Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487
12 analiżi IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum X'qalu fl-2019 fuq il-gazzetta 'Aħna mhux qed ngħidu li l-Gvern jindaħal fil-prezz tal-kirja. Aħna qed ngħidu li matul dak il-perjodu (tal-kuntratt) ma tkunx tista' togħla b'aktar minn 5% pereżempju' Ministru Michael Falzon 'Meta ħareġ rapport ta' edukazzjoni u kellna (il-Birgu) rata għolja ta' tfal li ma jattendux l-iskola f 'nofs pjazza u f 'diskors u ngħajjat biex jismagħni kulħadd għidt li kont se nieħu passi kontra ġenituri li ma jibagħtux lit-tfal l-iskola' Sindku tal-Birgu John Boxall 'Fl-unika istituzzjoni fejn tidħol poltika partiġġjana, fil- Parlament Ewropew, hemm tlieta min-nies jissejħu Maltin li jmorru kuljum jitkellmu kontra Malta. Jiena kuljum kont nara lil David Casa u Roberta Metsola jagħmlu ħsara lil Malta' Kandidat tal-PL għall-elezzjoni PE Cyrus Engerer 'Jiena dort id-dinja u naf is-sitwazzjonijiet ta' pajjiżi akbar minna u li jinsabu agħar minna. M'iniex qed ngħid hekk biex inserrħu rasna u ma nagħmlu xejn, però din hija sfida kullimkien' President tal-MFA Bjorn Vassallo 'Onestament ma naħsibx li rnexxiet l-interrogazzjoni. Nemmen li meta barrani jmur pajjiż ieħor jeħtieġ isegwi l-liġijiet' Sindku ta' San Pawl il-Baħar Alfred Grima 'L-obeżità hija sensiela ta' bombi żgħar li jtellfuk fil- ħajja ta' kuljum' Mattheus Grasso 'Inti pillola waħedha mhux se tbiddillek ħajtek, trid titgħallem kif taħseb, kif tħobb lilek innifsek, kif tikkontrolla ħajtek u kif tibni l-fiduċja fik innifsek' Psikologa Mariella Dimech 'Jekk iqumu fuq tagħhom in-Nazzjonalisti ta' rieda tajba dak id-distakk inċekknuh' Kandidat tal-PN għall-elezzjoni tal-PE Peter Agius 'Jiena nixtieq insir President tal-MFA għaliex flok ingorr fuq il-futbol Malti nixtieq li nkun hemm u nbiddel l-affarijiet għaliex il-klabbs jemmnu fija' Kandidat għat-tmexxija tal-MFA Chris Bonnett 'Ir-rgħiba tbiegħed lin-nies minn Alla għaliex jaħsbu li b'ħafna flus se jsibu l-hena' Fundatur Dar Nazareth u opinjonista fuq l-ILLUM Dun Anġ Seychell 'Ħadt ħafna mill-Alkoħoliċi Anonimi, imma l-akbar rigal huwa li llum kapaċi nqum filgħodu ndur fuq il-mara u ngħidilha bonġu' Alkoħoliku 'Lest ma nkunx Sindku basta nara lill-Belt Valletta mmexxija minn maġġoranza Nazzjonalista' Eks Sindku Belti Christian Micallef 'Irridu naraw li ntejbu l-prodott tagħna, fosthom għandna pjan għall-Imsida , The Strand, Marsaxlokk u Birebbuġa. Wara mbagħad nibdew San Pawl il-Baħar ...' Eks Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi 'Mhux se nkun qed naċċetta, f 'isem ir-residenti li l-Kunsill Lokali tal-Belt ma jkunx ikkonsultat' Sindku tal-Belt Alfred Zammit 'Kont riġettat, imma kont qed niġġieled. Kuljum trid taħseb kif issalva, taħseb darbtejn dwar is-sigurtà tiegħek, taħseb dwar kif se teżisti, kif se tgħid lin-nies li hawn qiegħed' Immigrant Tuneżin LGBTIQ Chakib