il-kategorija, wieħed seta' jara t-talenti ta' diversi atleti b'Degiorgio li ġab total ta' 552.5 kilogramma u 405.36 punt sabiex ma wasalx fit-tieni post għal it. Kemm il-kompetizzjoni Squat, dik Dead li kienu parti mill- Master 1 World Records. Fl-istess waqt spikka l-lier żagħżugħ Luke Bonanno li għad għandu biss 17-il sena u li kkompeta fil-kategorija ta' taħt il- 75 kilogramma. Fil-weighing-in Bonanno kien jiżen 73.9 kilogramm. Fl-isquat, hu refa' 167.5 kilogramm fit-tieni tentattiv tiegħu filwaqt li naqas għal it fil- 175 kilogramma. Din l-istess sitwazzjoni ġrat ukoll fid-Dead li hekk kif Bonanno wettaq refgħa ta' 200 kilogramma. Għalih din kienet wirja mill- aqwa li biha kiser ir-rekords personali tiegħu u dawk nazzjonali ta' T2 Category. Fl-aħħar mill-aħħar l-atleta żagħżugħ Malti spiċċa fl-ewwel post tal-kategorija tiegħu u fis- sitt post fil-kompetizzjoni open. Sadanittant Wayne Gregoraci spiċċa runner-up fil-kategorija ta' taħt id-90 kilogramma f 'diviżjoni li kien fiha 14-il kompetitur. Hu ġab total ta' 660 kilogramma bil- weighing-in li kien dak ta' 88.4 kilogramma. Gregoraci beda tajjeb bi squat ta' 230 kilogramma filwaqt li beda jipprova jilħaq lir-rebbieħ Ġermaniż Yannik Wenz li kellu 88.4 kilogrammi. B'hekk Gregoraci spiċċa fit- tieni post tal-klassifika ġenerali filwaqt li tejjeb il-punteġġ imsejjaħ Schwarz Points meta kiseb 390.58 punt. IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Il-kontinġent nazzjonali Malti ħa sehem f'din il- kompetizzjoni b'ħames atleti u dawn kienu Rachel Ann Said, Matteo Aquilina, Charles Degiorgio, Luke Bonanno u Wayne Gregoraci Il-kontinġent Malti kien magħmul minn ħames atleti