Illum previous editions

ILLUM 29 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 films illum • IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 qegħdin ifittxu mexxej kattiv. e Croods 2 - ambjentat fi żmien preistoriku l-familja Croods ikunu sfidati minn dik Betterman min minnhom hu l-aktar progressiv. Peter Rabbit 2: THE RUNAWAY - il-maħbub fenek b'avventura ġdida meta jaħrab. Produzzjonijiet oħrajn animati jkunu Trolls World Tour, e Spongebob Movie: Sponge On e Run, e Mitchells Versus e Machine, Scoobi, U Sonic e Hedgehog. Il-kummiedji wkoll ma jonqsux: Bios, Ravi Gone Wrong, Like A Boss, Barb And Star Go To Vista Del Mar U Unchartered. F'dawn il-films insibu l-azzjoni u l-vjolenza: Red Notice, Bloodshot, Morbius, Tenet, Without Remorse, Free Guy u e Many Saints Of Newark. Żewġ films li semmejt fil-lista ta' sena ilu, Chaos Walking u Greyhound se joħorġu fix-xhur li ġejjin. Films tal-biża' u t-twerwir Produzzjonijiet ta' dan il- ġeneru għalkemm mhux dejjem ikunu ta' livell sodisafaċenti u aktarx ta' baġit baxx spiss isibu numru kbir ta' ammiraturi. Xi xogħlijiet mistennija huma: The Turning - In-novella gotika ta' Henry James tal- 1898, The Turn Of The Screw inħadmet bosta drabi għaċ- ċinema u t-TV però żgur qatt ma laħqet l-atmosfera sottili tagħha daqs The Innocents (1961) dwar gvernattriċi li tmur f 'dar statali Vittorjana biex tipprotteġi lil żewġt itfal li ġo fihom daħal l-ispirtu malinn ta' żewġ qaddejja mejtin li kienu f 'relazzjoni ta' mħabba illeċita. Ma naħsibx li e Turning jista' jikkumplimenta dan il- kapulavur ta' xeħta magħrufa bħala 'implied horror'. Fantasy Island - Ibbażat minn fuq serje televiżiva tas- snin sebgħin tal-istess isem, dan se jkun xogħol mibdul immirat bejn biża' u qtajja'. e Invisible Ma - Il-ktieb klassiku ta' H. G. Wells sab ruħu fuq il-liżar ċinematografiku bosta drabi. Issa, il-kumpanija Blumhouse li tispeċjalizza f 'dan il-ġeneru se tagħti ħarsa distinta, kif jafu huma, lil dan il-kapulavur. A Quietr Place, Part 2 - Ħafna ammiraturi, inkluż jien, ġew verament sorpriżi bil-kbir b'A Quiet Place, film tal-biża' kważi mingħajr djalogu dwar aljeni għamjin li jattakkaw u joqtlu mal-iċken ħoss li jisimgħu. Part 2 jidher li se jespandi fuq dan bl-inklużjoni ta' atturi ġodda ta' fama. Nistennew ukoll minn dan il-ġeneru remakes, sequels u verżjonijiet ġodda, bħal Candyman, e Purge 5, e Conjuring 3 u xogħlijiet oħra mis-sensieli Saw u Halloween. Minn din is-silta li tajtkom (żgur li se jkun hemm ħafna aktar u anki xi wħud li jistgħu ma jintwerewx hawn fiċ- ċinema) kulħadd se jkollu l-gosti tiegħu milħuqin. Għax ġejjin ħafna films Raya and the Last Dragon

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 December 2019