Illum previous editions

ILLUM 10 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

06 aħbarijiet Erba' xhur u għadu ħadd ma tressaq ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Minkejja li issa għaddew kważi erba' xhur minn meta John Paul Charles Woods ħa lill- pulizija fejn il-fdalijiet umani l-Belt Valletta, li mbagħad instabu li kienu ta' Charlene Farrugia, il-pulizija għadhom ma ressqux lil Woods. Dan minkejja li sorsi li kienu tkellmu mal-midja lura f 'Lulju, kienu qalu illi dan l-arrest kien se jsir it żmien ieħor. Sorsi l-Korp tal-Pulizija sostnew ma' din il-gazzetta illi sa issa l-Pulizija għadha mhix kun denti biżżejjed biex ittella' lil Woods il-Qorti b'akkużi relatati mal-qtil ta' Farrugia. Minkejja dan, sors ieħor spjega illi l-problema mhix il-Pulizija imma l-fatt li l-inkjesta dwar dan il-każ għadu għaddej u l-fatt li l-pulizija ma jistgħux iressqu lis-suspettat jekk ma tkunx konkluża l-inkjesta. Dan apparti li jidher illi kif konna diġà rrappurtajna, l-eks maħbub ta' Farrugia għadu suspettat. Din il-gazzetta kienet żvelat illi it qabel ma kienet irrapportata nieqsa 11-il sena ilu, il-pulizija kienu ġabru lil Farrugia f 'Buġibba wara li kienet qalgħet xebgħa, allegatament mill-eks maħbub tagħha, li mhux darba jew tnejn xellef difrejh mal- liġi, speċjalment fuq droga. Hi kienet instabet Triq Efesu, fejn hemm l-appartament li kienet tgħix h. F'Lulju John Paul Charles Woods kien inqabad u ġie arrestat waqt li kien qed jisraq minn supermarket. Kien l-istess Woods li ħa lill-pulzija l-post fejn instabu l-fdalijiet ta' Charlene wara li ddiskuta dan il-każ meta kien qiegħed iservi f 'detenzjoni f 'Monte Carmeli. Kienet ukoll din il-gazzetta li żvelat il-mod stramb kif persuna, li wara rriżulta li hija Farrugia, kienet dehret fuq il-kameras CCTV dieħla l-Belt, imma qatt ma reġgħet dehret ħierġa. IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Charlene Farrugia, daħlet il-Belt u sparixxiet, u (lemin) Woods, meta nqabad jisraq f 'supermarket Miriam Dalli Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli se tmexxi l-politika tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi favur mudell ekonomiku ġdid li jiżgura l-kompetittività u l-ħarsien tal-ambjent bħala parti mill- Green New Deal tal-Unjoni Ewropea. L-MEP Dalli ġiet fdata b'dan ir-rwol minħabba r-rekord tagħha l-Parlament Ewropew dwar kwistjonijiet fejn kien vitali li tiżgura l-kompetittività, l-integrità ekonomika u l-ħarsien tal- ambjent. Bħala l-Viċi President responsabbli għal dan il- portafoll, Miriam Dalli se tkun qed taħdem fuq Politika Industrijali ġdida li tiżgura l-innovazzjoni, il-protezzjoni soċjali, il-kompetittività ekonomika u l-integrità tal- klima. "Il-Green New Deal Ewropew se jkun il-prijorità tagħna għas- snin li ġejjin. Bħala Soċjalisti u Demokratiċi se nkomplu naħdmu biex niżguraw li t-trasformazzjoni ekonomika li hija meħtieġa tiżgura l-kompetittività tal-industriji tagħna u tipproteġi l-ħaddiema tagħna. Li niżguraw transizzjoni xierqa to rilna opportunità ta' negozju li l-ekonomiji tagħna għandu jkollhom lwaqt li niżguraw li ħadd ma jibqa' lura," qalet Miriam Dalli. Bħala parti mill-portafoll tagħha, Miriam Dalli se tkun qed tikkordina l-ħidma dwar l-ewwel liġi Ewropea dwar il- Klima, li l-President-elett għall- Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha li tintroduċi -ewwel 100 jum tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida. Din il-liġi dwar il- Klima se tkun qed tistabbilixxi l-bażi għall-ambizzjoni t-tul biex tinkiseb in-newtralità tal- karbonju sal-2050 u l-miri ta' nofs it-terminu għall-2030. L-S&D qed jimmiraw għal 55%. Dalli se tissorvelja x-xogħol relatat mal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta li għandu jitwaqqaf biex jgħin lill- ħaddiema jkunu ppreparati għal tibdiliet li jistgħu jseħħu f 'ċerti industriji, partikolarment dawk li jużaw ħafna enerġija. Miriam Dalli diġà rnexxielha twaqqaf Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta r-regolament li jistabbilixxi l-istandards għall- emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħ ef. "Li nipproteġu l-ħaddiema hi l-prijorità tagħna. Bħala parti mix-xogħol tiegħi se naħdem fuq strateġija trasversali biex nimxi lejn ekonomija li taħdem b'inqas emissjonijiet. Dan jista' jgħinna bħala kontinent biex nibqgħu kompetittivi u - istess ħin niżguraw li nerġgħu nkabbru l-forza tax-xogħol attwali tagħna. Dan huwa wkoll dwar l-edukazzjoni taż- żgħażagħ biex ikunu ppreparati għall-ekonomiji tal-ġejjieni," saħqet Miriam Dalli. Il-MEP Maltija se tkun ukoll responsabbli mill-politika agrikola u tas-sajd, inkluż approċċ ġdid għal Ekonomija Blu sostenibbli. Dalli se tkun qed taħdem fuq strateġija tal-S&D għal Finanzjament Ekoloġiku u fuq l-istrateġija tal-grupp biex ikun indirizzat il-faqar enerġetiku. Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista ġiet fdata wkoll bis-superviżjoni ta' politika relatata mal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel; l-emissjonijiet mill-mezzi ta' trasport di erenti; il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali; il-Kumitat tas-Sajd u s-Settur tal-Enerġija. Miriam Dalli hija wkoll il-Viċi President għall- Komunikazzjonijiet tal-Grupp S&D. GREEN NEW DEAL L-MEP Miriam Dalli se tmexxi l-aġenda tas- Soċjalisti Ewropej

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 November 2019