Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 Muscat kien ta l-barka għal trijumverat biex iwarrab ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-gazzetta tista' tiżvela illi l-famuż 'patt max-xitan' li kien semma Robert Abela, kandidat għat-tmexxija tal-Partit Laburista, ma kien xejn għajr qbil li ta l-barka għalih Joseph Muscat u li suppost kien witta' t-triq biex Muscat irriżenja nhar il-Ħamis li għadda. Din il-gazzetta tinsab infurmata illi Robert Abela u l-Ministri Chris Fearne u Ian Borg kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat it wara li dan ħabbar illi se jkun qed jirriżenja. Jidher li matul din il-laqgħa Muscat approva ehim biex Fearne awtomatikament jeħodlu postu bħala Prim Ministru u miegħu, bħala parti mit-tim jiġu mbuttati Ian Borg u Robert Abela bħala Deputati Mexxejja. Dan kien se jwitti t-triq għall-Prim Ministru biex iħabbar ir-riżenja tiegħu nhar il-Ħamis li għaddew, xi ħaġa li ma ġratx hekk kif Abela qal li mhux se jkun parti minn dan 'il-patt imxajtan' u ddeċieda li joħroġ bħala kandidat għat-tmexxija tal- PL. Huwa mium li l-PM xtaq jitlaq qabel id-data tat-12 ta' Jannar, kif oriġinarjament ippjanat, minħabba pressjoni inġenerali fil-pajjiż, pressjoni mill-kabinett stess u mill-partit u fuq kollox, kif irrapportat fuq is-sit illum.com.mt il-ġimgħa l-oħra, mill- Unjoni Ewropea. Għalkemm ma kien hemm xejn bil- miktub inħolqot rabja, fost diversi fil-Gvern u fil-partit għal Abela minħabba li huwa mium illi dak ma' Muscat kien ehim 'ta' rġulija' li ma messux inkiser. Din l-informazzjoni tikkonferma storja ppubblikata fuq is-sit maltatoday. com.mt li kienet tgħid illi kienu għaddejjin diskussjonijiet biex Fearne ma jkunx ikkontestat u allura, Fearne jsir awtomatikament Prim Ministru. Ftit wara li Fearne ħabbar il-kandidatura, kważi l-Ministri kollha ħarġu jagħtuh appoġġ u jgħidu illi dan huwa l-persuna li l-aħjar illi jista' jmexxi l-partit u lill-Gvern f 'dan il-punt. Ian Borg, li għal xi żmien kien qed jissemma bħala kontestant, iddeċieda li jappoġġja lil Fearne u ma joħroġx għal din l-elezzjoni. Wara sigħat ta' stennija u laqgħat ma' Fearne illi f 'waħda minnhom saħansitra kien preżenti s-Segreatraju Parlamentari Clion Grima, Abela xorta ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-aktar kariga prestiġjuża fil-PL u fil-Gvern. Minkejja li huwa mium illi Abela għandu ammont ta' appoġġ fost l-attivisti, Fearne, sa issa, jidher li għandu kampanja ħafna iktar ippreparata minn dik ta' Abela. Interessanti huwa l-fatt li dan il-patt imxajtan seta' wassal biex Fearne u speċjalment Abela ħallew, litteralment fil- każ ta' Abela, għall-aħħar minuti biex tefgħu n-nomini għall-kariga, liema nomini kienu ilhom miuħin tlett ijiem. Joseph Muscat kien iltaqa' ma' Robert Abela, Chris Fearne u Ian Borg u sar ftehim bil- barka ta' Muscat għal trijumverat, imma ma kellux ikun... Il-Karma tal-Kummerċ qalet li huwa tal-biża' li n-nies fil- poter abbużaw dak il-poter biex jippromwovu, jiffaċilitaw u jikkonfoffaw f 'atti kriminali u li din is-sitwazzjoni kienet kwistjoni ta' korruzzjoni u mhux ta' negozju. Barra minn hekk, żiedet ukoll li hi tixtieq li min huwa involut fis-sitwazzjoni preżenti ta' korruzjoni jitressaq quddiem il- ġustizzja u li, "huma min huma, iridu jsofru l-konsegewenzi għall-azzjonijiet tagħhom għax l-azzjonijiet tagħhom qatt ma jistgħu jkunu ġġustifikati". Semmiet ukoll li hi kienet se tiltaqa' mal-President biex tesprimi t-tħassib tagħha fuq is-sitwazzjoni, kif ukoll biex tikkundanna l-atti ta' nies kriminali li mmexxija mill-flus u mill-poter. L-MCC ikkonkludiet li hi kienet impenjata biex iżżomm lir-reputazzjoni ta' Malta u biex turi li Malta hi pajjiż ta' trasparenza u ta' etika f 'kull livell ta' negozju u ta' ħajja. Il-Kamra tal-Kummerċ tgħid li dawk li pparteċipaw fil- korruzzjoni jridu jitressqu quddiem il-ġustizzja Keith Schembri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019