Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662
14 analiżi FABIAN MANGION Pietru Pawl Xuereb twieled fl-Isla fl-20 ta' April 1844, minn Pietru u Marija mwielda Cordina. L-għada ta' twelidu, ġie meħud fil-Kolleġġjata (illum Bażilika) ta' Marija Bambina fejn irċieva l-magħmudija minn Dun Pawl Bellia. Il-familja Xuereb kienet magħrufa bħala 'Ta' Ġenesju' u kellha diversi gradwati u prattikanti fil-Liġi u fil-Mediċina. Pietru Pawl ukoll kien bniedem erudit fit-tagħlim tal-Knisja, tant li kellu anki d-Dottorat fid- Divinità (D.D.). Huwa ġie ordnat saċerdot fit-22 ta' Diċembru 1866, u f 'inqas minn sena wara, fl-1 t'Awwissu 1867, ġie maħtur Kanonku Kantur fi ħdan il- Kapitlu tal-Kolleġġjata ta' belt twelidu. Kappillan il-Qrendi Ftit iktar minn sentejn wara li sar qassis, Dun Pietru Pawl ġie fdat bit-tmexxija tal-parroċċa ta' Marija Assunta tal-Qrendi b'digriet maħruġ mill-Kurja tal- Isqof fil-11 ta' Marzu 1869. Ftit tas-snin qabel, fl-1858, f 'Lourdes fil-Lbiċ ta' Franza, il-Madonna dehret lil (Santa) Bernardetta Subirous. Devozzjoni lejn il-Madonna, taħt it-titlu Ta' Lourdes, fiss bdiet tixtered mal-Ewropa kollha. Il-Kappillan Xuereb, dlonk fittex li, bil-mod il- mod, ixerred dan il-kult Marjan fost il-Qrendin. Ta' min isemmi li Xuereb kellu rabta personali mal-Madonna ta' Lourdes. Huwa kien inħakem minn marda serja u ddeċieda li jagħmel il-vjaġġ diffiċli lejn Lourdes biex jitlob il-fejqan tiegħu lil Marija. Dan is-saċerdot twajjeb fittex u sab il- fejqan tiegħu f 'riġlejn Marija, u għalhekk ġie lura Malta b'ħeġġa u determinazzjoni biex ixerred din id-devozzjoni fil-gżejjer tagħna. Huwa kellu biżżejjed viżjoni biex jiem li, f 'parroċċa ddedikata lill-Madonna, l-uniku mezz li bih seta' jqajjem il- venerazzjoni lejn il-Madonna ta' Lourdes kien bit-twaqqif ta' fratellanza. Sewwasew 20 sena wara d-dehriet, fl-1878, fil- Qrendi twaqqfet il-Venerabbli Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta' Lourdes. Interessanti l-fatt li huwa qiegħed lil San Filippu Neri bħala protettur ta' din il-fratellanza. Dun Pietru Pawl innifsu fassal l-istatuti neċessarji u fil-21 ta' Jannar 1878 Mons. Carmelo Scicluna, Isqof ta' Malta, laqa' r-rikors u approva t-twaqqif kanoniku tal-imsemmija fratellanza. Xuereb kien strumentali biex il-fratellanza jkollha l-artal li fuqu tqiegħed kwadru tal-Madonna ta' Lourdes, impitter mis-Senglean Ġużeppi Bonnici u fl-1878 qabbad lil Karlu Darmanin mill-Isla, wieħed mill- aqwa statwarji tal-kartapesta ta' kull żmien, biex isawwar l-istatwa tal-Madonna ta' Lourdes. Il-ġieħ lejn il-Madonna ta' Lourdes kompla joktor meta l-Kappillan Dun Pietru Pawl, fit-23 ta' April 1878, aggrega l-fratellanza mal-Kongregazzjoni tal-Annunzjata ta' Ruma u fis-7 ta' Mejju 1878 għaqqadha mal- Arċisodalità ta' Sidtna Marija ta' Lourdes f 'Ruma. L-istess