Illum previous editions

ILLUM 29 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 films IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Ftit mill-films li se tkunu tistgħu taraw fiċ-ċinemas matul l-2020 CARMEL BONNICI Il-Kumpaniji diġà għandhom ipprogrammati l-films bid- data ta' meta se joħorġu fl-ewwel xhur tal-2020 li tista' tinbidel minħabba jistgħu jaħbtu ma' xulxin, speċjalment fejn jirrigwardja films blockbusters. It-tendenza tidher li hi l-istess, bil-films tas-superoj u dawk animati li jibqgħu l-aktar importanti fuq l-aġenda. Fis-sena li dalwaqt tibda se nistennew aktar sequels, reboots u remakes. Il-kumpanija Disney f 'dawn l-aħħar snin kienet il-protagonista fid-dħul tal- flus u issa, li xtrat lit-20th Century Fox, il-profitti suppost għandhom ikunu wisq akbar. Films ta' Disney u t-20th Century Fox.Il-blockbusters Black Widow - Mill-Klikka ta' Avengers, Scarlett Johansson issa se jkollha film iddedikat għall-karattru li tinterpreta f 'din is-serje. e New Mutants - Episodju ieħor mill-kotba komiks Marvel. Grupp ta' żgħażagħ b'doni speċjali (Mutants) jinsabu maqfulin f 'post sigriet. Wasal iż-żmien li jeżerċitaw id- don tagħhom. Antlers - Għalliem minn Oregon (Ken Russell) u ħuh (Jesse Plemons), ix-xerif tal- lokal, isibu ruħhom fi gwaj kbir meta jagħmlu ħbieb ma' student żagħżugħ li qed jaħbi sigriet terribbli. Xogħlijiet oħra, huma:- Mulan, se jerġa' jinħadem b'atturi reali, e Personal History Of David Copperfield minn fuq il-ktieb klassiku ta' Charles Dickens, Woman In e Window u Artemis Fowl, addattat minn fuq serje ta' kotba tant popolari għat-tfal. Films animati Disney u Pixar flimkien ma' Blue Sky Studios se jkomplu b'diversi films animati li żgur se jattiraw lil ħafna familji bħal Onward, Soul, Raya And e Dragon u oħrajn. Aktar 'il quddiem fis-sena, sa bħal dan iż-żmien, nistennew il-blockbuster e Eternals, ir- remake mmodernizzat ta' West Side Story u Death On e Nile ta' Agatha Christie. Fl-aħħar nixtieq insemmi Jungle Cruise, bl-attur Dwayne Johnson, avventura eżileranti fil-ġungla b'annimali u rettili perikolużi, ibbażat fuq wieħed mit-theme parks ta' Disneyland. B'kollox, matul l-2020 Disney u Fox se joħorġu madwar 23 film. Blockbusters oħrajn Il-kumpaniji maġġuri l-oħra ta' Hollywood se joħorġu wkoll xogħlijiet spettakulari, fosthom insibu: Wonder Woman 1984- Wara s-suċċess kbir ta' Wonder Wonan dejjem kien mistenni sequel. Godzilla vs Kong - Taqtigħa tittanika bejn żewġ mostri għal dominanza assoluta. Birds of Prey- Harley Quinn wara li taqta' r-relazzjoni ma' Joker tingħaqad ma' supereroj oħrajn biex issalva tifla żgħira minn kriminal ħażin. Minn fuq il-kotba komiks D.C. Top Gun Maverick - Jidher li fl-aħħar is-sequel tal-popolari Top Gun (1986) se joħroġ. Bad Boys For Life - Wara Bad Boys II ta' 16-il sena ilu, it-tielet film dwar Marcus Bennett, issa spiċċa mill-korp tal-pulizija u Mike Lowery li ħajtu tinsab fi kriżi se jkunu avviċinati minn merċenarju Albaniż li qabel kienu qatlu lil ħuh. Dan il-film jista' juri jekk is-sħubija kariżmatika bejn Will Smith u Martin Lawrence għadhiex in voga. Fl-ewwel ġimgħa ta' April, fi żmien il-vaganzi tal-Għid ,għandu joħroġ Never Say Die, il-25 wieħed fis-serje ta' James Bond. Dan l-aġent li issa spiċċa mis-servizz ikollu jerġa' jmidd idu għall-ispjunaġġ meta ħabib jiġi bżonnu. Aktar sequels u reboots se jkunu: Fast And Furious 9, Legally Blonde 3, G. I. Joe Ever Vigilant, Ghostbusters Aerlife, Coming 2 America, e Witches, e King's Men, e Call Of e Wild, Bill And Ted Face e Music u oħrajn. Films animati u kummiedji Minions e Rise Of Gru- dawk l-esseri żgħar sofor dejjem Lestu ħa tieklu l-popcorn! Għax Mulan Godzilla vs Kong

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 December 2019