Illum previous editions

ILLUM 29 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 opinjoni #kultura19 Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali S ena ta' ħidma ma taqta' xejn fis-setturi li jaqgħu taħt il-Min- isteru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Komplejna nsaħħu, nirriformaw u nimplimentaw biex dawn is-setturi jkunu fuq quddiem nett. U nibqgħu nħarsu 'l quddiem biex għas-sena li dieħla, inkomplu għaddejjin. Din hija biss ħarsa ħafifa lejn it minn dak li wettaqna matul din is-sena fil-qasam tal-kultura. Dak li nagħmlu nagħmluh bil-qalb u b'konvinzjoni li għandna nħallu legat lil dawk ta' warajna. Legat li bdejna naħdmu għalih minn kif dħalna fil-gvern, wasalna għas-sena li għaddiet, meta l-Belt Kapitali tagħna kienet f 'għajnejn id-dinja bit-titlu prestigguż tal-Belt Kapitali Ewropea tal- Kultura. Imma minn dan aħna għamilna lil pajjiżna kollu bħala Belt kulturali. Bħala legat tal-Fondazzjoni Valletta 2018 lejn il-bidu ta' din is-sena nedejna uffiċjalment il-Valletta Cultural Agency (VCA), li hija responsabbli biex issostni u ssaħħaħ il-ħajja kulturali fil-Belt Valletta billi toħloq programm annwali mimli attivitajiet kreattivi, żviluppati flimkien ma' artisti u entitajiet pubbliċi kulturali oħra. Aktar tard mas-sena ġiet stabbilita l-Aġenzija Festivals Malta, li qed timplimenta l-għanjiet u twettaq dawk il-funzjonijiet kollha stabbiliti biex toħloq, iżżomm, torganizza, tamministra u tissorvelja l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta' portafoll ta' avvenimenti kulturali artistiċi u internazzjonali, festivals u proġetti tal- infrastruttura kulturali. Jekk inħares lejn wieħed mis-suċċessi li kellna din is-sena, fost oħrajn, bla dubju nsemmi l-Passaporti tal-Heritage Malta. Kemm il-Passaport għall-Istudenti u wkoll dak għall-Adulti kellhom konkorrenza qawwija ferm – u b'hekk komplejna bil- miżuri biex il-kultura tkun aċċessibbli għal kulħadd. Dawn l-iskemi jingħaqdu wkoll mal- Passaport Kulturali, skema oħra li permezz tagħha hemm 50 produzzjoni kulturali għad-dispożizzjoni tal-istudenti, skema li qed jibbenefikaw minnha madwar 30,000 student. Din is-sena kompla għaddej ukoll ix- xogħol biex nirrestawraw u nirriġeneraw il-Wirt Kulturali mibni tal-pajjiż. Id- Direttorat tar-Restawr ħadem fuq mhux anqas minn 80 proġett ta' dak kollu li għandu preġju storiku. Qed nagħtu nifs gdid lil dan il-wirt, biex mit-telqa u l-abbandun li kien jinsab fiha, inħalluh ukoll bħala legat għal ta' warajna. Nemmnu li l-identità tan-nazzjon tagħna hija riflessa u għandha s-sisien tagħha f 'dak li bnew ta' qabilna u huwa għalhekk li għandna missjoni li dan il-wirt, għandna responsabbiltà li nħalluh lil ta' warajna wkoll. Meta nsemmu l-wirt, ma nirreferux biss għall-wirt tal-ġebla maħduma. Imma għandna wkoll wirt imprezzabbli ieħor. Wirt li kompla jintiret permezz ta' ħidma volontarja ta' ħafna. U b'apprezzament, il-Ministeru jagħti appoġġ kbir lil dawn li bla ma ħarsu lejn xejn, mexxew it- tradizzjonijiet u l-folklor tagħna 'l quddiem matul is-snin – huwa pemezz tagħhom li dan il-qasam kulturali baqa' ħaj. Qed ninvestu f 'dawn is-soċjetajiet biex ikomplu jmexxu t-tradizzjonijiet u l-folklor tagħna lkoll. Dan jinkludi appoġġ finanzjarju lis-soċjetajiet mużikali biex isaħħu t-tagħlim lill-alljevi tagħhom, fost oħrajn u wkoll appoġġ finanzjarju biex l-għaqdiet pirotekniċi jsaħħu s-sigurtà fil-postijiet fejn jaħdmu x-xogħol tagħhom. L-attivitajiet kulturali qatt ma jonqsu mill-kalendarju kulturali vast tagħna. Forsi hawnhekk mill-ewwel il-ħsieb itir lejn l-attività li din is-sena ġibdet mas-70,000 ruħ – Notte Bianca. Imma hemm produzzjonijiet varji mill-entitajiet kollha li jaħdmu f 'dan is-settur. U huwa għalhekk f 'postu li llum nirringrazzja lil Festivals Malta, id-Direttorat tal-Kultura, il-Kunsill għall-Arti, Heritage Malta, Żfin Malta, KorMalta, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, it-Teatru Manoel, Pjazza Teatru Rjal, Teatru Malta u l-bosta oħra li jżommu ħaj dan il-kalendarju. Ix-xogħol imprezzabbli ta' dawn qed jagħti riżultati kbar. Hemm ukoll il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali li din is-sena ħadmet fuq il-kommemorazzjoni ta' anniversarji ta' importanza Nazzjonali – Jum