Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 sport It-tlielaq tal-Eurosport BSJ Fleur-de-Lys itemmu l-kalendarju sportiv tal-Birkirkara St. Joseph għall-2019 illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 Ix-xita qawwija li laqtet 'il fuq minn 300 atleta lesti biex jiġru fl-Eurosport m'affetwatx l-ispirtu kompetittiv kif intwera mill-prestazzjoni ta' wħud minn dawn l-atleti. Fit-tellieqa tal-10km, Charlton Debono ta' prestazzjoni impekkabli li wriet klassi kbira. Debono kien fuq quddiem mill-bidu nett u spiċċa t-tellieqa f 'ħin ta' 31 minuta 52 sekonda. Dan ir-riżultat isegwi s-suċċess riċenti ta' Debono fl-isfera internazzjonali meta hu kiser ir-rekord nazzjonali tal-maratona ġewwa Valencia. Wara Debono, kien l-atleta ieħor Għawdxi, Matthew Xuereb li rreġistra l-aħjar ħin tiegħu sa issa meta spiċċa f 'ħin ta' 34 minuta, u żewġ sekondi. Fit-tielet post, tliet sekondi wara Xuereb daħal Pierre Chicco. Fil-Kategorija tan-nisa Roberta Schembri ħadet l-unuri, meta spiċċat f 'ħin ta' 38 minuta u sitt sekondi. Schembri, li rebħet din it- tellieqa is-sena l-oħra wkoll, kella vantaġġ komdu fuq Agatha Liturntuk li spiċċat wara 42 minuta u 56 sekondi. Fit-tielet post daħlet Tara Borg Manche li spiċċat ir-rotta f 'ħin ta' 43 minuta u 35 sekondi. Fit-tellieqa tal-5 kilometri, kien hemm inqas distakk bejn l-ewwel tliet irġiel. L-ewwel ma spiċċa kien Miguel Del Pozo li spiċċa f 'ħin ta'16 minuta 8 sekondi. Del Pozo kien segwit minn Simon Spiteri li spiċċa ħames sekondi warajh filwaqt li Mark Herrara, spiċċa fit-tielet post, żewġ sekondi wara Spiteri. Tara Abdilla rebħet il- kategorija tan-nisa f 'ħin ta'18- il minuta u 52 sekonda. Wara Abdilla daħlu Mary Clare Vella u Marie Claire Cremona li rreġistraw ħin ta' 21 minuta, 34 sekonda u 21 minuta u 44 sekonda rispettivament. "Il-Eurosport BSJ Fleur- de-Lys Road Running Races ġabu fi tmiemhom sena oħra ta' kalendarju sportiv mimli attivitajiet organizzat mill-Birkirkara St. Joseph Sports Club. Il-Klabb kompla jinvesti fl-isport – kemm bħala tim organizzattiv kif ukoll armar neċessarju sabiex tintlaqa' d-domanda tad- dixxiplini sportivi varji li l-klabb jorganizza, bl-għan li tingħata esperjenza positiva u ta' livell għoli, kif l-atleti jkunu qegħdin jistennew mill- klabb tagħna" stqarr Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali tal- Birkirkara St. Joseph Sports Club. "L-amministrazzjoni tal- Klabb tixtieq tirringrazzja lil kull min hu involut fl- organizzazzjoni tal-programm daqstant intensiv. Aħna nħarsu 'l quddiem b'ottimiżmu lejn l-2020 li ser tkun il-45 sena mill- fondazzjoni tal-Klabb." Ir-rebbieħa ġew ippreżentati bit-trofej u premjijiet immedjatament wara t-tellieqa mis-Sur Anthony Chircop, rappreżentant tar-Reġjun Centrali tal-Kunsilli Lokali, u s-Sur Brian Cremona, rappreżentant tal-Eurosport Malta. Il-Eurosport BSJ Fleur- de-Lys Road Race kienet appoġġjata wkoll mir-Regjun Centrali tal-Kunsilli Lokali, il-Eurosport Malta u l-Pulizija ta' Malta. Jirringrazzjaw ukoll lill-voluntiera u uffiċjali li kienu preżenti sabiex jgħatu l-għajnuna tagħhom matul it- tellieqa. Charlton Debono, Roberta Schembri jibbrillaw fit-tellieqa tal-10km, Miguel Del Pozo, Tara Abdilla jirbħu it-tellieqa tal-5km

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019