Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 analiżi IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum MINN JOHNSON SA IL-PRESIDENTI AMERIKANI LI FFAĊĊJAW CLINTON IMPEACH MENT Fl-ambitu ta' proċess għaddej kontra Donald Trump il- gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn il-Presidenti tal-Istati Uniti li bħalu ffaċċjaw il-proċess ta' impeachment NADER KABAR Fit-13 ta' Novembru, 2019 il-Kamra tar-Rappreżentanti vvutat favur żewġ artikoli għall-impeachment, dawn kienu l-abbuż tal-poter, kif ukoll l-ostruzzjoni tal-ġustizzja. Nhar l-Erbgħa li għadda l-Kamra vvutat fuq iż-żewġ artikoli tal-impeachment, dawn kienu l-abbuż tal-poter, li għadda b'maġġoranza ta' 32 vot u l-ostruzzjoni tal-ġustizzja, li għaddiet b'maġġoranza ta' 31 vot. B'hekk id-deċiżjoni tmur quddiem is-Senat biex jivvota. Allura, kemm hu kbir iċ-ċans li Trump ikun impeached? Mhux bilfors il-każ. Trump mhuwiex l-ewwel President Amerikan li ffaċja l-proċess ta' impeachment. Fil-fatt, fl-istorja tal-Istati Uniti, kien hemm Presidenti oħra li kienu impeached, iżda l-ewwel wieħed spiċċa f 'xi ċella u tnejn minnhom saħansitra xorta waħda baqgħu Presidenti. Iżda dan kif seħħ? Għaliex baqgħu Presidenti? L-ILLUM, f 'dan l-artiklu se tħares lura lejn l-istorja u tispjega dak li għaddew minnu tliet Presidenti Amerikani. Andrew Johnson Is-sena kienet l-1868, u l-Istati Uniti kienet għadha tħoss l-impatt tal-Gwerra Ċivili li kienet spiċċat tliet snin qabel. Il-President, Andrew Johnson kien qed ikollu numru ta' argumenti mal-Kungress li kien ikkontrollat mir-Repubblikani wara li uża l-veto tiegħu kontra liġi li kienet se tipproteġi d-drittijiet tan-nies li kienu nħelsu mill-iskjavitù. Fl-1868, u san-nofs tas-seklu 20, ir- Repubblikani kienu l-Partit Liberali. Dan il-veto, flimkien mal-argumenti kontinwi bejn il-President u l-Kungress, ġiegħel lil dan tal-aħħar biex fl-24 ta' Frar 1868, jivvota favur l-impeachment tal- President. Il-Kumitat f 'dan il-Kungress tella' xejn inqas minn 11-il akkuża għall- impeachment u sat-3 ta' Marzu 1868, kienu approvati kollha. B'hekk il-każ tressaq quddiem is-Senat. Is-Senat ħareġ 25 regola għall- impeachment u minnufih beda l-ewwel proċess fl-istorja tal-Istati Uniti biex jitneħħa President. Mill-11-il artiklu, is-Senat iffoka fuq tlieta li permezz tagħhom ħaseb li kellu l-iktar ċans biex il-President ikun ikkundannat u eventwalment imġiegħel jirriżenja. Fis-16 ta' Mejju 1868, 35 Senatur ivvota favur l-impeachment, u 19 ivvutaw kontra. Dan kien ifisser vot wieħed biss inqas mill- maġġoranza ta' żewġ terzi mitluba mill- Kostituzzjoni biex jitneħħa President. Għaxart ijiem wara, is-Senat ivvota fuq tnejn mill-artikli, u r-riżultat kien l-istess. Minħabba dan, l-impeachment ma sarx, u Johnson kompla bil-mandat tiegħu sal-4 ta' Marzu 1869, fejn ma reġax ikkontesta l-elezzjoni. F'Marzu ta' 1875, kien elett bħala Senatur, fejn dam tliet xhur biss qabel ma miet b'kawża ta' stroke. Richard Nixon 105 snin wara li falla l-ewwel każ ta' impeachment beda t-tieni proċess fl-istorja tal-Istati Uniti biex jitneħħa President mill-poter. Din id-darba, il-President kien Richard Nixon. Il-proċess skatta wara l-iskandlu ta' Watergate, fejn ħamest irġiel b'konnessjoni ma' fondi illegali tal-kumitat elettorali ta' Nixon kienu arrestati wara li daħlu illegalment fil-Kwartieri Ġenerali tal- Kumitat Nazzjonali Demokratiku fl-1972. Dawn kienu daħlu fil-bini biex jieħdu ritratti tad-dokumenti tal-kampanja elettorali tad-Demokratiċi u biex jinstallaw apparat tas-smigħ fit-telefons tagħhom. L-amministrazzjoni ta' Nixon ippruvat taħbi dan il-fatt, iżda f 'April tal-1974, il- Kumitat tal-Ġustizzja ħarrek lil Nixon biex jirrilaxxa l-awdjo reġistrazzjonijiet tiegħu. Nixon irrilaxxa dawn l-awdjo reġistrazzjonijiet iżda dawn ma kinux kompluti. Wara dan, il-Kumitat esiġa lill-President biex jirrilaxxa l-awdjo reġistrazzjonijiet il- kompluti. Nixon irriuta, iżda l-Qorti Suprema ordnatlu biex jagħmel dan. Sat-30 ta' Lulju 1974, il-Kumitat tal- Ġustizzja approvat tliet artikoli tal- impeachment kontra Nixon. Fil-5 ta' Awwissu, Nixon irrilaxxa traskrizzjoni fejn kien ċar li hu kien involut fil-ħabi tal-provi. Minħabba dan, l-ogħla membri tal-Kungress mill- partit Repubblikan, f 'laqgħa ma' Nixon, infurmawh li ma kienx hemm aktar tama għalih u l-impeachment kien kważi kważi ċertezza. Nixon, fil-fatt, kien irriżenja minn jeddu fid-9 ta' Awwissu tal-istess sena, qabel, fil-fatt, ma ttieħed il-vot fil-Kamra tar- Rappreżentanti. Wara r-riżenja tiegħu, kien hemm ċans li Nixon jitressaq quddiem il-Qorti iżda, fosthom minħabba saħħtu, il-President il-ġdid Gerald Ford tah il-maħfra Presidenzjali għal kull reat li ħa sehem, jew seta' ħa sehem fih waqt li kien President. Wara dan l-iskandlu, il-Partit Repubblikan tilef ħafna mill-popolarità tiegħu u fl-elezzjonijiet għas-Senat, id- Demokratiċi rebħulhom aktar siġġijiet biex kisbu maġġoranza ta' żewġ terzi. Barra minn hekk, fl-elezzjoni Presidenzjali li kien imiss, Gerald Ford tilef kontra l-kandidat Demokratiku Jimmy Carter. Wara r-riżenja tiegħu, Nixon dar madwar id-dinja fejn kien mistieden jitkellem f 'diversi okkażjonijiet. Fil-fatt, kompla jżur bosta pajjiżi, fosthom iċ-Ċina fl-1975 u l-USSR fl-1986. Sa mewtu, Nixon dejjem baqa' jisħaq li hu innoċenti. Fit-18 ta' April 1994 Nixon sofra stroke u wara erbat ijiem miet. Minkejja dak li wettaq, l-aħbarijiet kienu pożittivi ħafna fuqu. Il-gazzetta e Dallas Morning News kienet qalet li "l-istorja se turi li minkejja d-difetti tiegħu, hu kien wieħed mill-aħjar Presidenti." Iżda kien hemm oħrajn, bħall-ġurnalist Hunter S. ompson, li ddeskriva lil Nixon bħala "mostru politiku minn Grendel u għadu perikoluż immens". Sal-mewt tiegħu fl-1994, Nixon kien baqa' jisħaq li huwa kien innoċenti. Bill Clinton Fl-1994, Paula Jones, impjegata tal- Istat ta' Arkansas fetħet kawża kontra l-President Bill Clinton dwar dak li kienet qed takkużah li wettaq fi żmien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019