Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 oroskopju illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 Kompetizzjoni tal-Milied Rigal għalikom. Il-pubblikazzjoni tiegħi. Kulma għandkom tagħmlu huwa tiktbu kumment dwar il-paġna tiegħi. L-aħjar kumment li jintgħażel jirbaħ l-aħħar ktieb tiegħi. Il-kumment għandu jintbagħat b'sms fuq 99013600 jew b'messaġġ fuq il-Facebook Page tiegħi PaulJon13. Namaste Nixtieq lill-qarrejja ta' din il-paġna, il-Milied it-tajjeb lilkom u lill-familji tagħkom bl-isbaħ xewqat mingħandi. Edizzjoni speċjali tal-Oroskopju għall-Milied 2019 Mill-Ħadd 22 ta' Diċembru sas-Sibt 28 ta' Diċembru Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat- 18 ta' Frar L-oroskopju tal-Milied għaż- żodijaku ta' Aquarius ser ikun il-bidu ta' mixja fid-direzzjoni t-tajba. Sa fl-aħħar int se tara kif il-madwar tiegħek ser joffrilek dak li tant ilek tistenna. Int trid tagħraf timxi aktar b'moħħok sabiex dan ikun ta' direzzjoni pożittiva f 'dak li hemm riesaq lejk. Agħraf dan. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-istilla ta' żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Virgo. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu L-oroskopju tal-Milied għaż- żodijaku ta' Pisces ser jipprovdilek dak li ilek taħdem għalih imma trid tagħraf toqgħod attent minn fixkla li ser iddur madwarek forma ta' ħbiberija li minn it kunfidenza tista' tikber u tikkawżalek ħsibijiet żejda. Għalhekk aħseb sew dwar dan. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-istilla ta' żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Capricorn. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April L-oroskopju tal-Milied għaż- żodijaku ta' Aries ser jipprovdilek bidla fil-mod li int tista' tikkomunika aħjar kemm ma' kollegi tiegħek u anke taf ittejjeb il-madwar tiegħek aktar milli taħseb. Dan huwa l-mument għalik fejn il- mentalità tista' tkun aħjar u dan ser tagħrfu fil-ġimgħat li ġejjin. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-istilla ta' żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Leo. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta' Taurus ser jipprovdilek imġiba u ħsibijiet differenti li ma kont tistenna li ser taħseb dwarhom. Dawn is- sitwazzjonijiet sejrin iġibu bidla fik imma dan isir jekk int tkun lest għal dan. B'hekk se tkompli tevolvi fil-ħajja tiegħek. Agħraf. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt. L-istilla ta' żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Sagittarius. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta' Gemini ser jipprovdilek tarġa oħra 'l fuq fil- karriera tiegħek. Ma' din it-tarġa se tiżdiedlek ir-responsabbilità ta' madwarek u trid issib bilanċ. Din se tkun ta' sfida biex turi li int lest għal kull bidla li tkun meħtieġa madwarek. Irrifletti. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis. L-istilla ta' żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Cancer. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta' Cancer ser jipprovdilek dik l-isfida li fil- karriera li tixtieq. Tibżax tagħmel dan il-pass, anzi dan ser jiaħlek toroq u opportunitajiet ġodda li ma kontx taħseb li int kapaċi għalihom. Issa wasal il-mument li tavvanza. Agħraf dan. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-istilla ta' żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Taurus. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru L-oroskopju tal-Milied għall- Virgo huwa mument ta' tħejjija ta' pjan li int tista' ser iġiblek tibdil f 'dak li taħseb sabiex issa twettaq dak li ilek tixtieq. Issa huwa l-mument li għandek tagħmel dan u ssib is-sodisfazzjon li ħaqqek. Ħares 'il quddiem u kompli avvanza. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-istilla ta' żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Gemini. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru L-oroskopju tal-Milied għaż- żodijaku ta' Libra ser taħseb li trid tgħaġġel it aktar mis-soltu fil-ħajja ta' madwarek. Għalkemm dan mhux ħażin, trid tagħraf ukoll li din l-għaġġla tkun taħt kontroll għax jaf kollox jiġik bil-maqlub. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-istilla ta' żmien il- Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Pisces. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru L-oroskopju tal-Milied għaż- żodijaku ta' Sagittarius se tagħraf kemm l-ambizzjoni tiegħek hi importanti. L-effett ta' dan ser tħossu jikber fik it aktar mis- soltu u dan ser jikkawża bidla fl-imġiba tiegħek. Dan huwa dak il-mument fejn int tista' tirbaħ. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-istilla ta' żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Aquarius Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat- 21 ta' Novembru L-oroskopju tal-Milied għaż- żodijaku ta' Scorpio ser jikkawża ċertu kalma madwarek. Fil- mument dan ser ikun tajjeb sabiex int tirbaħ lura ċertu sitwazzjonijiet li setgħu kienu ibsin. Tinkwetax, aħtaf din l-opportunità u agħraf sew. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-istilla ta' żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Libra. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar L-oroskopju tal-Milied għaż- żodijaku ta' Capricorn huwa mument li jagħmlek tagħraf se jipprovdilek motivazzjoni qawwija li dak kollu li kien qisu staġnat ser jinfetaħ. Dan huwa l-aktar żmien importanti għalik għax issa għandek dak kollu li tixtieq li jseħħ. Agħraf sew dak li tixtieq. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-istilla ta' żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Aries. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu L-oroskopju tal-Milied għaż- żodijaku ta' Leo se jipprovdilek is-sodisfazzjon li tant jixraqlek wara dak kollu li int għaddejt. Ġej il-mument li anke dawk ta' madwarek sejrin jagħrfu dan u sejrin jesprimu ħsibijiethom dwarek. Dan ser ikun żmien fejn riesaqa lejk it-trankwillità. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-istilla ta' żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Scorpio. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019