Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 opinjoni Inkomplu nimplimentaw aktar riformi Owen Bonnici huwa l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura, u Gvern Lokali D an huwa Gvern riformista u ma jiddejjaqx idaħħal riformi biex pajjiżna jkun verament pajjiż li fih tirrenja d-Demokrazija u s-Saltna tad-Dritt. Matul dawn l-aħħar sitt snin daħħalna diversi liġijiet u riformi li saħħew il-qasam tal-Ġustizzja. Ma konniex kuntenti, għaliex dejjem hemm lok ta' titjib u lok li nkomplu nsaħħu dak li diġà wettaqna u dak li diġà saħħaħna. U kien għalhekk li fuq talba tagħna l-Kummissjoni Venezja kienet ġiet Malta biex tara b'għajnejha stess u tisma' b'widnejha stess, dak li konna qegħdin nagħmlu. U tlabna li tagħmel rapport dwar dak li fl-opinjoni tagħha stajna nkomplu nimplimentaw u nsaħħu. Dan għamilnieh minn jeddna, għax tassew nemmnu f 'dak li ngħidu. Wara biss mitt jum, inħareġ pubblikament dan ir-rapport, irrikonoxxejnieh u wegħedna li dak li huwa possibbli, konna se nimplimentawh. U hekk sar. Bdejna mall-ewwel. U issa qed naraw ir-riżultati. Dil-ġimgħa ħabbart li s-separazzjoni tal-irwoli duppliċi tal-Avukat Ġenerali se tidħol fis-seħħ fit-18 ta' Diċembru, 2019. Dan l-iżvilupp segwa t-tħabbira ta' Dr Victoria Buttigieg bħala l-ewwel Avukat tal-Istat, wara li ġiet rakkomandata b'mod unanimu minn Kummissjoni ta' Ħatra, immexxija mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, wara sejħa pubblika. Dr Buttigieg iggradwat bħala avukat fl-2001. Hija ssoktat l-istudji tagħha b'Masters fis-Servizzi Finanzjarji. Ilha mill-2007 taħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u llum tokkupa l-kariga ta' Assistent Avukat Ġenerali. Ħadmet b'mod estensiv fil- kamp tal-litigazzjoni, bi speċjalizzazzjoni fl-oqsma ċivili, kostituzzjonali u amministrattivi. Hija rrappreżentat lill-Gvern f 'diversi laqgħat u kumitati internazzjonali u kkontribwixxiet għal għadd ta' proġetti ta' riforma fil-qasam legali. Il-ħatra ta' Dr Buttigieg ġiet wara proċess miuħ u wara parir unanimu ta' Kummissjoni tal-Ħatra. Din hija ħaġa li qatt ma saret qabel fl-istorja ta' pajjiżna u l-proċedura saret fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja. Il-liġi tipprovdi għal separazzjoni sħiħa bejn il-funzjonijiet duppliċi li għandu llum l-Avukat Ġenerali. Waqt li l-Avukat Ġenerali bis-saħħa ta' din ir-riforma se jibqa' jżomm ir-responsabbilitajiet ta' prosekuzzjoni u materji kriminali li tipprovdi għalihom il-Kostituzzjoni u liġijiet oħrajn fil-kamp kriminali, l-Avukat tal-Istat se jibda jkun responsabbli għall- funzjonijiet kollha ta' pariri lill-Gvern u rappreżentanza legali fl-oqsma tal-liġi kostituzzjonali, ċivili u amministrattiva li sal-lum huma eżerċitati mill-Avukat Ġenerali. Il-Kummissjoni ta' Venezja, fl-opinjoni tagħha dwar Malta tas-17 ta' Diċembru, 2018, kienet ipproponiet is-separazzjoni tal-funzjonijiet duppliċi tal-Avukat Ġenerali. Din il-ħatra se tkun pass ieħor importanti fl-istorja legali ta' pajjiżna speċjalment meta wieħed iqis li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ilu jeżerċita funzjonijiet duppliċi sa mill-1936. B'din il-bidla, il-Gvern qiegħed juri ċar u tond l-impenn tiegħu favur it-tisħiħ tas-Saltna tad-Dritt u s-separazzjoni tal-poteri f 'pajjiżna. Din ir-riforma li se tara wkoll it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala uffiċċju indipendenti ta' prosekuzzjoni, li hija wkoll implimentazzjoni ta' rakkomandazzjoni ewlenija tal-Kummissjoni ta' Venezja u se tkun pass ieħor 'il quddiem fil-kamp tal- ġustizzja. L-Avukat tal-Istat se tgawdi l-istess livell ta' protezzjoni u sigurtà fil-kariga (security of tenure) li jgawdu l-Membri tal- Ġudikatura u l-Avukat Ġenerali. L-Avukat tal-Istat se tkun il-konsulent ewlieni tal-Gvern f 'materja ta' liġi u opinjoni legali u se tkun marbuta li taġixxi fl-interess pubbliku u fis-salvagwardja tal-legalità tal-azzjonijiet tal-Istat. L-Avukat