Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809
29 sport illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 'L-emozzjoni li tħoss meta terġa' tiskorja wara dan iż-żmien kollu hija xi ħaġa inkredibbli' CRISTIAN ANTONY MUSCAT Jurgen Degabriele - wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol lokali f 'dawn l-aħħar snin. M'ilux irritorna fl- azzjoni wara injury serja u saħansitra rnexxielu wkoll isib ix-xibka. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il- futbol bdiet minn meta kelli tliet snin. Ovvjament missieri kien plejer ukoll u kien jeħodni miegħu nilgħab il-futbol. Minn hemmhekk bqajt nilgħab u nħobb il-futbol. X'tirrakkonta fuq l-esperjenza tiegħek sa issa ma' Hibernians? L-esperjenza tiegħi ma' Hibernians sa issa hija waħda sabiħa ħafna kemm fl-aspett ta' nursery fejn tgħallimt ħafna u rbaħna kważi l-kategoriji kollha kif ukoll mat-tim tal-kbar. Kif għext fix-xhur li fihom kont barra mill-azzjoni minħabba injury serja? Kienu xhur diffiċli ħafna. Ħafna taħriġ intensiv, paċenzja u naqra wġigħ ma naqsux. Però, ninsab sodisfatt ħafna bix-xogħol li għamilt u nixtieq nirringrazzja lil kull min għeni matul dawn ix-xhur. X'emozzjoni ħassejt meta rritornajt fil-pitch wara assenza twila? Kont kuntent ħafna meta rritornajt mhux biss meta dħalt għall-ewwel darba fil- kampjonat iżda anke meta stajt nerġa' nitħarreġ mat-tim. Dak kien mument sabiħ ħafna. Kienet ħaġa sabiħa li rritornajt fl-azzjoni wara l-injury, però l-emozzjoni li tħoss meta terġa' tiskorja wara dan iż-żmien kollu hija xi ħaġa inkredibbli. Ninsab Kuntent ħafna li skurjajt l-ewwel gowl tal- istaġun u li għent lit-tim biex nirbħu logħba li kienet importanti li nirbħu biex inżommu l-pass ma' ta' quddiem. X'tikkummenta fuq l-andament tal-istaġun ta' Hibernians sa issa? Kien bidu ta' staġun daqsxejn ta' tlugħ u nżul però naħseb li issa sibna saqajna u qed nilagħbu l-football li jixtieq jara l-kowċ Stefano Sanderra. Taħseb li se jirnexxilkom tisfidaw għar-rebħ tal-unuri fi tmiem l-istaġun? Bħalma nipprovaw nagħmlu kull sena, l-għan tal-klabb u tal-plejers ikun li nipprovaw nirbħu l-kampjonat, avolja rridu dejjem inżommu saqajna mal-art u nimu li hemm ħafna timijiet tajbin. X'tikkummenta fuq il-kowċ Stefano Sanderra? Il-kowċ Stefano Sanderra huwa wieħed mill-aqwa kowċs li kelli s'issa fil-karriera tiegħi. Huwa raġel tal-kelma u tal-punt u li jgħin ħafna lill-plejers. Tqis li fil futur qrib terġa' tikseb post regolari fit-tim nazzjonali Malti? Ovvjament, l-għan tiegħi huwa dak li nikseb posti mal- club u nipprova nifforma parti mit-tim nazzjonali. Dan dejjem kien l-għan ewlieni tiegħi u issa hu iktar minn qatt qabel. Jien dejjem nagħti l-100% tiegħi, imbagħad ovvjament li jiġi merħba bih. Naħseb li hija ħolma ta' kull plejer li jilgħab mat-tim nazzjonali ta' Malta. X'appoġġ issib mill-kumitat ta' Hibernians? Personali nsib appoġġkbir mill-kumitat ta' Hibernians u nirringrazzjahom ta' kollox. U minn sħabek