Illum previous editions

ILLUM 29 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 analiżi illum • IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 f'karikatura Uħud mill-aqwa karikaturi li bagħtu messaġġi u qalu l-istorja fl-2019 mill-kuluri u t-tpinġija kreattiva ta' Mikiel Galea Din is-sena kienet ikkaratterizzata minn inċidenti koroh ta' binjiet jiġġarrfu, f 'każ minnhom mara litteralment spiċċat maqbuda f 'darha. L-attenzjoni naturalment daret fuq Sandro Chetcuti u l-MDA. 16/6/19 Għax f 'Malta kollox li hu kollox politika, anke Bebe Rehxa, li kienet ġiet tkanta fl-Isle of MTV, kellha tkun ippolitiċizzata biha tkanta l-innu tal-Labour, fuq jott li kienet fuqu ma' xi persuni Maltin. Hawn hija r-risposta tal-PN. 14/7/19 Din is-sena daħal fix-xena Dun David Muscat, qassis li assoċja lilu nnifsu mal-partit Imperium Europa li essenzjalment huwa Nażist. Dun Muscat tkellem ħafna kontra l-immigrazzjoni, attenda u kien parteċipi fi protesti favur Daphne fejn fil-fatt kien mgħajjar 'faxxist' u żżuetta mhux it bil-komunità LGBTIQ. Intervistat minn din il-gazzetta huwa qal li fis-seminarji ra sotto- kultura ta' omosesswalità. 4/8/19 Iqum dibattitu fil-pajjiż dwar tatù li għamel Muscat u li kienet tgħid 'invictus' jew rebbieħ. Minn hemmhekk qamet kwistjoni sħiħa ta' min hu vera rebbieħ jekk hux hu jew Daphne u l-karattru tal-Prim Ministru. Naturalment meta l-affarijiet fil-Gvern marru l-baħar fl- aħħar ġimgħat, din it-tatù daret kontra l-Prim Ministru. 11/8/19 Din il-gazzetta kienet u se tibqa' kontra l-iżvilupp bla rażan u bla rispett lejn ir-residenti kif ukoll lejn l-estetika, li sar fl-aħħar snin. U tibqa' xettika ħafna għall-fatt li l-Gvern preżenti ta' ħafna arja lill-kuntratturi u firxilhom it-tapit, filwaqt li sa issa għadu ma inawgurax appartament tal-akkomodazzjoni soċjali wieħed. 8/9/19 Il-gazzetta ILLUM fakkret il-ħames anniversarju minn meta ddaħlet l-Unjoni Ċivili b'analiżi, editorjal, intervista ma' persuna LGBTIQ u immigrant mit- Tuneżija; Chakib, kif ukoll din il-karikatura. 15/9/19 Din il-karikatura turi l-ġlieda tal-klassi ta' isfel li ġeneralment tbati l-konsegwenzi tal-ħnieżer, karatteristika komuni fil-karikaturi tal-ILLUM. Hawnhekk il-ħnieżer jissimbolizzaw il-multi miljunarji li dejjem ħakkew mal-poter biex jakkwistaw. 3/11/19 Din il-karikatura tpinġi immaġini tan-natura tal- kwistjoni tal-Panama papers, illi kienet tqum xi minn daqqiet u tneħħi l-attenzjoni minn fuq il-programm tal-Gvern u tagħmel ħsara morali tal-Gvern. Il-what the f*ck Joe ġejja minn email li spiċċat ippubblikata illi fiha Joseph Muscat jgħid 'what the f*ck Joe' lil Joe Portelli, il-kuntratttur li ngħatalu permess biex kamra jbiddilha f 'villa. Din il-kwistjoni kienet l-aħħar maltempata qabel faqqgħet il-kriżi kurrenti. 17/11/19 Din il-karikatura turi l-ħsara li għamel Keith Schembri lill-Partit Laburista hekk kif huwa implikat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Joseph Muscat taħt umbrella tal-Panama ma tantx jidher li qed iwaqqaf lil Keith, simbolu tal-inazzjoni ta' tliet snin fuq il-Panama papers li wasslet għall-kriżi preżenti. 8/12/19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 December 2019