Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

imiss u nimxi aktar 'il quddiem' 31 sport dan hu l-għawm sinkronizzat. Din hi dixxiplina ferm interessanti u nixtiequ nattiraw iktar atleti għaliha. Taħseb li hemm bżonn ta' uffiċjal għar- relazzjonijiet pubbliċi? Iva nemmen ħafna li hemm bżonn inxerrdu l-prodott tagħna aktar u aktar. Din hi waħda mill-ewwel affarijiet li beħsiebni nagħmel. Illum il-ġurnata għandna l-midja soċjali li hi importanti u mezzi bħal Facebook u aġġornament ta' sit tal-internet saru wisq importanti. Nara li b'dawn l-affarijiet tattira ħafna nies. Naf li hemm żewġ stazzjonijiet televiżivi li jagħmlu l-programmi tagħhom iżda hemm bżonn aktar. Minkejja kollox, fil-kampjonat tas-sajf tal-waterpolo tara l-aqwa plejers fid- dinja li jiġu jilagħbu hawn. Iva veru. Sabiħ li jkollok dawn il-plejers anke għax it-tfal tagħna jitħarrġu magħhom u għandhom ħafna x'jitgħallmu minnhom. Madankollu rridu naraw kemm qed nieħdu u x'qed nieħdu minn dawn il- barrani. Il-mistoqsija hi waħda; ikollna barrani wieħed jew tnejn jilagħbu fil- pixxina? Qed ngħid dan għax l-ispejjeż kibru u wieħed għad irid jara jekk hux qed iħallu l-frott mixtieq. Fuq lat ta' spettaklu m'hemmx xi ngħidu dawn huma plejers li rebħu ħafna mat-timijiet nazzjonali rispettivi. Iżda int favur jew kontra żewġ barranin? Bħala klabb ta' San Ġiljan nista' ngħidlek li konna ressaqna emenda fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li jekk ħa nibqgħu b'żewġ barranin, wieħed minnhom ikun plejer ta' taħt l-20 sena u mhux xi plejer kbir. Nerġa' ntenni, l-ispejjeż kibru wisq. Fl-aħħar mill- aħħar inħoss li mhux nieħdu biżżejjed minn dawn il-plejers. X'taħseb dwar il-waterpolo tan-nisa f 'pajjiżna? Ifhem ninsabu sodisfatti li għandna sitt timijiet. Jien għamilt proposta sabiex ikun kampjonat tax-xitwa ddedikat lin- nisa wkoll. Dan minħabba l-fatt li huma jilagħbu fis-sajf biss u nemmen li rridu nagħtuhom iċ-ċans jilagħbu fix-xitwa wkoll. Taħseb li n-nurseries jew akkademji tal-waterpolo lokali huma b'saħħithom biżżejjed? Meta tara timijiet bħal Sliema, Sirens u San Ġiljan li jmorru tajjeb u jiksbu suċċess barra minn Malta nara li qed jagħmlu xogħol tajjeb. Fl-opinjoni tiegħi rridu ninvestu iktar f 'dawn in-nurseries sabiex nieħdu l-potenzjal kollu tagħhom. Kemm tgħallimt f 'dawn l-aħħar snin kemm ilek involut fil-waterpolo f 'karigi oħra? Titgħallem ħafna affarijiet partikolari. Kont inkun preżenti anke fl-appelli li kienu jsiru. Jien nemmen li l-kummissarju u l-proċess dixxiplinari għandu bżonn jinbidel. Nirringrazzja lil Duncan Bonello li nafu kemm għamel ħidma sfiqa. Nixtieqek tgħaddi messaġġ dwar l-importanza tal-isport akwatiku u anke dwar dixxiplini oħra inġenerali. L-isport hu importanti għal kulħadd għax itik dak is-sodisfazzjon filwaqt li jżommok b'saħħtek mhux biss fiżikament iżda wkoll mentalment. L-għan tagħna hu li mmexxu 'l quddiem dan l-isport li tant qed jagħmel suċċess. Hemm bżonn ta' iktar riżorsi u fuq kollox tfal li jmorru jilagħbu barra minn Malta. illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 L-isport hu importanti għal kulħadd għax jagħtik dak is- sodisfazzjon filwaqt li jżommok b'saħħtek mhux biss fiżikament iżda wkoll mentalment

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019