il-plejers ta' Hibernians? Il-plejers nista' nqishom bħala t-tieni familja tiegħi. Huma għenuni ħafna f 'dan l-istaġun speċjalment meta ma konniex għaddejjin minn perjodu tajjeb jew meta nitilfu xi partita importanti. Qed nirreferi speċjalment għal dawk il-plejers ta' esperjenza. Hemm xi logħba li tibqa' tiftakar iktar wminn oħrajn kemm bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti, kif ukoll b'dak ta' Hibernians? Naħseb li kull logħba kienet sabiħa dan l-istaġun imma naħseb li meta bħala nazzjonal ta' taħt il-21 sena ksirna r-rekord ta' punti kienet l-isbaħ logħba ta' dan l-istaġun. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena? Hija esperjenza sabiħa ħafna. Huwa dejjem sabiħ li tirrappreżenta lil pajjiżek f 'dak il-livell u meta jiġu r-riżultati tħossok iktar kburi li qed tilbes il-flokk ta' Malta. X'tikkummeta fuq il-kowċ ta' dan it-tim Silvio Vella? Il-kowċ Silvio Vella huwa l-kowċ li miegħu ksirna r-rekord ta' punti. Naħseb li ma tista' tgħid xejn fuqu ħlief affarijiet pożittivi. Huwa kowċ li jgħin ħafna lill-plejers u tattikament huwa bravu ħafna. X'tikkummenta fuq it-tragward storiku li rnexxilkom tiksbu bħala tim nazzjonali ta' taħt il- 21 meta ksibtu rekord ta' 11-il punt fil-fażi ta' kwalifikazzjoni? Meta jiġu r-riżultati tħossok kburi iktar li kont parti mis- suċċess. Naħseb li ksirna rekord ta' punti u kien tragward importanti u sabiħ ħafna. Konna grupp ta' plejers li mhux biss aħna ħbieb imma familja waħda u naħseb li dak kien is-sigriet ta' dan is-suċċess flimkien mal-istaff tal-Under 21. Taqbel mal-fatt li hemm 14-il tim fil-Kampjonat Premier? Ma tanx naqbel magħha personalment. U taqbel mal-proposta li fil- futur jista' jkun li kull tim ikun jista' jutilizza massimu ta' 11-il plejer barrani? Naħseb li jekk dan isir, jonqos iċ-ċans għaż-żgħażagħ Maltin li jilagħbu fl-ogħla livell ta' Malta. Kif tikkumpara r-riżorsi fosthom grounds li fihom tilagħbu f'Malta ma' dawk li int lgħabt fihom barra minn Malta? Hemm diferenza, biss bl- investiment li sar riċentement fil-ground ta' Ta' Qali naħseb li għandna ground tajjeb ħafna. Jekk tiġik opportunità li tħalli pajjiżna biex tmur tilgħab ma' xi club ieħor barra minn Malta, taċċetta mill-ewwel jew taħsibha darbtejn? Ovvjament li tilgħab barra minn Malta, hija ħaġa sabiħa imma mhux faċli. Madankollu, naħseb li jekk tiġi oppurtunità li nilgħab barra ma naħsibhiex darbtejn. X'sagrifiċċji u impenn jinvolvi l-futbol għal żagħżugħ bħalek? Sagrifiċċju kbir għax trid tegħleb kull ostaklu li jiġi quddiemek, pressjoni ta' ċerti logħbiet u fit-taħriġ trid dejjem tkun tajjeb biex tibqa' hemm. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li bħalek jixtiequ jimbarkaw fuq karriera ta' suċċess fil-futbol. Messaġġ li nista' nagħti huwa li dejjem tibqa' taħdem anke jekk l-affarijiet ma jiġux kif trid. Ibqa' aħdem għalik personali u taqta' qalbek qatt. Fi kwalunkwe sitwazzjoni trid tibqa' temmen fik innifsek li int trid tasal.