Illum previous editions

ILLUM 29 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 opinjoni Il-Partit Laburista hu moralment u politikament fallut Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Il-Partit Laburista, bħall-Partit Nazzjonalista qablu, mhux interessat fil- governanza tajba ħlief bħala għalf għal diskors politiku J oseph Muscat u l-Partit Laburis- ta huma moralment u politika- ment falluti. Ir-responsabbiltà għas-sitwazzjoni kurrenti jrid iġorrha Joseph Muscat kemm bħala Prim Ministru kif ukoll bħala Mexxej tal-Partit Laburista. Għalhekk irreżen- ja. Imma anke l-Kabinett u t-tmexxija tal-Partit Laburista huma kollettivament responsabbli flimkien miegħu. Ma ħadux passi meta kellhom l-obbligu li jaġixxu, jiġifieri meta kienu ppubblikati l-Panama Papers fl-2016. Dakinhar, il-Prim Ministru messu keċċa kemm lil Konrad Mizzi kif ukoll lil Keith Schembri u sussegwentement kellhom ikunu investigati mill-Pulizija, flimkien mal-merċenerji tan-Nexia BT. Iżda ma ġara xejn minn dan! Anke l-Partit Laburista f 'dak il- mument kellu l-obbligu li jiċċensura lit-tmexxija tal-Partit talli naqas mill- jaġixxi. Minflok ma għamel hekk il- Partit Laburista, b'mod irresponsabbli, ta appoġġ inkundizzjonat lit-tmexxija u nhar is-26 ta' Frar 2016 eleġġa lil Konrad Mizzi b'96.6% tal-voti validi bħala Deputat Mexxej tal-Partit. Dan kollu seħħ jumejn biss wara li kienu ppubblikati l-Panama Papers. Fi it ġimgħat imbagħad, kellu jirreżenja bħala riżultat ta' pressjoni pubblika. Għaliex jaġixxu b'dan il-mod? It-tweġiba jagħtihielna l-eks Ministru Leo Brincat fi kliem li ma jħallix lok għal misinterpretazzjoni. Dan meta kien qed jiġi eżaminat mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-kontroll tal-Baġit fl-2016 f 'konnessjoni man- nomina tiegħu biex ikun jifforma parti mill-Qorti Ewropeja tal-Awdituri. Meta Leo Brincat kien qed jixhed, kif mistenni, kien mistoqsi dwar il-Panama Papers. Kien ċar meta qal illi kieku kien hu, kien jirreżenja jew tal-inqas jissospendi ruħu sakemm l-affarijiet ikunu ċċarati. Brincat, imma, qal iktar minn hekk: huwa informa lill-Kumitat Parlamentari li kien hemm mument, li kien qed jikkunsidra jirriżenja minn Ministru minħabba l-mod kif imxew l-affarijiet dwar l-iskandlu tal-Panama Papers f 'Malta. Imma, żied jgħid, reġa' bdielu u ma rriżenjax għax ma kellu l-ebda xewqa li jkun meqjus bħala eroj f 'dak il- jum li jirriżenja, imbagħad wara jispiċċa fil-baħħ politiku! Il-Membri Parlamentari Ewropej, imbagħad iffukaw fuq l-argument ċentrali: jista' s-Sur Leo Brincat jispjega għaliex meta l-Parlament kellu quddiemu mozzjoni ta' sfiduċja f 'Konrad Mizzi, huwa kien ivvota kontriha u ta l-fiduċja lil Konrad Mizzi? Brincat enfasizza li hu qatt ma seta' jivvota favur il-mozzjoni ta' sfiduċja għax kien marbut kif jivvota mill-Whip Parlamentari tal-partit tiegħu! B'dik it-tweġiba, Leo Brincat kien qed jagħmilha ċara mal-Kumitat Parlamentari tal-Parlament Ewropew għall-Kontroll tal-Baġit li hu kien qed jagħmel għażla fundamentali. Fil-mument li ġie biex jagħżel bejn il-lealtà lejn il-partit u l-lealtà lejn il-prinċipji tiegħu, il-prinċipji rmiehom il-baħar u għażel il-partit. Fil-mument deċiżiv is-solidarjetà ma' Konrad Mizzi kellha prijorità fuq l-osservanza tal-prinċipji ta' governanza tajba. Huwa dan li dejjaq lil numru sostanzjali ta' membri tal-Parlament Ewropew u wassalhom biex ma jirrakkomandawx il-ħatra ta' Leo Brincat bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-istess kif kienu għamlu ftit qabel bin-nomina ta' Toni Abela. Id-dikjarazzjoni ta' Leo Brincat lill-Parlament Ewropew tfisser ħaġa waħda: li dak kollu li qal dwar il-governanza tajba ma jiswiex karlin, għax fil-mument tal-prova ċaħdu. L-istess ħaġa għandu jingħad dwar Evarist Bartolo u l-prietka tiegħu ta' kull filgħodu fuq il-media soċjali. Fis- siegħa tal-prova, anke Varist, bħall-bqija tal-grupp Parlamentari (inkluż Chris Fearne, li qiegħed fuq quddiem fit- tellieqa għat-tmexxija tal-Partit) irmew il-prinċipji tagħhom biex jippruvaw isalvaw ġildhom. Fl-aħħar mill-aħħar, il-Partit Laburista, bħall-Partit Nazzjonalista qablu, mhux interessat fil-governanza tajba ħlief bħala għalf għal diskors politiku. Għax il-Partit Laburista hu moralment u politikament fallut.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 December 2019