Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum 'Muscat welled moviment li ma jibdiex ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Se jkun l-aktar Deputat ġdid fil- Parlament Malti u se jidħol fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż bi Prim Ministru ġdid. Xlukkajr, bħalissa jgħix iż-Żejtun, twieled f 'familja Laburista akkanita u b'rabtiet mill-qrib mal-General Workers' Union minħabba missieru, ivvota u daħal fil-Partit Nazzjonalista, deher fuq in-Net u bħal eluf kbar oħrajn reġa' lura fil- partit malli Joseph Muscat beda joħroġ lil-Labour mill-apatija u d-diżillużjoni ta' diversi telfiet li kien sofra. L-ILLUM tintervista lil Jean Claude Micallef, it jiem wara li kien elett Deputat u tibda mll-ewwel fuq is- sitwazzjoni preżenti. 'Jiena rrid inkun pilastru mhux switcher' Jidher li qed jikber is-sentiment anti- 'votanti li bdew jivvutaw Labour fl-aħħar snin', dawk li jgħidulhom switchers. Qed jikber is-sentiment li l-partit ma jmessux jaċċetta nies li ġew mill-PN, li dawn "ħadu kollox" u li dawn kollha opportunisti. X'qed jgħidulu n-nies? U jaħseb li dan is-sentiment jimmarka t-tmiem tal- Movment ta' Muscat? "Jiena fl-aħħar elezzjoni għidt illi se nkun spalla ma' spalla ma' Muscat. Għidt li rrid nkun pilastru mhux switcher," sostna Micallef. Hu qal li moviment fih ikun hemm diversi movimenti u interessi u daqs kemm hu tajjeb l-istess jista' jkollu risperkussjonijiet. "Però jiddistingwu minn kollox hemm l-ideali tal-partit. B'dawn l-ideali wettaq bidliet, fosthom fis-settur tal-libertrajiet ċivili u anke l-ekonomija, però kien hemm oqsma li ma indirizzax." Imma nerġa' nistaqsih. Spiċċa l-moviment? Micallef jgħid li ma jkunx għaqli li ngħidu illi l-moviment jibda u jispiċċa ma' Muscat. "Muscat ħoloq moviment li ma jiqafx miegħu biss. Jiena nemmen li fil-fatt kienu dawk il-movimenti u ċ-ċaqlieq fil- moviment li wasslu biex jispiċċa Muscat. Imma l-ideal tal-partit jibqa' hemm." Huwa jgħid li meta partit ma jibqax leali lejn l-ideali jitlef ħafna nies. "Din ġrat fil-PN," ifakkar. Huwa jammetti li l-PL tbiegħed minn ċerti ideali imma jsostni li aġġusta biex ikun jista' jirbaħ, "U l-proċess li għadda u li għaddej minnu l-partit se jwassal biex dan l-ideal jissaħħaħ." Qed isemmi ħafna l-ideal. Il-gazzetta tistaqsih, imma llum, fid-dinja tal-lum, bl-aspettattivi politiċi tal-lum x'inhu t-twemmin tal-partit? "Il-Partit Laburista mibni fuq ix-xogħol, fuq il-kilba li niġġieldu l-inġustizzji f 'soċjetà li tirrispetta lil kulħadd," irrisponda Jean Claude Micallef. Iżda f 'ħafna mill-intervista Micallef isemmi l-isport u jgħid li f 'mument fejn hemm bżonn l-għaqda, huwa importanti li ninvestu fl-isport. "L-isport għadna nużawh għall-orgolju u l-għaqda." 'Mhux kriżi kostituzzjonali, imma kriżi morali' Imma mhux qed isemmi kwistjonijiet ta' trasparenza. Ejja nammettuha, il-Gvern jinsab fi kriżi, forsi anke Kostituzzjonali, le? Micallef isostni li kbira li tgħid kostituzzjonali, "imma kriżi morali iva. Il-Gvern jinsab f 'sitwazzjoni politika sensittiva iva," jammetti Micallef li mill- ewwel isostni li l-partit idawwar din id- diffikultà f 'opportunità. "U dan juri li f 'pajjiżna verament għandna istituzzjonijiet li jaħdmu, li għandna s-saltna tad-dritt. Vera