tal-Istat se taqdi l-funzjonijiet tagħha permezz ta' aġenzija indipendenti mwaqqfa bl-Att dwar l-Avukat tal-Istat. L-Avukat tal-Istat se jkun rikonoxxut mill-Kostituzzjoni u d-detenur ta' din il-pożizzjoni se jkollu l-istess doveri u protezzjoni fil-kariga bħalma jgawdu l-Avukat Ġenerali u l-membri tal- Ġudikatura. L-Avukat tal-Istat se jkun il-Konsulent Legali Prinċipali tal-Gvern fejn għandha x'taqsam il-liġi u opinjonijiet legali u jkun obbligat b'mod espliċitu li jaġixxi fl-interess pubbliku u biex jissalvagwardja l-legalità tal-azzjonijiet tal-Istat. L-Avukat tal-Istat se jwettaq il- funzjonijiet tiegħu permezz ta' aġenzija indipendenti stabbilita bl-istess liġi. Din is-sitwzzjoni ilha preżenti fil-leġiżlatura Maltija mill-1936, mill-promulgazzjoni tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali li kienet ikkonsolidat il-karigi tal-Prosekutur Pubbliku u tal-Avukat Erarjali fl-irwol tal- Avukat Ġenerali. Din il-konsolidazzjoni nżammet fil-Kostituzzjoni Maltija anka wara l-indipendenza ta' pajjiżna, u bis- saħħa tal-introduzzjoni ta' dan l-Att, din is-sitwazzjoni se tinbidel. * * * Aktar riformi, din id-darba - emendi biex il-Qrati jkollhom iktar diskrezzjoni fejn tidħol il-piena f 'każijiet ta' kultivazzjoni tal-pjanta tal-kannabis għall- użu personali. Din il-ġimgħa wkoll ippubblikajt sett ta' emendi għal-liġijiet tad-droga li bis- saħħa tagħhom il-Qrati jkollhom iktar diskrezzjoni dwar is-sentenza li għandhom jagħtu f 'każ ta' sejbien ta' ħtija f 'każijiet ta' kultivazzjoni tal-pjanta tal-kannabis għall- użu personali. Effettivament il-Qrati jkunu jistgħu jagħtu piena li ma tkunx waħda ta' ħabs bilfors – dejjem jekk il-Qorti tkun konvinta li l-kultivazzjoni qed issir għall-użu personali. Din ir-riforma se tkun qed tapplika kemm fil-Qrati inferjuri u kif ukoll dawk superjuri. Wara li saru riformi kbar fis-settur ġudizzjarju f 'dan il-kamp qegħdin nipproponu li jinbidlu ulterjorment il- liġijiet tad-droga b'mod li l-Qorti jkollha l-jedd illi tgħarbel sew iċ-ċirkostanzi preżenti quddiemha u minn hemm tiddeċiedi hi dwar jekk hux il-kultivazzjoni hijiex għall-użu esklussiv tal-pussessur jew le. B'hekk il-Qorti ma tibqax aktar kostretta li tapplika piena ta' priġunerija tassattiva f 'każijiet fejn individwu jinqabad b'aktar minn pjanta waħda. Dan ikun ifisser li fejn il-kultivazzjoni ma tkunx għall-użu esklussiv tal-pussessur, il-piena tibqa' dik ta' priġunerija tassattiva. Fejn iżda l-kultivazzjoni tkun għall-użu personali, il-Qorti tkun tista' tiddeċiedi b'dak li jkollha ppreżentat quddiemha. Din il-proposta se tkompli tibni fuq dak li diġà sar, wara li daħal fis-seħħ l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) fil-15 t'April 2015, li wasslet għal mod li permezz tiegħu dawk li għandhom dipendenza tad-droga jistgħu jirriformaw, sabiex bl-għajnuna ta' esperti, dawn il-persuni jingħataw is-sostenn u l-Qorti tkun tista' tagħti piena li mhijiex waħda ta' priġunerija. Bis-saħħa ta' riforma li daħlet fis-seħħ fil- 15 t'April, 2015, kull min jinqabad b'pussess sempliċi ta' droga f 'ammonti żgħar jersaq quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja minflok ma jersaq quddiem il-Qorti kif kien isir qabel. Mill-Qorti kien hemm 107 każi li ġew referuti lill-Bord ta' Riabilitazzjoni. Minn dawn kien hemm 39 każ li ġie ddikjarat li ħelsu mill-vizzju, li jfisser li rebħu l-opportunità li quddiem il-Qorti jieħdu sentenza li ma tkunx bilfors waħda ta' ħabs. * * * Dan huwa Gvern riformista u ma jiddejjaqx jibdel, jimplimenta, idaħħal liġijiet biex ikomplu jissaħħu s-setturi kollha – il-Ġustizzja u s-Saltna tad-Dritt – fuq quddiem nett. L-Avukat tal-Istat se taqdi l-funzjonijiet tagħha permezz ta' aġenzija indipendenti mwaqqfa bl-Att dwar l-Avukat tal-Istat illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 Owen Bonnici Dr Victoria Buttigieg; l-ewwel Avukat tal-Istat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019