Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1183402
08 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2019 • illum "Ir-residenti ta' Wied il-Għajn, ħaqqhom żvilupp turistiku li hu proporzjonat għad-daqs u l-infrastruttura tal-lokal, mhux il-qerda tal-istil ta' ħajja lokali." Hekk stqarr il-Moviment Graffitti fis-sottomissjonijet tiegħu dwar id- Development Brief maħruġa mill- Awtorità tal-Ippjanar għaż-żona fejn sal-2007, kienet topera l-lukanda lussuża tal-Jerma Palace. Għal snin issa din il-binja tħalliet mitluqa, qed taqa' biċċa, biċċa u bejta ta' abbuż u anke residenza għal xi persuni bla saqaf fuq rashom għal xi żmien. Il- Jerma kienet magħrufa bħala l-pulmun ekonomiku ta' din il-lokalità ġdida u mill-isbaħ li matul is-snin kienet ukoll iċ- ċentru ta' bosta negozji, l-aktar dawk tal- ikel u divertiment. Il-Moviment Graffitti qal illi wara konsultazzjoni estensiva mar- residenti Skalin issottometta numru ta' oġġezzjonijiet għad-Development Brief, li skontu "kompletament jinjora l-effetti devastanti ta' żvilupp massiċċ fuq il- komunità u l-ambjent lokali." Il-Moviment jinnota b'sodisfazzjon is- sejħa għat-twaqqigħ tal-binja eżistenti, li llum hija ta' periklu għal min jipprova jaċċedi għall-kosta, u hi wkoll żona li għar-residenti u turisti li jżuru l-lokal toffri biss kruha. "Huwa ċar illi d-Development Brief ġie abbozzat sabiex jakkomoda applikazzjonijiet li diġà jinsabu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar" - enfasizza mill- Moviment Graffitti, li kkritika l-Brief għall-fatt li jippermetti użu mhux turistiku tal-art tal-eks Jerma. "Dan jirrifletti applikazzjoni sottomessa fl-2018 għall-iżvilupp ta' binja ta' 15-il sular, li tinkludi lukanda iżda wkoll ta' 'l fuq minn 166 appartament u ħwienet fuq l-istess sit. Din l-art, tfakkar l-organizzazzjoni, ġiet konċessa mill-Gvern fit-tmeninijiet bl-iskop ewlieni li jitkattar it-turiżmu fin- Nofsinhar ta' Malta. " Fis-sottomissjonijiet tiegħu, il- Moviment Graffitti kkritika l-fatt li d-Development Brief jinkoraġġixxi żvilupp massiċċ, fi żmien meta l-esperti fil-qasam turistiku qed jirrikonoxxu li t-turiżmu tal-massa m'għadux l-aqwa mudell ekonomiku u soċjali, u li l-futur tat-turiżmu jinsab f 'investimenti iżgħar u iktar għaqlin, li ma jtellfux il-ħajja tar- residenti. "Dan hu propju l-oppost ta' dak li qiegħed jippermetti d-Development Brief għas-sit tal-eks Jerma, li kkommetta 100,000 metru kwadru għall-iżvilupp. " It-tħassib tar-residenti Skalin ġie rifless ukoll f 'dawn is-sottomissjonijiet, hekk kif il-Moviment Graffitti faħħar l-attività ekonomika u l-komunità li nħolqot f 'dan il-lokal f 'dawn l-aħħar snin. "Jidher ċar li żvilupp ta' dan id-daqs ser jaffettwa b'mod negattiv kemm l-infrastruttura ta' Marsaskala, iżda wkoll il-ħajja tar-residenti, bi it li xejn gwadann fit-tul għal-lokal," tkompli tgħid l-istqarrija tal-għaqda ambjentali. L-istqarrrija kompliet tgħid "f 'suq saturat bħalma hu l-każ Malti," sostna l-Moviment Graffitt. "Il-Gvern m'għandux jippermetti iktar żvilupp ta' din l-iskala, bi it li xejn ħsieb għal dawk li se jkunu qegħdin jgħixu bieb ma' bieb miegħu." 'L-iżvilupp fiż-żona tal-Jerma għandu jaqdi l-interessi tar-residenti, mhux tal-iżviluppaturi' Il-Moviment Graffitti qal illi wara konsultazzjoni estensiva mar- residenti Skalin issottometta numru ta' oġġezzjonijiet għad-Development Brief