Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 editorjal Pajjiżna jixraqlu ħafna aħjar minn hekk! H emm bżonn li kemm jista' jkun malajr terġa' tirrenja n-normalità f 'dan il-pajjiż. Normalità ta' politiċi li qegħ- din hemmhekk biex jagħtu servizz lill- pajjiż u lill-poplu, mhux biex jinqdew bil-pożizzjoni tagħhom biex iħaxxnu bwiethom. Normalità ta' poplu li għalih il-politika hija fil-qiegħ mhux fil- quċċata tal-lista ta' prijoritajiet. Normalità fejn dawk li għandhom il-poter ma jiddieħkux bin-nies u ma jużawx il-ġenwinità tal-attivisti li jagħtuhom l-appoġġ, bħala liċenzja biex jitmejlu bihom u jagħmlu li jridu. Normalità fejn ħadd fiċ-ċentru tal-poter ma jkollu sħaba tant kbira fuq rasu u implikazzjoni fi qtil ta' ġurnalista li bħal xabla tista' taqa' fuqu minn mument għall-ieħor. Normalità illi fiha f 'Kastilja jkollna nies onesti mhux nies li jmorru l-Libja u ma jgħidulniex għalfejn qed imorru hemm f 'isimna u f 'isimna x'inhuma jagħmlu. Normalità illi fiha f 'Kastilja ma jkollniex nies li jħossuhom komdi b'informazzjoni ta' omiċidju u ma jagħmlu xejn dwarha. Hemm bżonn li jerġa' jkollna n-normalità fejn min qed imexxina jkun trasparenti u onest mhux jaħbi, jgħatti u jilgħab logħba ċess bil-futur ta' pajjiżna. Hemm bżonn immorru lura għan-noramlità illi fiha tiftaħar li int Malti u li fiha meta ssemmi lil Malta jsemmulek ix-xemx, il-baħar u x-xogħol, mhux il-ħmieġ, id- diżonestà u l-kriminali. Hemm bżonn immorru lura għan- normalità illi fiha għall-Gvern hemm alternattiva serja li qed tispira lin- nies u toffri pjan alternattiv u li hi, fuq kollox, magħquda qaqoċċa. Pajjiżna hemm bżonn imur għan-noramlità tal-għaqda, il-paċi u r-rispett, mhux il-ħdura, it-tgħajjir u l-firda. Pajjiżna hemm bżonn ikollu moviment politku Laburista li huwa miftuħ għall-ideat ta' kulħadd, għal kulħadd hu min hu, ivvota lil min ivvota fl-elezzjonijiet tal-passat, anke jekk ma jaqblux dejjem mal-partit. Mhux Partit Laburista li reġa' qed jingħalaq fih innifsu u jibni s-swar. Il-Partit Laburista jinsab f 'sitwazzjoni favorevoli għax minkejja l-burraxka li laqtitu u minkejja illi jidher illi x-xquq saru konsenturi, il- poplu lilu għadu jrid fil-Gvern u lilu għadu jippreferi. Dan l-unur għandu jintuża mhux biex joqgħod idejh fuq żaqqu u jħalli l-konsenturi jikbru tant li kollox jibda jikkrolla, imma biex jerġa' jibda jaħdem ħalli f 'Malta verament jerġa' jkollna n-normalità. Dan l-episodju ikrah politiku iktar kemm jintesa malajr, aktar aħjar. Iktar kemm jingħalaq malajr iktar aħjar u aktar kemm il-pajjiż u l-Partit Laburista jibdew kapitlu ġdid, tant l-aħjar. U xejn u ħadd m'għandu jitħalla jwaqqaf dan il-proċess ta' fejqan. Malta jixraqilha ħafna aħjar minn daċ-ċirku ta' dekadenza li issa saħansitra mess ġurnalist. L-aħbar jew aħjar l-allegazzjoni li Ivan Camilleri kien f 'kuntatt ma' Yorgen Fenech, għandha verament issewwed qalb kull min għandu lil pajjiżu u l-ġurnaliżmu għal qalbu, għaliex fl-aħħar mill-aħħar huwa l-ġurnaliżmu inġenerali li jieħu daqqa meta jiġru affarijiet bħal dawn. Hemm bżonn, malajr kemm jista' jkun, nerġgħu naħdmu biex dak li ġara u qed jiġri ma jerġa' jiġri qatt fl- istorja ta' pajjiżna. Huwa dmirna li naraw illi dal- ħmieġ nitfgħuh fil-landa taż-żibel tal- istorja, mirdum, minsi u qatt maħfur! illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019