Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

04 analiżi IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali 17 ta' Novembru 2019 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 PRE – AVVIŻ (Miżuri 2.1, 4.4, 16) Miżura 2.1 – Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta' skambju tal-azjendi agrikoli Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali jħabbar li ser tiġi varata it-tieni sejħa tal-Miżura 2.1 taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta. Il-Miżura 2.1 -'Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta' skambju tal-azjendi agrikoli' tipprovdi appoġġ f'forma ta' servizzi konsultattivi lill-bdiewa eliġibbli permezz tal-Farm Advisory Service Providers rikonoxxuti mill-Farm Advisory Service Registration Board bil-għan li jingħataw servizzi konsultattivi. Il-baġit indikattiv taħt din il-miżura huwa ta' €1.9 miljun. Dan l-investiment huwa essenzjali sabiex jiġi ffaċilitat titjib fil-kwalità u sostenibbiltà fis-settur agrikolu lokali. Aktar dettalji dwar id-dati u l-proċess tal-applikazzjoni ser jittellgħu fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità ta' Ġestjoni www.eufunds.gov.mt. L-Awtorità ta' Ġestjoni ser tkun qiegħda terġa torganizza sessjoni ta' informazzjoni oħra fuq din il-miżura. Dawk kollha li huma interessati jattendu għal din il-laqgħa jew għal aktar informazzjoni huma mitluba jikkuntattjaw lill-Awtorità ta' Ġestjoni permezz tal-posta elettronika fuq rdd.meae@gov.mt jew permezz tat-telefon fuq 2200 1108. Miżura 4.4: Appoġġ għal investimenti mhux produttivi marbuta mal-ksib tal-objettivi agro- ambjentali L-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tħabbar ukoll li ser tkun qiegħda tirċievi l-aħħar grupp ta' applikazzjonijiet taħt Sotto-Miżura 4.4 sat-30 t'April 2020. Mhux ser ikunu milqugħa iktar applikazzjonijiet wara din id- data sakemm ma' jigix notifikat mod ieħor mill-Awtorità ta' Ġestjoni. Miżura 16: Kooperazzjoni L-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tħabbar ukoll li ser tkun qiegħda tirċievi l-aħħar grupp ta' applikazzjonijiet taħt Miżura 16 sat-28 ta' Frar 2020. Mhux ser ikunu milqugħa iktar applikazzjonijiet wara din id-data sakemm ma' jigix notifikat mod ieħor mill-Awtorità ta' Ġestjoni. Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali 17 ta' Novembru 2019 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 PRE – AVVIŻ (Miżuri 2.1, 4.4, 16) Miżura 2.1 – Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta' skambju tal-azjendi agrikoli Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali jħabbar li ser tiġi varata it-tieni sejħa tal-Miżura 2.1 taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta. Il-Miżura 2.1 -'Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta' skambju tal-azjendi agrikoli' tipprovdi appoġġ f'forma ta' servizzi konsultattivi lill-bdiewa eliġibbli permezz tal-Farm Advisory Service Providers rikonoxxuti mill-Farm Advisory Service Registration Board bil-għan li jingħataw servizzi konsultattivi. Il-baġit indikattiv taħt din il-miżura huwa ta' €1.9 miljun. Dan l-investiment huwa essenzjali sabiex jiġi ffaċilitat titjib fil-kwalità u sostenibbiltà fis-settur agrikolu lokali. Aktar dettalji dwar id-dati u l-proċess tal-applikazzjoni ser jittellgħu fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità ta' Ġestjoni www.eufunds.gov.mt. L-Awtorità ta' Ġestjoni ser tkun qiegħda terġa torganizza sessjoni ta' informazzjoni oħra fuq din il-miżura. Dawk kollha li huma interessati jattendu għal din il-laqgħa jew għal aktar informazzjoni huma mitluba jikkuntattjaw lill-Awtorità ta' Ġestjoni permezz tal-posta elettronika fuq rdd.meae@gov.mt jew permezz tat-telefon fuq 2200 1108. Miżura 4.4: Appoġġ għal investimenti mhux produttivi marbuta mal-ksib tal-objettivi agro- ambjentali L-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tħabbar ukoll li ser tkun qiegħda tirċievi l-aħħar grupp ta' applikazzjonijiet taħt Sotto-Miżura 4.4 sat-30 t'April 2020. Mhux ser ikunu milqugħa iktar applikazzjonijiet wara din id- data sakemm ma' jigix notifikat mod ieħor mill-Awtorità ta' Ġestjoni. Miżura 16: Kooperazzjoni L-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tħabbar ukoll li ser tkun qiegħda tirċievi l-aħħar grupp ta' applikazzjonijiet taħt Miżura 16 sat-28 ta' Frar 2020. Mhux ser ikunu milqugħa iktar applikazzjonijiet wara din id-data sakemm ma' jigix notifikat mod ieħor mill-Awtorità ta' Ġestjoni. Rapport ġeneralment pożittiv b'viżjoni Imma dan kollu ħolm fl-arja? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Partit Nazzjonalista ppubblika diversi rapporti f 'dawn l-aħħar snin, imma forsi dak ippubblikat u approvat mill-Kunsill Ġenerali tal-PN nhar Jum ir-Repubblika huwa wieħed mill-aħjar li fil-fatt qatt ħareġ. Ir-rapport bl-isem 'Riforma u Tiġdid - Governanza Tajba għal Demokrazija b'Saħħitha' huwa it arja friska, għaliex kuntrarjament għal ħafna mir-rapporti preċedenti, minflok ċentimetri ta' paroli hemm numru sabiħ ta' proposti, uħud minnhom li diġà tressqu quddiem il-mejda mill-Oppożizzjoni u oħrajn ġodda. Uħud huma ċari u diretti, filwaqt li oħrajn huma vagi u mhux spjegati. Il-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa u tanalizza fil-qosor dawn il-proposti u anke messaġġi li saru fl-istess dokument. 'Nitolbu maħfra' Minkejja li mhix proposta, punt fejn il-PN joħroġ b'saħħtu huwa meta fl-introduzzjoni ta' dan id-dokument jitlob skuża u jirrikonoxxi li l-kritika tiegħu ma tneħħi xejn mill-fatt li anke Gvern Nazzjonalista għamel żbalji. Dan kien punt tat-tluq b'saħħtu ħafna għal Joseph Muscat ukoll, meta talab skuża għal uħud mill- iżbalji li saru minn Gvernijiet Laburisti passati. Għalkemm donnu l-PN dam biex jagħmel dan is-sentiment wieħed uffiċjali, xorta jgħin biex il-PN jinża' din il-perċezzjoni li nbniet madwaru illi huwa partit li jħossu superjuri u li jaħseb li għandu dritt divin jiggverna. Issa wieħed jeħtieġ iħalli ż-żmien jurina jekk din l-apoloġija hijiex ġenwina jew hijiex biss għodda biex il-PN jerġa' jkun fil-Gvern, għaliex jaħseb li għandu dan id- dritt divin. Minkejja kollox il-partit ma jagħmilx ħażin li jirrepeti kemm jista' jkun drabi u f 'kemm jista' jkun okkażjonijiet il-kliem ta' apoloġija. Rispett u voti jista' jattira lejh, speċjalment u issa kkumparat ma' nies fil-Gvern illi l-perċezzjoni ħażina dwarhom qed tikber sew iżda li huma bil-wisq 'il bogħod mis-sentiment ta' rimors. Id-dokument tal-PN jgħid hekk: "Il-PN jagħmilha ċara li mhux qed jagħmel dawn il-mistoqsijiet minn xi pożizzjoni ta' xi ħadd li ma jagħrafx id-dnubiet u n-nuqqasijiet tiegħu. Għall-kuntrarju qed jibda din ir-riflessjoni b'ammissjoni li biċċa mill-ħtija tal-kriżi jrid jerfagħha l-PN." "Għal dan kollu f 'isem dak kollu li jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għal darb'oħra nitolbu maħfra u skuża." President