Illum previous editions

ILLUM 24 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 sport 'Il-waterpolo mhuwiex sport CHRISTIAN MUSCAT Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Tal-età ta' tliet snin, il-ġenituri tiegħi kienu bdewli l-għawm. Aktar ma bdejt nikber aktar beda jikber l-interess u l-imħabba tiegħi lejn l-isport akwatiku. Ta' seba' snin il-kowċ tiegħi ta' dak iż-żmien Gordon Zammit (Exiles), kien ħajjarni nipprova nibda nilgħab il- waterpolo. Kif messejt l-ewwel ballun tiegħi, kont naf li dan kien l-isport għalija. Bdejt nieħu interess akbar fit-taħriġ, u għal tliet snin sħaħ, sal-età ta' għaxar snin kont nitħarreġ xi drabi anki tliet darbiet kuljum sabiex inlaħħaq mat- taħriġ tal-għawm u tal-waterpolo. Ta' disa' snin ingħaqadt mat-tim ta' Tas-Sliema li laqgħuni mill-bidu u fi ftit żmien, sirt parti mill-familja ta' dan il- klabb. X'tikkummenta fuq l-istaġun li għadda ma' Sliema? Kien staġun impenjattiv ħafna, fejn kont qed nilgħab fl-age groups tal-U13, U15 u l-U17 kif ukoll kelli l-opportunità li nilgħab għall-ewwel darba mat-tim tal-kbar f 'logħba kontra Marsaxlokk. Fil-festival tas-sajf tal-U13, li kien maqsum fuq ħafna logħbiet imferrxa matul is-sajf, it-tim ta' Sliema mmexxi mill-kowċ Dejan Simeonov, rebaħ il- logħob kollu għajr waħda, u fl-U15 immexxijin mill-kowċ Beppe Dato rbaħna wkoll il-kampjonat - b'hekk nista' ngħid li kien staġun ta' suċċess. Mat-tim tal-U13 attendejna wkoll għat-tournament Taljan ta' Calcaterra, fejn ikklassifikajna fit-13-il post minn 36 tim. Dan kien riżultat ieħor prestiġjuż għall-klabb. Nixtieq nirringrazzja lill-kowċis kollha ta' Sliema, fosthom Sergio Afric u Beppe Dato għad-dedikazzjoni tagħhom lejn it-taħriġ tagħna l-plejers, iżda b'mod speċjali lill-kowċ Dejan Simeonov - kowċ eżemplari mhux biss fl-ilma iżda wkoll barra minnu. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi (pixxina) li fihom titħarrġu u tilagħbu f 'Malta? Ir-riżorsi huma li huma. Sfortunatament m'għandniex biżżejjed sabiex inlaħħqu mal-ammont ta' nies, ħafna minnhom tfal bħali, li qegħdin jersqu lejn l-isport akwatiku. Dan in-nuqqas jinħass l-aktar fix- xhur tax-xitwa minħabba li l-klabbs kollha jduru għall-Pixxina Nazzjonali sabiex jitħarrġu. Madankollu, kemm l-ASA kif ukoll SportMalta qed jaħdmu sabiex din is- sitwazzjoni titranġa mill-aktar fis, u konvint illi fis-snin li ġejjin inkunu f 'pożizzjoni ħafna aħjar. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal- waterpolo? Il-waterpolo huwa sport impenjattiv ħafna u jinvolvi ħafna sagrifiċċji, speċjalment meta ddaħħal f 'moħħok li trid tasal sa livelli għoljin. Kollox jibda minn dieta bbilanċjata, u minn tal-anqas sagħtejn taħriġ kuljum. Trid tagħti l-100% tiegħek, mhux biss waqt il-logħob, iżda anke waqt it-taħriġ. Apparti mit-taħriġ, fl-ilma trid ukoll issib il-ħin sabiex tagħmel dak li f 'dan l-isport insejħulu 'land training'. Dan sabiex tissaħħaħ. Ikunu ħafna d-drabi li jkollok tiċċaħħad minn ċerti affarijiet, jew li jkollok taqbeż ċertu ħruġ jew okkażjonijiet sabiex tlaħħaq mat-taħriġ, iżda llum il-ġurnata lanqas għadni nara dawn l-affarijiet bħala sagrifiċċji. La darba dak li tkun qed tagħmel ikun għal qalbek ma tagħtix kas, anzi xħin ma tkunx fl-ilma titħarreġ, tkun qed tistenna li jsir il-ħin biex tmur titħarreġ. Huma dawk ta' madwarna, dawk li jagħtuna l-appoġġ, l-aktar li jridu jagħmlu sagrifiċċju. Nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri tiegħi, kif ukoll lin-nanniet li ta' kuljum jaraw kif jagħmlu biex iduru mal-iskeda tiegħi. Kif jirnexxielek tlaħħaq mat-taħriġ, l-istudju u mal-waterpolo? Naħseb li waħda mill-aktar affarijiet importanti hija li ssib il-ħin miegħek innifsek sabiex tifhem x'għandek x'tagħmel, u tippjana sew. Dan ukoll bl-għajnuna tal-ġenituri tiegħi. Bi pjanar iddixxiplinat kollox huwa possibbli, u nemmen li jirnexxilek issib Il-waterpolo huwa wieħed mill-aktar sport impenjattivi u diffiċli li jeżistu, iżda b'ħidma kontinwa u dedikazzjoni, huwa wkoll sport li jagħtik sodisfazzjon kbir IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Jayden Cutajar - plejer żagħżugħ tal-ogħla livell tal-waterpolo li jilgħab ma' Sliema ASC u li riċentement, saħansitra rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer ta' taħt it- 13-il sena mogħti mill-ASA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 November 2019