Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 sport Riżultati mħallta għaċ-ċiklisti Maltin fis-Cycle of Cycling Tour fit-Tuneżija Dan l-aħħar it-Tim Nazzjonali tal-Irġiel taċ- Ċikliżmu pparteċipa fit- 12-il ċiklu ta' ċikliżmu bejn ajruporti organizzat mill- Università tat-Tuneżija bi sħab mal-avjazzjoni ċivili u l-ajruporti Tuneżini. It-tiġrijiet kollha flimkien kienu fuq distanza totali ta' 708km maqsuma f 'ħames stadji li bdew minn quddiem l-ajruport ta' Kartaġni f 'Tuneż nhar it-Tlieta, 12 ta' Novembru 2019, u spiċċaw fis-16 ta' Novembru f 'Jerba. Il-ministru tat-turiżmu u l-industriji tradizzjonali u l-ministru aġenti tat-trasport tat-Tuneżija, Rony Trabelsi ta l-bidu ta' dan it-Tour. It-tim Nazzjonali Malti li kien iffurmat minn Etienne Bonello, Maurice Formosa, Christian Formosa, Jason Vella, Clive Bugeja u Clive Ebejer. Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni mexxa l-grupp. Huwa kien assistit minn Charles Sammut, mekkanik u mill-fiżjo-terapista Darren Abdilla. Din l-ġimgħa impenjattiva bdiet minn Tunis sa Monastir fuq distanza ta' 117-il kilometru f 'temp kollu xita li għamel din it-tiġrija ferm diffiċli għaċ- ċiklisti kollha. It-tieni tappa kienet minn Monastir - Sfax fuq distanza ta' 145 km. It-tielet tappa fuq distanza ta' 104 km saret bejn Gafsa – Tozeur filwaqt li r-raba' waħda kienet minn Tozeur sa Douz għal 124 km. Il-ħames u l-aħħar tappa tat- Tour saret minn Matmata sa Djerba fuq distanza ta' 162km. Fil-klassifika ġenerali l-ewwel Malti kien Christian Formosa li spiċċa fit-23 post. F'pożizzjonijiet oħra warajh spiċċaw Clive Ebejer u Clive Bugeja. Iċ-ċiklisti l-oħra ntlaqtu minn inċidenti separati fejn kemm Etienne Bonello u Maurice Formasa kellhom inċidenti waqt it-tieni tappa li kienet minn Monastir sa Sfax, b'Bonello jkollu jittieħed l-isptar fejn sarulu xi punti f 'irkopptu u b'hekk kellu jabbanduda t-Tour. Maurice Formosa f 'waħda mill-waqgħat li kien hemm, ġarrab ħsarat kbar fir-rota tiegħu. Jason Vella kellu jabbanduna wkoll it-Tour minħabba li ħassu ma jiflaħx fl-aħħar ġurnata. Dan it-Tour intrebaħ mill- Alġerin Yacine Hamza, b'sieħbu Oussama Cheblaoui jispiċċa warajh. Fit-tielet pożizzjoni spiċċa Khaled Kammoun tat- tim nazzjonali tat-Tuneżija. Kollox ma' kollox din kienet ukoll esperjenza oħra utli għaċ-ċiklisti Maltin bit-tħejjija biex jgħollu l-livelli tajbin tagħhom fid-dawl tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li mistenni li jsiru sentejn oħra f 'Andorra. Intant, tħabbar li John Zammit li ilu għal iktar minn 50 sena fix-xena taċ-Ċikliżmu lokali ser jibqa' fit-tmexxija tal-Federazzjoni Maltija taċ- Ċikliżmu għal sentejn oħra wara li waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li nżammet dan l-aħħar rebaħ l-elezzjoni għall- president meta kien ikkontestat minn Stephen Mifsud. John Zammit s'issa ilu 17-il sena fit-tmun tal-Federazzjoni. Daniel Borg Olivier żamm ukoll postu bħala Teżorier wara li hu wkoll rebaħ lill- kontestant Ryan Spiteri. Joe Bajada min-naħa tiegħu kien ikkonfermat bħala Segretarju Ġenerali tal-istess Federazzjoni wara li ma kienx ikkontestat. IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum It-tiġrijiet kollha flimkien kienu fuq distanza totali ta' 708km maqsuma f'ħames stadji li bdew minn quddiem l-ajruport ta' Kartaġni f'Tuneż nhar it-Tlieta, 12 ta' Novembru 2019, u spiċċaw fis-16 ta' Novembru f'Jerba. CRISTIAN ANTONY MUSCAT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019