Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402
05 analizi kwistjoni, jiġifieri li din kienet policy li daħħal dan il-Gvern u allura, fil-fatt, it- tort kien tiegħu mhux ta' deputat wieħed biss. Din tingħaqad ukoll mal-kritika pjuttost akka fuq l-inċident f 'Ħal Far li involva numru ta' immigranti. Hawnhekk ukoll Delia kkritika dettalji sekondarji fl-istqarrija tal-Gvern, li kienet tard, minflok il-kwistjoni primarja, jiġifieri dik tas-sigurtà fiċ-ċentru miuħ ta' Ħal Far u anke ż-żona tal-madwar. Dan kollu flimkien ukoll ma' numru ta' żbalji fir-replika ta' Delia għall-Baġit juru nuqqas ta' preparazzjoni, li ma tagħti impressjoni tajba xejn tiegħu u tal-partit. Minkejja li l-Partit Laburista għadu popolari ferm, kif għadu Muscat, l-ewwel xquq issa bdew jidhru fil-faċċata li bena l-istess Muscat, l-aktar permezz tal- immigrazzjoni u l-ambjent (PA). Jekk ma jkunx effettiv biżżejjed il-PN u se jibqa' jieħu ċerti żbalji, dawn ix-xquq mhux se jkunu riflessi fin-numri, fis-sondaġġi jew fl-elezzjonijiet. X'jista' jagħmel? Louis Galea, eks Ministru Nazzjonalista, bħalissa għaddej b'riforma fil-PN. Riforma li għad irridu naraw il-frott tagħha. Minkejja dan jidher ċar illi Delia jeħtieġ jiaħ beraħ il-komunikazzjoni mal-aqwa ħassieba u strateġisti tal-partit, kif ukoll ma' persuni li jistgħu jtejbu wkoll l-mod kif Delia jgħaddi l-messaġġ (delivery). Jeħtieġ li Delia jkollu tim madwaru li qed jippreparah u jaġġornah, kull meta jkun se jindirizza attività jew imur għal intervista. Dan apparti li jeħtieġ illi t-tixrid tal-messaġġ ikun ikkordinat b'mod tajjeb u flessibbli biżżejjed biex ikun rilevanti għall-aktar kwistjonijiet riċenti. Flus u dejn Naturalment hemm il-problema tar- riżorsa. Il-PN għandu djun kbar li fl- aħħar snin servew ta' bsaten kontinwi fir- roti. Dan id-dejn huwa mium li kiber bil-kbir bil-bini tad-Dar Ċentrali u anke bi spiża dejjem tikber ta' persuni li kien iħaddem l-istess partit. Is-sitwazzjoni finanzjarja fissret illi l-Partit Nazzjonalista kellu jbigħ numru ta' każini, bl-aħħar wieħed ikun ta' Birżebbuġa (li kien qed jaqa' biċċiet, litteralment) u b'hekk inaqqas il-preżenza tiegħu f 'postijiet diversi inkluż f 'dawk fejn diġà m'għandux ħafna preżenza. X'jista' jagħmel? Hawnhekk ukoll il-PN it li xejn jista' jagħmel għajr li jħallas id-djun illi telgħu mas-snin, jaqta' l-ispejjeż u jorganizza ħafna iktar ġabriet. Iż-żmien! Imbagħad hemm iż-żmien. Il-PN dam fil-Gvern 25 sena prattikament mingħajr interruzzjoni. Ġenerazzjonijiet sħaħ jiakru biss, jew kważi biss, lill-PN fil-Gvern. Wara dawn is-snin kollha fil-Gvern kien ċar illi l-PN kien abbanduna ħafna mill-kuntatt man-nies, kien introduċa diversi miżuri mhux popolari, kien sar arroganti u ma kellu ebda kontroll fuq kontenut, ħafna drabi attakk klassist fuq ħafna nies li mqar għandhom sufa Laburista, minn xi ħadd (Daphne Caruana Galizia) li kienet assoċjata mill-qrib ħafna tal-PN. Fl-2013, in-nies kienu inkorlati għall- Partit Nazzjonalista u huwa ċar illi sitt snin ma kinux biżżejjed biex ħafna nies jerġgħu jibdew iħarsu lejn il-PN bħala l-għażla tagħhom. Ħafna li qed jibdew jixbgħu bil-Partit Laburista fil-Gvern iktar qed jesprimu qtigħ ta' qalb għall-klassi politika kollha, milli xi interess partikolari li jerġgħu jissieħbu fil-PN jew jivvutaw lilu mill- ġdid. X'jista' jagħmel? Ftit li xejn jista' jagħmel Delia għajr li jipprova jbiddel il-perċezzjoni dwar l-aħħar Gvernijiet Nazzjonalisti, xi ħaġa diffiċli ħafna li ssir speċjalment meta għandek partit fl-oppost li huwa ppreparat, sinjur u li ġabar madwaru fost l-aqwa strateġisti politiċi tal-pajjiż. illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 Delia, bejn dawk li mexxew u li kellhom il-poter fil-passat u l-futur inċert! Il-PN bħalissa għandu ż-żmien li qegħdin fih, kontrih