taż-żewġ terzi – Probabbilment Eddie ma kienx isir President Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li għall-ewwel darba fl-istorja ta' Malta Repubblika l-President ikun elett biż-żewġ terzi tal-Parlament Malti. Dan jagħti kunsens iktar wiesa' lill-President tar-Repubblika u jpoġġih 'il fuq minn dubji u dellijiet partiġġjani. Minkejja dan, ħafna mill- Presidenti tar-Repubblika dejjem kellhom ir-rispett, għalkemm kien hemm uħud illi kieku din il-prattika li qed jipproponi l-PN kienet fis-seħħ ma kinux jinħatru. Ironikament, l-aktar persuna li probabbilment ma kinitx tingħata l-appoġġ taż-żewġ terzi huwa l-President Emeritus Eddie Fenech Adami. Dan kien iffaċċja oppożizzjoni mhux biss mill-Partit Laburista u l-Laburisti li qatt ma kellhom xi wisq imħabba lejh imma wkoll minn numru ta' Nazzjonalisti. L-akbar problema kienet li Fenech Adami nħatar President it biss wara li rriżenja minn Prim Ministru u allura kien għadu wisq diviżiv f 'dak il-punt biex jidħol f 'kariga li tesiġi għaqda u rikonċiljazzjoni. Ġudikatura wkoll b'żewġ terzi u aktar ... Intant anke fil-ġudikatura l-PN qed jipproponi li dawn jitpoġġew f 'posthom permezz tal-appoġġ taż-żewġ terzi tal-Parlament. Bħalissa l-appuntamenti fil- ġudikatura għadhom isiru mill- Gvern u huma prerogattiva tal- Prim Ministru, sistema li ilha titħaddem sew u li tiddependi fuq ir-rieda tajba tal-politiċi, u allura r-rieda li ma jużawx il-ġudikatura għal fini politiċi u partiġġjani tagħhom. Sistema bħalm'hu qed jippropni l-PN tassigura illi l-ħatriet tal-ġudikatura ma jibqgħux jiddependu fuq din "ir-rieda tajba" imma jkunu eletti b'żewġ terzi tal-Parlament, apparti li qed ikun propost ukoll li jsir Kumitat tal- Għażla tal-Ġudikanti. Dan ikun magħmul minn rappreżentant tal-Kamra tal-Avukati, l-Ombudsman, l-Awditur Ġenerali u l-Kummissarju tal-Istandards. Daqshekk Deputati fuq bordijiet u awtoritajiet tal- Gvern Forsi l-aqwa proposta li qed jagħmel il-PN hija dik li filfatt tkellem dwarha l-Kummissarju tal- istandards George Hyzler it qabel qam dan il-pandemonju politiku. Hyzler kien sostna, u din il-gazzetta qablet miegħu editorjalment, illi meta l-backbench jitpoġġa fuq bordijiet tal-Gvern ikun qiegħed jidistabbilizza l-irwol tad-deputat, speċjament tal-backbench, li jinsab hemm biex iżomm lill-Gvern u lill-entitajiet f 'bilanċ. Hyzler, ġustament, jistaqsi kif Deputat jista' jżomm dan il-bilanċ meta id il- Gvern qed titimgħu u jiddependi fuq il-Gvern għad-dħul tiegħu. Il-PN adotta din il-proposta. Apparti dan il-PN qed jipproponi wkoll li jaqla' r-rappreżentanti tiegħu u tal-Partit Laburista mill- bord tal-Awtorità tal-Ippjanar u anke mill-Awtorità tal-Artijiet. Jekk titħaddem b'onestà u ma ngħaddux mit-tieqa billi jiddaħħlu nies li huma kkontrollati minn partit minn wara l-kwinti, din tista' tkun proposta pożittiva u li tibda taqta' l-qrubija żejda bejn il- politiku u l-ippjanar. Il-PN qed jappella wkoll biex id- Deputati jsiru full time. proposta oħra tajba li iżda wieħed jeħtieġ jara kif se taħdem bid-Deputati preżenti u kemm fil-fatt id- Deputati jkunu lesti jagħmlu dan Il-Partit Nazzjonalista jippubblika dokument b'numru ta' proposti. Fil-fatt dan huwa l-ewwel rapport li qed ikun dirett, avventuruż u ċar fil-proposti li jagħmel kuntrarjament għal bosta qablu li ntilfu fil-paroli u d-diplomazija. L-ILLUM tagħti ħarsa u tevalwa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019