Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487
32 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum L-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku se jingħaqdu għall-elezzjoni ġenerali li jmiss L-Alternattiva Demokratika (AD) ħabbret illi għall-elezzjoni ġenerali li jmiss se tkun qed tif- forma front flimkien mal-Partit Demokratiku. Dan tal-aħħar tilef lill-Kap u fundaturi tiegħu Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia li rreżen- jaw u baqgħu Deputati indipendenti. "Iġġilidna l-istess ġlieda għal snin. Naraw għa- jn m'għajn. Irridu nikbru flimkien u nagħmlu dan permezz ta' proċess miuħ u f 'konsultazzjoni mal-pubbliku," sostna Timothy Alden. Intant fid-dawl ta' dak li qed jiġri fil-pajjiż u l-iżviluppi fir-rigward tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, l-AD ħabbret li mhijiex se tikkommemo- ra lil Karin Grech mal-Partit Laburista, minkejja li kienet ipparteċipat fil-kommemorazzjoni ta' Ray- mond Caruana mal-Partit Nazzjonalista. Minflok għamlet dan għaliha lbieraħ filgħodu. Ilbieraħ stess, waqt konferenza quddiem il-bust li jfakkar lil Grech f 'San Ġwann, iċ-Chairman tal-AD Carmel Cacopardo qal illi l-qtil ta' Karin Grech, bħal ta' Daphne Caruana Galizia u Ray- mond Caruana huwa tebgħa fuq pajjiżna. Il-PD qal illi jikkundanna kull tip ta' vjolenza u mibegħda u ried ifakkar lil dawk kolha li ħallsu b'ħajjithom għat-twemmin politiku, prinċipji, sess u reliġjon. Ikomplu l-protesti fil-5 ta' Jannar ... Repubblika lura fit-toroq tal-Belt NADER KABAR Fi stqarrija li ħarġu lbieraħ filgħodu, Occupy Justice, flimkien ma' Repubblika, qalu li nhar il-Ħadd, 5 ta' Jannar, se jmexxu protesta oħra fil-Belt Valletta biex "issir il-ġustizzja kontra l-korrotti, il-ħallelin u l-qattiela li ħatfu dan il-pajjiż." Barra minn hekk, qalu wkoll li "hu ċar għal kulħadd li dawn il-pretensjonijiet foloz ta' normalità se jikkawżaw il-kollass tal-istituzzjonijiet." Repubblika qalet ukoll li għandha pjanijiet biex tikber. Fl-istqa- rrija ngħad li fil-11 ta' Jannar se ssir laqgħa fejn se tkun ippjanata u diskussa l-viżjoni għall-futur ta' Malta.