forsi l-istituzzjonijiet jeħtieġ ikunu aktar effiċjenti u spediti, imma saltna tad-dritt hawn," jisħaq Micallef. Huwa jisħaq iżda li jħoss illi l-Gvern ma rrelatax mal-midja barranija tajjeb u biżżejjed. "Naħseb li kif irrelatajna mal- midja internazzjonali ma kienx tajjeb għax min kellu intenzjonijiet malinni għamel ħsara lill-pajjiż." Infakkru illi minkejja dak li qed jgħid il- qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-aħħar żviluppi, saħansitra l-interrogazzjoni għal sigħat twal ta' Keith Schembri ma sarux jaf bihom l-Ewropej għax l-Oppożizzjoni kebbset in-nar, imma għax huma kwistjonijiet kbar u jaħarqu. "Imma li jiġu pajjiżi li l-modus operandi tagħhom huwa 'l bogħod mit-trasparenza u tiġi tippontifika lil Malta, ma naħsibx li huwa ġust, minkejja dan ma nistax niem l-atteġġjament ta' Casa u Metsola. Jiena għalija li toqgħod tiddieħak bil- Prim Ministru jibgħat messaġġ ikrah," jisħaq Jean Claude Micallef. Jerġa' jinsisti li l-Gvern ma kienx iffukat biżżejjed fuq it-twassil tal-messaġġ u r-relazzjoni mal-midja barranija. Fid-dawl ta' dak li qed tgħid għandi niem li ssib il-kritika li Robert Metsola u David Casa, iġġustifikata. "Dażgur li ġġustifikata," jinsisti. Kemm ilu Delia kap tal-PN kellmu xi ħadd biex forsi jmur lura? Micallef jgħid li ma kienx hemm għalfejn. "Lili ħadd ma keċċieni jew warrabni. Jiena għażilt li nwarrab mill- aġenda tal-mibegħda u l-ħdura," jgħid id- Deputat Laburista. Minkejja li hu se jkun Deputat, Micallef għadu ma daħalx uffiċjalment fil-Parlament, fejn hu mistenni li jagħti l-ewwel diskors tiegħu. "Jiena ġej minn sfond sportiv u kultura. Fl-isport kont atleta, uffiċjal u amministratur. Kont imdaħħal f 'diversi assoċjazzjonijiet." Hawnhekk Micallef jitkellem għal it ħin dwar l-isport f 'Malta u jgħid illi jiddispjaċih illi Malta tbaxxi rasha u bħal donnha taċċetta li sa hawn nistgħu naslu fl-isport. "L-isport jista' jġib l-għaqda imma jista' jkun ukoll mutur ekonomiku, filwaqt li juża t-talenti li għandna fil- pajjiż." Huwa jgħid illi minkejja li ngħidu li rridu nesportaw l-isport Malti internazzjonalment, m'hawnx qafas ta' appoġġ, lanqas fl-istrutturi tal-Gvern. Min-naħa l-oħra Micallef jgħid li ma jistax ikun hemm suċċess reali jekk ma ssirx kampanja edukattiva b'miżuri drastiċi. Ċarament mela l-isport se jkun wieħed mis-suġġetti prinċipali fil-ħidma tiegħu, "fil-fatt l-aktar nies li ferħu miegħi meta sirt deputat kienet il-familja sportiva." Insemmilu numru ta' nies u suġġetti, biex nibnu profil politiku ta' Micallef. Daphne Caruana Galizia "Ma naqbilx magħha għal mod inġust li kienet tuża stejjer li setgħu jagħmlu ġid, imma li wasslu għal ħafna deni." Imma ma jirrikonoxxix li Caruana Galizia kellha stejjer li ġew ippruvati veri u li heżżu l-klassi politika Maltija? "Iva kif għidtlek, anke int u bosta ġurnalisti oħrajn jiktbu stejjer, imma fil- każ ta' Daphne Caruana Galizia l-kitbiet tagħha kienu nstigati minn aġendi, li żgur ma kinux fl-interess nazzjonali." Se jkun l-aktar Deputat ġdid. Il-gazzetta ILLUM tintervista lil Jean Claude Micallef, iben trejd unjonista, minn familja Laburista, eks xandar fuq il-midja tal-PN, Xlukkajr u llum ammiratur ta' Joseph Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019