Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport 'Riżultat bħal dan jimmotivani biex inkompli nistinka' illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Bejn is-7 u t-8 ta' Diċembru seħħet il-kompetizzjoni 'Memorial Laza Krstić and Marica Dželatović' ġewwa Novi Sad, is-Serbja. Il-ġinnasta ta' 15-il sena Ella Borg rebħet il-first overall meta kkompetiet kontra 22 atleta minn pajjiżi bħall-Italja, l-Ingilterra u l-Bulgarija fost l-oħrajn. Kisbet ukoll żewġ medalji fil- finali, deheb fuq il-beam u bronż fuq il-floor. "Din kienet il-ħames darba li kkompetejt f 'din il- kompetizzjoni u dejjem ksibt xi midalja. Is-sena l-oħra ġejt third overall u wara sena ta' taħriġ u esperjenzi f 'kompetizzjonijiet bħall-World Championship u l-European Championships irnexxieli ntejjeb ir-riżultat," qalet Ella, "Riżultat bħal dan jimmotivani biex inkompli nistinka, speċjalment minħabba li s-sena d-dieħla se nkun qed nikkompeti fis-sezzjoni tas- seniors." "Nixtieq nirringrazzja lill- klabb tiegħi Gymstars, lill- kowċis tiegħi Nataliya Berehova u Antonina Djurova, lill-Malta Gymnastics Federation, lill- Maltese Olympic Committee, Sport Malta u n-National Sport School tas-sapport kontinwu li jagħtuni," temmet tgħid Ella. Sena ta' glorja għal John Zammit Għal John Zammit, president tal-Federazzjoni Maltija taċ- Ċikliżmu, is-sena 2019 kienet waħda ta' glorja fejn matulha rċieva l-aqwa u l-ikbar rikonoxximenti, kemm lokali kif ukoll internazjonali. Nhar il-Ġimgha, 27 ta' Settembru 2019 f 'Harrogate, Yorkshire, John Zammit ingħata l-Premju tal-Mertu mill-president tal-UCI David Lappartient waqt il-188 Kungress tal-UCI. Huwa rċieva dan il-Premju għas-servizz eċċellenti u d-dedikazzjoni tiegħu għaċ-ċikliżmu. Wara li fit-13 ta' Marzu 2016 f 'Vale do Lobo - Algarve fil-Portugall, John Zammit kien ingħata l-Premju tal- Mertu UEC waqt l-Assemblea Ġenerali Ordinarja tal-2016 b'hekk huwa sar l-uniku membru fil-qasam ċiklistiku li rebaħ dawn iż-żewġ rikonoxximenti ta' prestiġju. Nhar l-Erbgħa 27 ta' Novembru 2019, John Zammit reġa' kien elett bħala l-President tal-istess Federazzjoni meta rebaħ l-elezzjoni għal President biex issa jibqa' fit-tmexxija għal sentejn oħra wara li ilu għal 17-il sena fit-tmun tal- Federazzjoni. Nhar is-Sibt 7 ta' Diċembru 2019 huwa kien imdaħħal fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti waqt is-serata tal-MOC Awards 2019.Nhar il- Ġimgħa 13 ta' Diċembru 2019 John Zammit ġie ppremjat bil-Midalja għall-Qadi tar- Repubblika mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta' Malta waqt ċerimonja li saret fis-Sala tal-Gran Kunsill, fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta fl-okkażjoni ta' Jum ir- Repubblika għas-servizz tiegħu fil-qasam taċ-Ċikliżmu kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Intant nhar is-Sibt 9 ta' Marzu 2019, John Zammit flimkien ma' Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal- istess Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu u mad-diversi delegati li pparteċipaw fil- Kungress Annwali tal-Unjoni Ewropea taċ-Ċikliżmu (UEC), li din is-sena kien amalgamat ma' dak tal-Konfederazzjoni Afrikana taċ-Ċikliżmu (CAC) kellhom udjenza privata mal- Qdusija Tiegħu Papa Franġisku fis-Sala Clementina tal-Palazz Appostoliku ħdejn il-Bażilika ta' San Pietru fil-Belt tal- Vatikan. F'din l-okkażjoni d-delegati kollha preżenti kellhom ix-xorti li jieħdu b'idejn il-Qdusija Tiegħu, il- Papa Bergoglio. Wara dawn l-apprezzamenti kollha, John Zammit irringrazzja lil dawk kollha li ħadmu miegħu matul l-iktar minn ħamsin sena tiegħu fil- karriera taċ-ċikliżmu u qal li dawn kienu unuri kbar mhux biss għalih personalment, iżda wkoll għall-Federazzjoni u l-Isport f 'Malta inġenerali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019