Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 intervista illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 jibdiex u lanqas jispiċċa miegħu' Abort "Jiena kontra l-abort," jibda jgħid Micallef. "Jiena nemmen li l-ħajja tibda mill-konċepiment u aħna bħala Laburisti kommessi li naġevolaw lil min m'għandux leħen u vuċi. U allura żgur it-tarbija fil- ġuf hija l-aktar li nipproteġu." Kwoti ta' nisa fil-Parlament "Meta kont fl-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista kont għaddejt mozzjoni biex l-Eżekuttiv ikun maqsum bejn seba' nisa u seba' rġiel," qal Micallef. Hu qal li jaraha xi ħaġa tajba li jkun hemm aktar nisa biex ikun hemm perspettiva differenti minn dik tal-irġiel. "Biss imbagħad hija kwistjoni ta' karattru, m'għandniex nagħżlu fuq bażi ta' sess. Is-sess huwa irrilevanti." Jiġifieri jaqbel jew le? "F'dinja ideali ma jkollniex kwoti." L-iskema tal-IIP, il-bejgħ taċ-ċittadinanza Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Micallef, l-iskema IIP titneħħa kompletament, titħalla kif inhi jew inbidlluha? "Fuq l-IIP jiena naqbel mija fil-mija ma' Chris Fearne, jiġifieri li għandha tinbidel." Chris Fearne "Chris Fearne, flimkien ma' Helena Dalli flimkien ma' missieri appoġġjaw u kienu wara l-kandidatura tiegħi fil-Partit Laburista." Micallef iħoss li Fearne ddistingwa lilu nnifsu malajr bħala politiku u "minkejja li għandna stil differenti, naħseb illi Fearne għandu ħafna x'joffri lill-partit u lill- pajjiż." Eddie Fenech Adami "Eddie Fenech Adami persuna diviżiva imma kien ukoll l-ewwel persuna li ħoloq moviment madwaru, il-moviment tal- Ewropa," li fil-bidu tal-intervista Micallef ifakkar li kien parti minnu. Huwa jgħid li Fenech Adami għandu diversi kwalitajiet li għandu wkoll Joseph Muscat, "bid-differenza li t-track record elettorali ta' Muscat jisboq dak ta' Fenech Adami." Robert Abela "Persuna sportiva li naf minħabba missirijietna. Persuna li jisma' aktar milli jitkellem, għalkemm nixtieq narah jitkellem aktar." Huwa temm jgħid li hu jaqbel mal- għajta ta' Abela illi l-partit jibqa' akbar mill-moviment, stqarrija li din il-gazzetta sabet xi it jew wisq sorprendenti. Manuel Delia u l-protesti Li kieku nitrattaw iż-żewġ kwistjonijiet separatament aħjar. "Il-protesti huma dritt. Li forsi wieħed jeseġera jġib sentiment xi it mhux sabiħ. Però ma naqbilx ma' min qagħad jitkaża għax għajtu naqra żżejjed. Inti tipprotesta għax imdejjaq (bis-sitwazzjoni). Tgħdlix kif ngħid 'ajma', ara kif weġġgħajtni. sostna Micallef. Min-naħa l-oħra iżda Micallef qal illi jikkundanna meta l-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia ġew attakkati xħin kienu fil-karozza, mingħajr wisq sigurtà u folla rrabjata tagħti fuq il-karozza. Media indipendenti Il-gazzetta tisħaq illi jidher li l-PL qed jiddistakka lilu nnifsu sew mill-media indipendenti u jħares lejha b'ċerta dubju u paranojja. Micallef ifakkar li teknikament hu għadu parti mill-media u għandu relazzjoni "eċċellenti" mal-media. "Naħseb li hemm ħafna appoġġ x'jingħata u xogħol xi jsir, mhux biss għall-ġurnalisti imma lid-dinja tal- media." Huwa jammetti illi r-relazzjoni tal- Partit Laburista mal-media llum mhix l-istess bħal dik li kien hemm fl-2013. "Allura jinħolqu konspiraziji u xi kultant anke fake news. Imma mhux it- tort tal-ġurnalist, fis-sens jekk jiena bħala politiku ma nitkellimx inkun qed inħalli lil ħaddieħor jiddeċiedi għalija." "Jiena rrid nara li nkun pont bejn il- partit u l-media," saħaq Micallef. Unions u drittijiet tal-ħaddiema "It-trejd unjoniżmu daħal fit-tfulija tiegħi u trabbejt fih, minħabba missieri," ifakkar Micallef. Missieru kien jokkupa kariga importanti fil-GWU. "Għandi ħbiberija wkoll mal-UĦM, fejn naqbel fuq diversi punti ma' Josef Vella," saħaq Micallef dwar il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM, Voice of the Workers. "It-trejd unjins iridu joqogħdu attenti li ma jsirux irrelevanti. Naħseb li m'għamlux biżżejjed avvanz f 'oqsma ġodda ta' xogħol. Dan apparti l-fattur ta' ħaddiema barranin li qed ikunu wieħed mill-akbar impedimenti għal ehim kollettiv. Irridu naraw kif qed jinħarġu l-kuntratti u anke l-ġlieda kontra l-black market." Hu qal illi huwa dan li għandu jkun il- ħidma tal-unjins "mhux li jkunu forċina, għall-ebda Gvern." Joseph Muscat Micallef jgħid li dan kien talbu joħroġ u jagħti sehem sħiħ lill-partit. "Hu ġabni lura d-dar," jgħid Micallef. "Issa mal-grupp parlamentari u ma' ħafna Laburisti li jħobbu lill-partit, nirranġaw lill-partit, we get our house in order." Muscat, jistqar Micallef, "ħalla legat enormi, ta' ħidma politika, ta' tama u stimolu u motivazzjoni u issa għamlu partit rebbieħ." "Issa nikkonservaw li għandna imma wkoll inkunu inovattivi biex inkomplu dak li beda Muscat," temm jgħid Micallef.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019