Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809
15 analiżi illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 meta kien Gvernatur tal-istess Stat. Clinton kien akkużat li pprova jtawwal il-każ sakemm jispiċċa minn President iżda fl-1997, il-Qort Suprema ċaħdet dan wara li qalet li billi kien President ma jfissirx li ma kellux jiffaċċja l-Qorti Ċivili. Lejn l-aħħar tal-1997, Linda Tripp, impjegata tas-servizz ċivili, bdiet tirrekordja l-konverżazzjonijiet bejnha u bejn Monica Lewinsky, impjegata fid- Dipartiment tad-Difiża u ħaddiema fil- White House. Lewinsky qalet li kellha relazzjoni sesswali mal-President. Fis-17 ta' Jannar, 1998, f 'ġurament maħluf, Clinton ċaħad id-dikjarazzjoni ta' Lewinsky u qal li qatt ma kellu relazzjoni sesswali magħha. Insista li qatt ma kien waħdu magħha. Madanakollu, it xhur wara, Clinton qal li r-relazzjoni tiegħu ma' Lewinsky "ma kinitx xierqa." Fit-8 ta' Ottubru, 1998, il-Kamra tar- Rappreżentanti vvutat favur il-bidu tal- inkjesta għall-impeachment ta' Clinton. F'Novembru, fl-elezzjoni tal-Kamra, il-Partit Demokratiku rebaħ ħames siġġijiet aktar milli kellu u dan kien kontra t-tbassir tal-Ispeaker tal-Kamra Newt Gingrich, li kien qed ibassar li l-Partit Repubblikan kellu jirbaħ madwar 30 siġġu aktar. Ftit qabel ma ġie elett l-Ispeaker il- ġdid, Bob Livingstone, irriżenja mis- Senat wara li ħarġet informazzjoni dwaru li kellu relazzjoni barra ż-żwieġ tiegħu. Meta rriżenja, tefa' aktar piż fuq il-President u qal li bħalu anke Clinton kellu jirriżenja. Fil-11 ta' Diċembru 1998 u fil-jiem ta' wara, il-Kumitat Ġudikatur tal- Kamra vvota favur l-artikli kollha dwar l-impeachment. Fid-19 ta' Diċembru, il-Kamra tar-Rappreżentanti vvotat favur l-impeachment fuq każ ta' sperġur. It-tliet każijiet l-oħrajn kollha ma rnexxielhomx jiksbu maġġoranza. Fis-7 ta' Jannar 1999, beda l-każ quddiem is-Senat. Fl-20 tal-istess xahar, is-Senat ivvota favur li jixhdu numru ta' nies. Bejn l-1 u t-3 ta' Frar il-maniġers tal- Kamra semgħu x-xhieda, u fl-4 ta' Frar, is- Senat ivvota favur li l-awdjo reġistrazzjoni kienu suffiċjenti bħala evidenza. Fit-12 ta' Frar, wara tlett ijiem ta' deliberazzjoni, is-Senat ivvota kontra l-ewwel artikolu u aktar tard lanqas it- tieni artikolu ma għadda. B'hekk, il-każ tal-Impeachment waqa'. Fl-1998, qabel ma bdiet il-proċedura fis-Senat kien hemm biss terz mill- Amerikani li kienu favur li l-President ikun imneħħi, iżda fl-1999, wara li kien ċar li l-President ma kienx ħa jitneħħa, 57% kienu favur id-deċiżjoni tas-Senat, jiġifieri li l-President jibqa' fejn hu. Minkejja li l-popolarità ta' Clinton mal-poplu ma nbidlitx, il-ħsieb tal- poplu fuq il-karattru nbidel, u kien dan, flimkien mal-iskandlu ta' Elián González, li ġiegħlet ammont sostanzjali ta' nies jivvutaw għal George Bush Jr. minflok għal kandidat Demokratiku Al Gore. Kummentaturi politiċi oħrajn jgħidu li dan kien minħabba l-fatt li Al Gore rriuta li jkollu lil Clinton bħala parti mill-kampanja elettorali tiegħu. Wara l-Presidenza tiegħu, Bill Clinton beda jagħti numru ta' diskorsi u tkellem f 'kull Konvenzjoni Nazzjonali Demokratika s'issa. Martu Hillary Clinton, fl-2014 qalet li meta Bill ċeda l-pożizzjoni tiegħu, kienu kważi bla flus, iżda minħabba d-diskorsi li ta bejn l-2001 u dik is-sena kienu qegħdin ferm tajjeb. Fil-fatt Bill Clinton qala' bejn $100,000 u $300,000 għal kull diskors, u fl-2010 rċieva $500,000 għal diskors quddiem kumpanija li kellha konnessjonijiet qawwija mal-Kremlin. Fl-elezzjonijiet Presidenzjali tal- 2008 u l-2016 kien jappoġġja ħafna lil Hillary Clinton, iżda din tilfet iż-żewġ elezzjonijiet. Richard Nixon