Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

22 films Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 12 Bridges (15) 14:00, 16:20, 18:35, 20:50 Charlie's Angels (12A) 10:20, 13:00, 15:35, 18:10, 20:45, 23:20 Doctor Sleep (15) 20:45 Frozen 2 3D (U) 15:40, 20:40 Frozen 2 2D (U) 10:30, 13:00, 18:05 13:00, 15:30, 18:00, 20:35 Joker (15) 13:05, 15:55, 18:35, 21:15 Knives Out (12A) 10:25, 13:00, 15:45, 18:30, 21:15, 23:55 Last Christmas (12A) 11L35, 13:50, 16:15, 18:45, 21:10, 23:10 Le Mans '66 (U) 14:35, 17:50, 21:00, 23:00 Maleficent: Mistress of Evil 2D (PG) 11:30, 13:00, 15:45, 18:25, 21:05 The Addams Family 2D (PG) 11:30, 13:45, 16:00, 18:15 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Charlie's Angels (12A) 10:40, 13:55, 16:35, 18:40, 21;10 Frozen 2 3D (U) 16:00, 20:30 Frozen 2 3D (U) 10:30, 13:45, 18:15 Last Christmas (12A) 10:50, 13:20, 16:00, 18:30, 21:00 Midway (12A) 10:45, 14:15, 18:00, 20:45 IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Films ġodda fis-swali taċ-ċinema Films fiċ-ċinema Carmel Bonnici STAR WARS: THE RISE OF SKYWALKER Atturi Ewlenin: Daisy Ridley; Adam Driver; John Boyega; Oscar Isaacs; Carrie Fisher; Mark Hamill; Lupita Nyong'o; Billy Dee Williams. Direttur; J. J. Abrams. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 142 min. Ċert. 12A L-opera spazjali epika, is-saga ta' Luke Skywalker, waslet fl-aħħar episodju tagħha, id-disa' wieħed u l-aħħar wieħed mit-tielet triloġija bi Star Wars: The Rise Of Skywalker. Dan l-aħħar xogħol, dirett ukoll minn J. J. Abrams jeħodna fuq vjaġġ epiku fl-irkejjen imbegħdin ta' galassija straordinarja. Il-battalja kolossaali tinsab fil- qrib sewwa,dawk li baqgħu ħajjin tar-Reżistenza fl-aħħar ta' Star Wars: The Last Jedi (2017) għal darb'oħra se jiffaċċjaw il-qawwa tal-First Order. Sena wara l-avvenimenti li seħħew f 'The Last Jedi, minkejja li r-Reżistenza tilfet numru kbir ta' ġellieda, grupp żgħir ta' eroj kompost minn Finn (Boyega), Poe Dameron (Isaacs), Rey (Ridley) il-Ġeneral Leila Organa (Fisher) u Rose Tico (Kelly Marie Trann), jingħaqdu flimkien ma' alleanzi ġodda biex ikomplu jiġġieldu sal-aħħar nifs ta' ħajjithom. Fil-vjaġġi fid-diversi pjaneti mimlijin siġar u ħaxix, jew ramel, jew muntanji miksija bis-silġ, mingħajr ma' jaqtgħu qalbhom jissiltu bil-kbir, ikunu maqbudin, jaqgħu u jinżlu fil-ħama fejn isibu ruħhom f 'sotterran attakkati minn mostru. Il-qofol prinċipali huma d-dwelli bix- xwabel laser bejn Rey, orfni mill-pjaneta Jakku li ngħaqdet mar-Reżistenza Kylo Ren (Driver), il-mexxej assolut tal-First Order li l-Forza Oskura kienet ħakmitu sew qabel. Star Wars: The Rise Of Skywalker hu mimli numru ta' set-pieces ta' spettaklu inkredibbli, splużjonijiet, tifrik ta' vetturi spazjali, ġiri, akrobaziji u xenarju fantastiku. Il-parti tal-mejta Carrie Fisher tikkonsisti minn xeni li ma dehrux fi Star Wars: The Force Awakens (2015). The Rise Of Skywalker jagħlaq saga tassew popolari li ħadet il-fama ta' kult b'manjiera meraviljuża

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019