Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 • illum YENDRICK CIOFFI Il-kampanja elettorali fir-Renju Unit issa qabdet ir-ritmu, il-partiti xammru l-kmiem u qed iwasslu l-messaġġ tagħhom. Bħal-lum xahar tkun għaddiet u nkunu nafu minn rebaħ. F'dan l-artiklu, l-ILLUM se tagħti ħarsa lejn dak li seħħ fl-aħħar ġimgħa u x'jista' jfisser fit-12 ta' Diċembru. X'qed juru l-aħħar sondaġġi? Mill-ġimgħa li għaddiet 'l hawn, iċ- ċaqlieq fis-sondaġġi ma kienx wieħed kbir anke jekk l-arranġamenti tal-partiti kellu xi it ta' effett. L-aħħar sondaġġ ta' YouGov neħħa lill- Partit ta' Brexit, lil-Liberali Demokratiċi, lill-Ħodor u lill-Plaid Cymru minn dawk il-kostitwenzi li fihom mhux se jikkontestaw. L-aktar li kien affettwat kien il-Partit ta' Brexit ta' Nigel Farage. L-appoġġ għal dan il-partit naqas kważi bin-nofs biex issa jgawdi fiduċja ta' 4% biss. Kieku kellna nagħsru s-sondaġġi tal- aħħar jiem, il-Konservattivi għadhom qed igawdu appoġġ b'saħħtu, anke jekk il-Partit Laburista għamel xi it tal-avvanz ukoll. Skont YouGov, id-distakk bejn il-partiti l-kbar żdied minn 11% għal 14%. Il- Konservattivi qed igawdu appoġġ ta' 42% filwaqt li l-Partit Laburista jikseb 28% tal- voti kieku l-elezzjoni kellha ssir għada. Din iż-żieda fid-distakk x'aktarx li hija r-riżultat tad-deċiżjoni ta' Nigel Farage biex il-Partit ta' Brexit ma jikkontestax għal 317-il siġġu li fl-2017 intrebħu mill- Partit Konservattiv. Fil-fatt, din hija l-ewwel darba, minn meta Farage waqqaf il-Partit ta' Brexit, li l-partit ta' Johnson qabeż l-40% appoġġ fis-sondaġġi. Dan ifisser li kważi dawk kollha li kienu se jivvotaw lill-partit ta' Nigel Farage, iżda li issa ma jistgħux, se jkunu qed jagħtu l-vot tagħhom lill-Konservattivi ta' Johnson. Il-Konservattivi jwiegħdu li jnaqqsu l-immigrazzjoni Interessanti dak li ddikkjara l-Ministru għall-Intern Ingliż, Brandon Lewis li wiegħed li jekk il-Partit Konservattiv jirbaħ l-elezzjoni, se jnaqqas l-immigrazzjoni lejn ir-Renju Unit. Lewis saħaq li "r-Renju Unit jeħtieġ li titlaq mill-Unjoni Ewropea biex inkunu nistgħu nwaqqfu l-moviment ħieles." Il- Partit Konservattivi wiegħed li jekk Brexit iseħħ sal-31 ta' Jannar, il-Moviment Ħieles jitwaqqaf kompletament mill-1 ta' Jannar tal-2021. Madanakollu, il-Partit Konservattiv għad irid jagħti aktar dettalji dwar dan hekk kif għadha qed titfassal il-politika tiegħu dwar l-immigrazzjoni wara Brexit. Il-Partit Laburista għadu lanqas ħabbar il-politika tiegħu. Interessanti wieħed jara x'se jkun l-effett ta' dikjarazzjoni bħal din fis-sondaġġi li jmiss. Fil-ġimgħat li ġejjin, il-gazzetta ILLUM tagħtikom aktar dettalji. Intant, kelliem għall-SNP (Scottish National Party) insista li jekk l-immigrazzjoni titnaqqas drastikament, dan se jkollu effett negattiv ħafna fuq l-ekonomija Skoċċiża. Il-kelliema tal- Liberali Demokratiċi għall-affarijiet interni, Christine Jardine, saħqet li dak li qal il-Ministru huwa "insult għall-miljuni li ġew fir-Renju Unit u jħossuhom id-dar." L-ewwel diskors ta' Johnson fil- kampanja... Anke fl-ewwel diskors tiegħu tal- kampanja, Johnson iffoka fuq Brexit u saħaq li jekk dan iseħħ, se jgħin lir-Renju Unit inaqqas id-differenza bejn is-sinjur u l-fqir. Johnson wiegħed ukoll li wara li jseħħ Brexit, Gvern immexxi minnu jixpruna 'l quddiem l-industrija reġjonali u jwettaq "revoluzzjoni fl-enerġija nadifa." B'botta diretta għal Corbyn, Johnson saħaq li r-Renju Unit jgħożż id- demokrazija u għalhekk jeħtieġ li jseħħ Brexit. Il-Labour iwiegħed żieda aktar qawwija fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa Jekk Brexit jibqa' ċentrali għall-Partit ta' Johnson, Jeremy Corbyn qiegħed jiffoka l-aktar fuq kwistjonijiet oħra importanti li r-Renju Unit huwa mħasseb dwarhom. Il-ġimgħa li għaddiet, meta l-ILLUM ħarset lejn is-sondaġġi, irrimarkat kif is-settur tas-saħħa kien it-tieni l-aktar kwistjoni li qed tinkwieta lill-votanti wara Brexit. Corbyn qed jagħraf dan, tant li qiegħed jiffoka ħafna dwar is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa. Fil-fatt, il-Partit Laburista qiegħed iwiegħed li jonfoq £6 biljun aktar fis- Servizz Nazzjonali tas-Saħħa minn kemm wiegħed il-Partit Konservattiv, liema investiment inaqqas il-listi ta' stennija u jimbotta 'l quddiem is-servizzi ta' saħħa mentali. Skont rapporti, fl-Ingilterra, qatt daqs bħalissa ma kien hemm listi ta' stennija twal, bil-mira li t-trattament tal- kanċer jibda fi żmien 62 ġurnata f 'każ ta' referenza urġenti, ukoll mhux qed tintlaħaq. Jidher li b'kollox hemm 4.42 miljun pazjent fuq il-lista ta' stennija. Corbyn u t-tieni referendum Skoċċiż... Filwaqt li Corbyn kien ċar dwar it-tieni referendum dwar Brexit, ħadd għadu ma jaf eżatt x'beħsiebu jagħmel dwar it- tieni referendum għall-Indipendenza tal- Iskozja. Din il-ġimgħa, Corbyn deher dahru mal-ħajt meta kellu jiffaċja din il- kwistjoni. L-ewwel kummenti ta' Corbyn kien li ma jaqbilx ma' referendum fl-ewwel terminu ta' gvern ġdid. Madanakollu, immedjata kienet it- tweġiba tal-ewwel Ministru Skoċċiż, Nicola Sturgeon, li saħqet li l-SNP mhux se jkun qed jgħin lil Corbyn jirbaħ jekk ma jaqbilx fil-prinċipju mat-tieni referendum. Wara dawn il-kummenti, Corbyn biddel il-verżjoni u qal li t-tieni referendum għall-indipendenza Skoċċiża mhux se jkun "prijorità" fl-ewwel snin. X'ried ifisser "bl-ewwel snin" Corbyn għadu ma ċċarrax. Din hija l-akbar problema ta' Corbyn. Fuq diversi kwistjonijiet, il-pożizzjoni tiegħu mhux ċara u dan qed ikun rifless fis-sondaġġi li jistaqsu dwar il-fiduċja fil- mexxejja. Donald Tusk għadu ma qatax qalbu... Interessanti kienet ukoll id- dikjarazzjoni li għamel il-President uxxenti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Donald Tusk li ħeġġeġ lil dawk li ma jridux Brexit iseħħ biex ma jaqtgħux qalbhom. F'diskors, it qabel ma jtemm il-kariga tiegħu, Tusk deher li għadu ottimist li Brexit jista' jitwaqqaf u r-Renju Unit jibqa' membru tal-Unjoni Ewropea. Fi kliemu, Brexit se jpoġġi lir-Renju Unit f 'pożizzjoni ta' żvantaġġ u jagħmlu inqas influwenti meta jitkellem fuq kwistjonijiet internazzjonali. Fi kliemu, Brexit jista' jfisser "it-tmiem veru tal-Imperu Brittaniku." Mill-moviment ħieles sar-referendum Skoċċiż; l-aħħar żviluppi fil-kampanja tar-Renju Unit Hekk kif il-kampanja elettorali fir-Renju Unit qabdet ir-ritmu, il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li wiegħdu u qalu l-partiti fir-Renju Unit tul din il-ġimgħa. Is-sondaġġi nbidlu?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019