Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809
28 sport Elusive 2 tkompli b'sensiela ta' rebħ b'suċċess fir-Raymarine Double Handed Figure of Eight CRISTIAN ANTONY MUSCAT Elusive 2, misjuqa minn Aaron Podesta u David Anastasi komplew bis-sensiela ta' rebħ, meta kitbu isimhom fuq it- trofew tar-Raymarine Double Handed Figure of Eight wara r-rebħa tagħhom f 'din it-tellieqa iebsa. Ir-Raymarine Double Handed Figure of Eight hija waħda mit-tlielaq li ilha sseħħ fil-kalendarju tal-Royal Malta Yacht Club. Din seħħet aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet meta l-Uffiċjal tat-tellieqa Peter Dimech bagħat il- flotta fuq korsa ta'85 mil nawtiku lejn Kemmuna, madwar Għawdex u lura lejn Filfla u n-Nofsinhar ta 'Malta sal-Port ta' Marsamxett fejn spiċċat it-tellieqa. It-tellieqa bdiet bi rjieħ ħfief mill- Majjistral. Filwaqt li s-sħab griż li tfaċċa fuq il-flotta fil-bidu tat-tellieqa ma kienx sinjal tajjeb, is-sħab ma tantx dam preżenti u t-tellieqa kompliet mingħajr ix-xita li ħasbu li ser tolqothom. Hekk kif it-tellieqa komplit, ir-riħ, li kien imbassar li ser jkun mill-Majjistral żied it fitt għall madwar 25 mil-nawtiku fis-siegħa. Minkejja xi kundizzjonijiet delikati qrib Paradise Bay, l-ekwipaġġi setgħu jkompli l-isfida li kienu affaċjati biha u jagħmlu l-aħjar li jistgħu fil- kundizzjonijiet preżenti. Elusive 2 kiseb il-vantaġġ mill-bidu nett, fuq quddiem fil-ħruġ mill-port ta' Marsamxett. Warajhom kien hemm Xpresso (Sean Borg / Paul Borg Cardona) u Vivace (Andrew Agius Delicata / Matthew Gabriele). Dawn it-tliet jottijiet baqgħu f 'dawn il-pożiżżjonijiet prattikament matul it-tellieqa kollha bl-Elusive 2 fejn tikseb line honours kif ukoll rebħa ġenerali f 'ħin korrett. Elusive 2 spiċċat it-tellieqa f 'ħin ta' disa sigħat, ħames minuti u sittax-il sekonda. Id-dgħajjes fil-klassi IRC Cruiser kellhom rotta iqsar, ta' bejn wieħed u ieħor 50 mil. Ir-rotta kienet ta' figura ta' tmienja madwar Kemmuna u Għawdex, qabel ma baħħru lura lejn Marsamxett. Kontiki (Matthew Sultana / Joseph B. Muscat) kien l-ewwel jott li spiċċa u żamm l-ewwel post fuq il-ħin korrett. Is-serata tal-Għoti ta' premijiet ospitata minn RLR Yachting, aġenti esklussivi ta' Raymarine f 'Malta, saret ġewwa r-Royal Malta Yacht Club. "L-ebda tellieqa tal-ibburdjar ma tista' titqies bħala waħda faċli, iżda meta tiġi għat-tlielaq Double Handed, dawn jkunu iktar diffiċli minħabba li jkun hemm it jew xejn mumenti meta wieħed jista jieħu nifs. Nifirħu lil dawn l-ekwipaġġi talli aċċettaw l-isfida u ħadu sehem. M'għandniex xi ngħidu, il-gratitudni tagħna tmur għall-voluntiera li ħadu ħsieb it-tellieqa u fl-aħħar iżda mhux l-inqas it-tim ta' RLR Yachting li ilhom jappoġġjaw din it-tellieqa għal dawn l-aħħar għaxar snin" ikkummenta Godwin Zammit, Commodore, Royal Malta Yacht Club. IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Riżultati – Tellieqa Raymarine Double Handed Figure of 8 IRC Racers Overall L-Ewwel Post Elusive 2 (Aaron Podesta/David Anastasi) It-Tieni Post Xpresso (Sean Borg/ Paul Borg Cardona) It-Tielet Post Vivace (Andrew Agius Delicata / Matthew Gabriele) IRC Racer 1 L-Ewwel Post Elusive 2 (Aaron Podesta/David Anastasi) IRC Racer 2 L-Ewwel Post Vivace (Andrew Agius Delicata / Matthew Gabriele) It-Tieni Post JYS Jan (Daniel Fenech / Matthew Micallef ) It-Tielet Post JYS Jarhead (Zachary Zammit / Saul Vassallo) IRC Cruisers Overall L-Ewwel Post Kontiki (Matthew Sultana /Joseph B. Muscat)