Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809
11 kultura illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 bi tbissima li meta jsiefru, apparti li jieħdu gost jaraw postijiet ġodda, moħħhom ikun minn fejn se jsibu xi Bambin tipiku biex iniżżluh Malta magħhom. Imsomma, mhux Bambin wieħed! "Morna Praga niżżilna 42 Bambin," qalilna Pawlu. "Il- mara marret mat-tifla Spanja ġabuli 22. Għax anke t-tfal involvew ruħhom. In-neputijiet anke Bambini bil-plasticine jagħmlu. Familja sħiħa marbuta mal-Bambini." Bambini minn kull rokna... Waħda mill-affarijiet li tolqtok f 'dan il-Mużew tal-Bambini huwa l-fatt li fih issib Bambini mid-dinja kollha, kull wieħed bil-karratteristiċi tiegħu. Wieħed mill-Bambini huwa mill-Perù, u jissejjaħ il-Bambin tax-xewka. Bambin bilqiegħda, bid-dmugħ f 'għajnejh qed ineħħi xewka minn siequ. Pawlu spjegalna kif dan il-Bambin ġej minn leġġenda. Il-Bambin ħareġ jilgħab barra u kien rifes xewka, simbolu tal-passjoni li kellu jgħaddi minnha meta jikber. Bambin ieħor antik li għandha l-familja Pace huwa dak li ġej mill-Filippini, magħruf bħala Santo Niño de Cebu. Fost l-ilbies elaborat, dan il-Bambin liebes il-boots. Fi żmien ta' nuqqas ta' xita, it-tradizzjoni fil-Filippini hija li jniżżlu dan il-Bambin fl-ilma biex jitolbu għax-xita. 'B'xejn ma nifraħ ... imma Bambin għalija d-dinja' L-akbar Bambin antik li għandhom Pawlu Pace u l-familja tiegħu jmur lura għas- seklu sittax. Bambini oħra ħarġu minn idejn artisti famużi f 'Malta u li l-knejjes Maltin huma mimlija opri tagħhom, fosthom Mariano Gerada u anke Wistin Camilleri u Bambin partikolari, li l-familja żommu bl-akbar għożża, kien tal-qaddis Malti San Ġorġ Preca. Anke l-materjali li minnhom huma magħmula l-Bambini huma varji, minn Bambin tal- konkos jew tal-ġebel sa Bambin magħmul minn qrun ta' barri. "Għalija qisni għandi d-dinja. Jiena b'xejn ma nifraħ, imma Bambin għalija d-dinja. Jekk trid ittini rigal Bambin. Kull min isiefer Bambin iġibli. Jien qatt ma nixtri ħwejjeġ, imma mbagħad kif nara Bambin niġġennen," qalilna. Diġà semmejna l-ewwel Bambin li kellu Pawlu Pace, iżda għandu Bambini oħra b'valur sentimentali, fosthom Bambini bix-xahar taż-żewġt itfal u t-tliet neputijiet tiegħu. 'Jiena s-sena kollha bil-Bambin f 'idi' Meta tiltaqa' ma' Pawlu Pace jolqtok il-fatt li anke jekk għandu mijiet ta' Bambini, kważi kważi għandu relazzjoni ma' kull wieħed minnhom. "Naom wieħed wieħed," qalilna bi tbissima. Apparti li jfaddal il-Bambini, Pawlu Pace jirrestawra l-Bambini wkoll. "Jiena s-sena kollha bil-Bambin f 'idi. Meta qed nirrestawra Bambin, sinċerament nieħu pjaċir. Inpoġġi subgħajja ġo jdejh u nħossni qisni għandi f 'idi l-Bambin ta' vera," qalilna emozzjonat. Staqsejna lil Pawlu Pace jekk għandux xi Bambin li għalih huwa l-aktar għal qalbu. Ma tantx dam jaħsibha. "Il-Bambin ta' Betlehem," weġibna. "Ma nbiddlu ma xejn." Hawnhekk Pawlu qabżitlu demgħa. Irrakkontalna meta mar Betlehem u kien biswit l-istilla li timmarka l-post fejn skont it-tradizzjoni twieled Ġesù Bambin. "Meta kont viċin l-istilla kważi ħassni ħażin. Il-ħaġa tkun ġo fik," qalilna b'leħnu miksur. "Jiena nħoss li huwa obbligu ta' kull Nisrani li almenu darba f 'ħajtu jmur. Anke niakar nemozzjona ruħi." Fl-aħħar nett, ma' Pawlu tkellimna dwar il-Bambin fil- Milied. Għadu fiċ-ċentru tal- armar tal-Milied jew inkwetat li qed jingħata l-ġenb. Pawlu huwa bniedem pożittiv ħafna. "Il-Milied huwa l-Bambin. Huwa ċ-ċentru tal-festi. Vera li ma għadniex narawhom fit-twieqi u l-gallariji bħal qabel, iżda jiena naħseb li fil- maġġoranza tad-djar, kemm jekk kbir u anke jekk żgħir, se ssib Bambin. Ara kemm kwalitajiet u kwantitajiet ta' Bambini jinbiegħu kull sena. Allaħares ma jibqax fiċ-ċentru," temm jgħidilna Pawlu. Dawk kollha li jixtiequ jżuru din il-kollezzjoni eċċezzjonali ta' Bambini, jistgħu jagħmlu dan bl-appuntament. Pawlu jiaħ il-bibien tiegħu, mingħajr ħlas, kemm għall-gruppi kbar u anke għall-familji. Jekk tixtieq tagħmel appuntament ċempel fuq 7949 2111. Il-Mużew tal-Bambini jinsab f ' numru 17, Triq Santa Tereża Birkirkara. Pawlu Pace u martu Ritratti: James Bianchi Bambin li kien ta' San Ġorġ Preca