fratellanza bdiet ukoll torganizza festa f 'ġieħ il- Madonna ta' Lourdes. Bi flus il-familja tal-Kappillan Xuereb, li kienu benefatturi kbar ta' din il-fratellanza, sar l-apparat kollu meħtieġ għall-fratellanza. Fost dan kienu saru l-midaljun tal- fidda għar-rettur, salib tal-fidda, lasta tal-fidda għall-istandard il-prim, sett Karti tal-Glorja tal- fidda, tlettax-il gandlier u salib għall-artal maġġur, sopraporta u purtiera għall-bieb maġġur tal- knisja. Kurunella ta' ġieħ Fit-23 ta' Ġunju 1881, Xuereb kiteb, bil-Malti, Kurunella ta' tifħir f 'ġieħ il-Madonna ta' Lourdes, li ġiet approvata b'digriet tal-Isqof Scicluna. Din il-kurunella, li tikkonsisti fi ħmistax-il strofa ta' erba' versi kull waħda, ġiet addattata biex titkanta fuq il-melodija tal-Ave Maria li titkanta f 'Lourdes. Għalkemm Dun Karm Psaila, il-Poeta Nazzjonali, kien kiteb il-verżjoni tiegħu tal-Ave Maria ta' Lourdes, jidher li l-verżjoni ta' Xuereb baqgħet l-iktar popolari u ssuktat tiġi reċitata u kantata fil- knejjes Maltin sal-lum. Fil-Qrendi, Dun Pietru Pawl, mhux biss rawwem din il-qima Marjana, imma ħa ħsieb ukoll li jsebbaħ il-knisja parrokkjali. Fi żmienu, sar l-invjar tal-ġebel u kkummissjona lill-pittur Belti Ġużeppi Calleja biex ipitter is- saqaf tal-kor. Meta fl-1893, Ġużeppi Calleja lesta x-xogħol fuq l-imsemmija pittura, irregala lill-Kappillan Xuereb pittura ta' San Filippu Neri f 'inkwatru żgħir. Il- Kappillan ta dan il-kwadru lill- Konfraternità ta' Lourdes u ħaseb ukoll li jqiegħdu fuq l-artal ta' San Stiefnu bil-għan li jnissel id-devozzjoni lejn San Filippu Neri fir-raħal tal-Qrendi. Dan il- kwadru llum jinsab fis-sagristija tal-knisja parrokkjali. Ma hemmx dubju li din il- ġibda partikulari tal-Kappillan Xuereb lejn San Filippu Neri nibtet bil-kuntatt tajjeb li huwa kellu mal-komunità ta' saċerdoti Oratorjani li kienu jgħixu fil- kunvent ta' San Filippu Neri u li kellhom fil-kura tagħhom il- knisja ta' Sidtna Marija tal-Porto 150 ilu ħalla din id-dinja l-Kanonku Dun Pietru Pawl Xuereb. Dan is-saċerdot qeda l-missjoni li Alla tah b'mod effettiv. Ix-xhieda tiegħu kienet tidher fis-servizz li ta fit-tliet parroċċi li tagħhom huwa kien ragħaj spiritiwali. Fl-anniversarju, jixraq li niċċelebraw b'għozza l-ħajja ta' dan is-saċerdot li għex b'tant imħabba l-vokazzjoni tiegħu u li jfakkarna f'tant saċerdoti li qed ikunu ta' servizz b'dan l-istess spirtu IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 • illum DUN PIETRU PAWL XUEREB XHIEDA ĦAJTU U WARA MEWTU Fuq: Pittura li turi lill-Arċipriet Dun Pietru Pawl Xuereb li tinsab fis-sagristija tal-lemin tal-Bażilika tal-Mosta. Lemin: Waħda mil-lunetti mpittra minn Ġużeppi Calì li turi l-Qawmien ta' Kristu mill- mewt. Fir-rokna tal-lemin, isfel tal-pittura, hemm l-arma tal-kunjom Xuereb. Ritratti: Mark Micallef Perconte