il-Ħelsien, id-dħul ta' Malta fl- Unjoni Ewropea, is-Sette Giugno u wkoll it-tmiem tal-Gwerra Bierda. Insemmi l-produzzjoni "Just Noise", li se narawha fis-swali taċ-ċinema tagħna s-sena d-dieħa. Produzzjoni tal-ewwel xorta tagħha għal pajjiżna u li tħares lejn l-irvellijiet tas-Sette Giugno. Din is-sena kienet l-ewwel sena li matulha l-pubbliku u t-turist seta' jgawdi minn investiment fil-kultura tagħna – il-MUŻA. L-ewwel mużew komunitarju li din is-sena ċċelebrajna l-ewwel anniversarju mill-uħ uffiċjali tiegħu. Spazju li mhuwiex biss vetrina għall-kollezzjoni Nazzjonali tal-Arti mżewweġ bl-aktar teknoloġija moderna, imma qed jattira wkoll organizazzjonijiet internazzjonali biex itellgħu fih konferenzi internazzjonali f 'binja rrestawrata ta' prestiġju. Ma waqafniex hemm. Għaddej ix-xogħol fuq il-MICAS – il-Malta International Contemporary Arts Space, li diġà qed jiġbed lejh artisti ta' fama internazzjonali u għaddej ukoll b'ritmu tajjeb ix-xogħol fuq il-Valletta Design Cluster – spazju ieħor għall-użu tal-artisti u żgħażagħ lokali u internazzjonali. Hemm proġetti oħrajn. Fost dawn, dak tal-Mużew Marittimu li b'investiment ta' 2 miljuni se nwassluh biex inkabbru l-ispazju tiegħu b'aktar minn 500 metru kwadru u wkoll nilħqu aktar viżitaturi diġitali, permezz tad-diġitizzazzjoni ta' 2,600 oġġett mill-kollezzjoni tal-mużew. F'xogħol li qed isir, sibna skoperti ġodda kemm f 'Għar Dalam u wkoll fis-sit f 'Tas- Silġ, li wasslu għal aktar għarfien tal-istorja tagħna, imma wkoll l-issuktar tal-istudji fuq dawn iż-żewġ siti storiċi importanti. Hemm ukoll ħidma li se tara s-sit f 'Tas- Silġ ikun ippreżentat aħjar u eventwalment b'dan igawdi l-pubbliku. Il-ħarsien u l-preservazzjoni tal-wirt storiku tagħna għandu dimensjonijiet varji. Fil-bidu ta' din is-sena ħabbart li l-volum li fih kopja tal-għotja tal-George Cross lil Malta, miżmum fl-Arkivji Notarili fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern, ingħata trattament ta' konservazzjoni bis-saħħa ta' kollaborazzjoni b'suċċess bejn l-Uffiċċju fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Din l-Art Ħelwa u l-Fondazzjoni għall-Arkivji Notarili. Dan il-volum iġorr miegħu sinjifikat storiku intrinsiku bħala rappreżentazzjoni tal-istorja u l-legat ta' pajjiżna. Ftit tal- ġimgħat ilu ħabbart li grazzi għall-iskema Addotta Nutar/Oġġett, qiegħed jiġi rrestawrat volum tas-seklu 16 tan-Nutar Placido Abela – wieħed mill-ewwel nutara rinomati fl-istorja ta' Malta. Inħarsu mhux biss dak li naraw fuq l-art, imma wkoll dak li għandna taħt l-ibħra li jdawruna. Nedejna l-ewwel Dipartiment tal-Wirt Kulturali ta' taħt il-Baħar fi ħdan Heritage Malta, li se jamministra u jħares il-patrimonju kulturali ta' taħt il-baħar. Grazzi għal din l-inizjattiva, se naraw it- twaqqif ta' parks arkeoloġiċi taħt il-baħar li se jġibu numru ta' benefiċċji, primarjament il-protezzjoni tar-riżorsa prezzjuża u unika tal-patrimonju kulturali ta' pajjiżna li jinsab taħt il-baħar. Dan kollu qed isir skont il-leġiżlazzjoni marbuta mal-wirt kulturali lokali, kif ukoll ma' konvenzjonijiet internazzjonali. Flimkien mal-Kumitat għar- Riabilitazzjoni tal-Kottonera ppubblikajna strateġija għall-Kottonera. L-għan huwa li nassiguraw li ċ-ċittadini tal-Kottonera jkollhom ħajja aħjar u ż-żona timxi 'l quddiem. Ix-Xandir Nazzjonali qiegħed jinvesti €4.8 miljun, parzjalment iffinanzjati mill-Programm ta' Fond Ewropew għall- Iżvilupp Reġjonali għall-proġett 'Tisħiħ tal- Esperjenza ta' Turiżmu Kulturali permezz tad-Diġitalizzazzjoni', li għandu jitlesta sal-2021. Din hija t-tieni parti tal-proġett, li l-PBS beda fl-2014. * * * Hija diffiċli li l-ħidma kollha mwettqa matul din is-sena li waslet biex tintemm telenkahom fi it kliem. Imma din il- ħarsa ħafifa turi l-impenn tagħna fil-frixa wiesgħa li hija l-kultura. Impenn li qed jissaħħaħ minn sena għall-oħra u se jkompli jissaħħaħ matul is-sena li ġejja. Impenn mhux biss lejn il-kultura u l-arti – imma mpenn indirizzat lejn il-poplu kollu u wkoll lejn il-ġenerazzjonijiet futuri ta' pajjiżna. Nawgura Sena Ġdida mimlija barka u hena lil kulħadd. IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Yorgen Fenech jirrispondi lill- ġurnalisti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 December 2019